Illum previous editions

illum 6 august 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/858241

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 06 ta' Awissu 2017 Aħbarijiet Tkompli minn paġna 1 Dan żvelah ma' din il- gazzetta l-Ministru Carmelo Abela, f 'reazzjoni għall- istorja li dehret fuq din il-gazzetta l-Ħadd li għadda u li fiha, Mark Grima, sid ta' stabbiliment f 'Paceville kif ukoll Philip Fenech mill- GRTU kkonfermaw li sentejn wara l-inċident ta' PlusOne, minkejja diksussjonijiet u laqgħat kien għadu ma ġie ppreżentat l-ebda pjan dwar is-sigurtà f 'Paceville. Grima saħansitra qal illi miegħu qatt ma saru laqgħat, la dwar din il-materja jew materja oħra relatata mas-sigurtà f 'Paceville. Fir-reazzjoni tiegħu iżda Abela, issa Ministru tal- Affarijiet Barranin, sostna li wara l-inċident kien stabbillit kumitat li ltaqa' diversi drabi u li fihom ipparteċipaw l-aġenziji li jagħtu taħriġ jew jimpjegaw gwardjani privati. Il-proposta prinċipali, spjega Abela, kienet li tinħoloq Awtorità li tassumi r-responsabbiltajiet tal-ħruġ tal-liċenzji tal-gwardjani privati u tirregolah; tirrevedi d-dispożizzjonjiet li jirrigwardaw is-servizzi tas-sigurtà privata; tassigura li l-livell ta' taħriġ li jingħata mid-diversi aġenziji jkun ta' livell għoli u tirrevedi l-kurrikulu ta' dan it-taħriġ; tapprova l-istandards tal- imġieba, tat-taħriġ u tas- superviżjoni tal-korsijiet li jingħataw; tissorvelja t-taħriġ li jingħata lil dawk li jkunu qed jagħmlu l-korsijiet li jwasslu għall-ħruġ ta' liċenzja u l-operat tal-aġenziji; ikollha l-poter li tissosspendi l-liċenzji fejn ikun hemm nuqqas ta' ħarsien tal- istandards stabbiliti, kemm fit-taħriġ kif ukoll fit-twettiq tas-servizz mogħti; tagħmel rakkommandazzjonjiet dwar titjib fis-servizz tas- sigurtà privata; tagħmel rakkommandazzjonjiet lill-Ministru rigward tibdil fil- liġijiet, mhux iżjed tard minn 12-il ġimgħa wara l-għeluq tas-sena u li tippreżenta lill- Ministru rapport annwali li jkun jista' jitpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra tar- Rappreżentanti. Karta tal-identità u uniformi għall-bouncers/security Abela sostna ma' din il- gazzetta illi t-tibdil propost fid-dokument li għandu jittella' quddiem il-kabinett, jinkludi wkoll il-ħtieġa li l-gwardjani privati jilbsu l-karti tal-identità apposta maħruġin mill-pulizija kif ukoll uniformi apposta. Dan flimkien mal-bżonn li min ikollu liċenzja jkun jaf jikkomunika, kemm bil-kitba kif ukoll bil-kliem, bil-Malti jew bl-Ingliż, żidiet fil-multi għal min jonqos li jħares ir-regolamenti tal-liġi, l-użu tal-mezzi tal-komunikazzjoni bejn il-kumpaniji tas-sigurtà u l-impjegati tagħhom li jkunu qed jagħmlu xogħol ta' gwardjani u tibdil fil- kurrikulu tat-taħriġ. Il-Ministru Abela rribatta wkoll il-kummenti ta' Mark Grima mal-ILLUM tal-Ħadd li għadda. "Wieħed jistaqsi fejn kien qiegħed Grima waqt li l-Gvern kien għaddej b'din il-ħidma kollha f 'dan il- qasam," sostna Abela. Skedata laqgħa bejn il- GRTU u l-Ministru Michael Farrugia Intant din il-gazzetta tista' tiżvela illi nhar is-16 ta' Awwissu, l-għada ta' Santa Marija, Philip Fenech mill- GRTU se jkun qed jiltaqa' mal-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia. Id-diskussjoni mistennija ddur mal-kwistjoni ta' sigurtà fil-lokalità u l-bżonn li jkun attwat pjan ħolistiku ta' sigurtà għal din il-lokalità. Ikkuntattjat minn din il-gazzetta Fenech sostna li għalkemm il-GRTU għadha ma ratx id-dokument li tlesta u li qed jistenna biex jitressaq quddiem il-Kabinett, fil-laqgħa ma' Farrugia se jkun sostnut il-bżonn ta' sigurtà u anke l-mod illi jitħaddmu l-persuni ta' sigurtà. Proposta awtorità li toħroġ liċenzji għall-bouncers Il-Ministru Carmelo Abela, sal- aħħar leġiżlatura responsabbli mis-sigurtà Ilma għall-annimali li jaqsmu l-fliegu f 'Santa Marija 'Pet friendly holiday', inizjattiva ġdida mill- Ministeru għal Għawdex u l-Animal Welfare Minn Liam Carter GĦAL dawk in-nies li ser jaqsmu lejn Għawdex bejn il-11 u t-18 t'Awwissu għall-festa popolari ta' Santa Marija, il-Ministeru ser ikun qiegħed jipprovdi ilma addattat għall-annimali domestiċi fit-terminals kemm taċ-Ċirkewwa kif ukoll tal- Imġarr. Dan sabiex l-annimali domestiċi jkunu wkoll jistgħu jtaffu ftit mis-sħana li taħkem il-gżejjer Maltin fix- xhur tas-sajf. Kull persuna li ser tkun qed taqsam minn Malta għal Għawdex ser tkun qed tingħata 'pet ticket' li mbagħad irid jiġi ppreżentat lill-uffiċjali tal-Gozo Channel. Apparti hekk bosta fuljetti ta' informazzjoni fuq dan is-suġġett ser ikunu mqassma. Dan sostnietu l-Ministru Justyne Caruana li ħabbret din l-inizjattiva b'ħidma id f 'id mas-sezzjoni tal- Animal Welfare. Caruana qalet li "illum il-ġurnata kulħadd hu mgħarraf bid-dmirijiet u d-drittijiet li jġorru magħhom l-annimali domestiċi. Hu dritt tagħna bħala ministeri li nkomplu nwasslu aktar tagħrif sabiex il-pubbliku inġenerali jittratta dawn il- ħbieb tagħna bl-aħjar mod possibbli." Minkejja dan, il-Ministru Caruana saħqet li 'Pet Friendly Holiday' hija biss waħda minn bosta inizjattivi pjanati għall-futur sabiex ikompli jikber l-għarfien u l-imħabba lejn l-annimali domestiċi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 august 2017