Illum previous editions

illum 6 august 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/858241

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 06 ta' Awissu 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum Marc Marquez jirbaħ ir-raba' pole tal-istaġun f 'Brno Marc Marquez -azzjoni f 'Brno r-Repubblika Ċeka MARC Marquez rebaħ ir- raba' pole tiegħu matul dan l-istaġun meta fiċ-ċirkwit ta' Brno fir-Repubblika Ċeka għadda bi ftit lis- sewwieq Taljan Valentino Rossi eżattament b'0.092 ta' sekonda. Fit-tielet post spiċċa Dani Pedrosa fuq Honda waqt li Andrea Dovizioso fuq Ducati temm fir-raba' post. Iddiżappuntaw ferm Jorge Lorenzo fuq Ducati u Maverick Vinales fuq Yamaha li temmew fis-sitt u fis-seba' post rispettivament. Intant, dawn huma l-pożizzjonijiet flimkien mal-ħinijiet miksuba mis-sewwiqa tal-Moto GP ilbieraħ f 'Brno: Poż. Numru Sewwieq Mutur Ħin Distakk 1 93 Marc Marquez Honda 1'54.981 2 46 Valentino Rossi Yamaha 1'55.073 0.092 3 26 Dani Pedrosa Honda 1'55.119 0.138 4 4 Andrea Dovizioso Ducati 1'55.441 0.460 5 35 Cal Crutchlow Honda 1'55.489 0.508 6 99 Jorge Lorenzo Ducati 1'55.552 0.571 7 25 Maverick Viñales Yamaha 1'55.663 0.682 8 9 Danilo Petrucci Ducati 1'55.738 0.757 9 19 Alvaro Bautista Ducati 1'56.027 1.046 10 5 Johann Zarco Yamaha 1'56.075 1.094 11 41 Aleix Espargaro Aprilia 1'56.355 1.374 12 76 Loris Baz Ducati 1'56.624 1.643 Wladimir Klitscko jirtira mill-heavy- weight boxing FILJIEM li għaddew il-boxer internazzjonali Wladimir Klitscko ħabbar l-irtirar immedjat tiegħu mil- boxing. Dan l-ex champion tal-heavy weight ta' 41 sena kien qed jikkunsidra li jkollu taqbida oħra ma' Anthony Joshua iktar magħrufa bħala 'rematch' wara li f 'April li għadda safa megħlub b'mod drammatiku mir-rebbieħ tat- titlu IBF kif ukoll WBA. B'hekk Anthony Joshua issa jidher li se jkun qed jiġġieled kontra l-Bulgaru Kubrat Pulev waqt li Klitscko se jkun qed ifittex li jibqa' mfakkar bħala wieħed mill-aqwa heavy weight boxers fl-istorja. F'kummenti li għadda lill-media, huwa qal li dam ftit ġimgħat biex jieħu din id-deċiżjoni, biex b'hekk ikun ċert li jkollu żmien biżżejjed mill-ġlieda ta' Wembley Stadium lura f 'April li għadda. Bħala boxer amateur u professjonali, huwa kiseb kull titlu li ħolom li jiskeb, waqt li afferma li jħoss li issa kien wasal iż-żmien li jibda t-tieni karriera tiegħu wara l-isport. Wara li dam xejn inqas minn 11-il sena ma jsofri telfa, Klitscko tilef l-aħħar żewġ taqbidiet tiegħu, fejn b'hekk ikkonċeda it-titli tiegħu tal-IBF, WBA u WBO meta tilef kontra Tyson Fury u Anthony Joshua fil-11-il rawnd f 'Wemley Stadium.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 august 2017