Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/858241
Il-Ħadd 06 ta' Awissu 2017 | illum Sports 35 għalhekk ħassejtni ferħan li kont ser nagħmel parti minn klabb daqshekk prestiġjuż. Bla dubju illi biex wasalt sa dan il-livell kien hemm bżonn ta' ħafna sagrifiċċji hux hekk? Iva, dak dejjem! Biex tkun plejer tajjeb f 'kull sport hemm bżonn ta' ħafna xogħol, taħriġ u fuq kollox ħafna sagrifiċċji. Minkejja kollox dan l-isport tani ħafna sodisfazzjon u għallimni ħafna l-valur tal-onestà speċjalment ma' sħabi. Li rrid ngħid huwa illi sħabi jafu fejn qegħdin miegħi minħabba illi nikkomunika magħhom bl-iktar mod skjett u nippruvaw nanalizzaw kull logħba li nkunu lgħabna filwaqt illi nagħtu kuraġġ lil xulxin kemm fit-tajjeb kif ukoll fil-ħażin. X'tak u x'ħadlek il-waterpolo? Bil-waterpolo għamilt ħafna ħbieb u sirt naf ħafna nies. Kelli ċ-ċans nivjaġġa f 'diversi pajjiżi fejn għamilt esperjenzi ġodda. Forsi l-uniku diżappunt personali tiegħi huwa dak li ma komplejtx l-istudji tiegħi minħabba li tajt importanza kbira lil dan l-isport. Minkejja kollox kieku kelli npoġġi fuq miżien dan kollu, ngħid illi l-waterpolo tani ħafna mumenti sbieħ matul ħajti. Ippermettili ngħidlek li sa issa dan kien staġun diżappuntanti għal Sliema ASC. X'taħseb li mar ħażin? Għalemm għandna tim tajjeb kompost minn plejers ta' esperjenza u oħrajn żgħażagħ, naħseb li kellna wirjiet mhux għall-altezza tagħna fejn żgur li stajna ksibna riżultati aħjar. Issa t-tama tagħna hija dik li nirbħu n-Knock-Out. Kellimni dwar it-tip ta' ikel li plejer tal-waterpolo normalment jiekol. Normalment plejer tal-waterpolo jiekol ikel sustanzjuż u li hu tajjeb għas-saħħa mingħajr xaħam żejjed. Min-naħa tiegħi jien naqqast xi ftit il-porżjon tiegħi minħabba illi issa m'għadnix ta' 20 sena. Kemm tkun viċin tiegħek il-familja speċjalment meta tkun ġejja xi kompetizzjoni importanti? Il-familja tiegħi tagħtini ħafna kuraġġ b'mod partikolari l-mara tiegħi Sofia illi ssegwini f 'kull logħba li nilgħab. Nista' nqisha bħala l-partitarju numru wieħed tiegħi. Imbagħad hemm it-tfal illi jagħmluni ferm kburi li jien missier apparti li lili jarawni bħala mudell li forsi jistgħu jimitaw aktar 'il quddiem. Inqisuhom bħala l-mutur ta' ħajti fejn ituni ħafna enerġija milli għandhom. Huma jieħdu pjaċir ħafna jarawni nilgħab u jien meta jkolli ċ-ċans mhux darba jew tnejn illi nispiċċaw nilagħbu xi logħba xi mkien ukoll. Liema kien l-iktar avversarju diffiċli illi ltqajt miegħu? Bħala avversarji kelli tnejn; Filip Filipovic tas-Serbja u Gergely Kiss tal-Ungerija. It-tnejn huma protagonisti fit-tim nazzjonali ta' pajjiżhom kif ukoll fuq livell ta' klabb. Meta lgħabt kontrihom xejn ma kienet faċli għax dawn il-plejers ma jaqtgħu qalbhom qatt. Wara kollox dawn il-plejers jispirawni sabiex jien inkompli nitjieb u nżid il-livell tiegħi. Liema hi l-iktar partita li tibqa' tiftakar? L-isbaħ partita li bqajt ngħożżha f 'qalbi seħħet fis-sena 2007 fil-logħob ta' Melbourne meta konna rbaħna midalja tal-bronż u eventwalment it-tielet post. Niftakar illi lgħabna kontra s-Serbja, tim ferm b'saħħtu dak iż-żmien, u wara skor ta' 8-8 fil-ħin normali kellna mmorru għal-lotterija tal-penalties. Wara 10 penalties kull wieħed, irnexxielna noħorġu rebbieħa bl-iskor ta' 9-8. U l-iktar mument diffiċli tal- karriera tiegħek? Bla dubju li l-iktar mument diffiċli kien meta ħadna sehem fil-logħob ta' Ruma fis-sena 2009. Għal darb'oħra konna lgħabna kontra s-Serbja u din id-darba rebħulna bl-iskor ta' 14-13. Kienet logħba ferm akkanita u konna ferm sfortunati li ma ħadna xejn minn dik il-partita. Id-diżappunt wara l-logħba kien kbir. X'tagħmel meta ma tkunx qed tilgħab il-waterpolo? Il-passatemp favorit tiegħi huwa l-qari fejn meta jkolli ċans noqgħod naqra xi ktieb partikolari. Imbagħad inħobb nara xi film kif ukoll nilgħab xi videogame mat-tfal tiegħi. Nagħmel x'nagħmel, l-importanti illi nirrilassa. tal-waterpolo fid-dinja Twieled l-belt Spanjola ta' Ceuta s-16 ta' Marzu 1984. Huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers tal-waterpolo d-dinja. Matul dan is-sajf qed jilgħab f 'pajjiżna ma' Sliema ASC waqt li -Italja jilgħab ma' Pro Recco. GUILLERMO MOLINA Ritratt: James Bianchi