Illum previous editions

illum 6 august 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/858241

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 06 ta' Awissu 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... ALEX SANDRO - Chelsea jinsabu lesti li jagħmlu offerta ta' £70 miljun għal Alex Sandro. Il-managerr tal-Blues Antonio Conte jixtieq ħafna lil dan il-plejer Brażilan hekk kif għandu fiduċja kbira fih waqt li jqisu fost wieħed mill-aqwa difensuri fiċ-ċirkolazzjoni fid-dinja. U dan bir-raġun hekk kif speċjalment fl-aħħar staġun huwa mpressjona ferm bil-flokk tal-Bianconeri u beda jiġbed l-għajn ta' bosta klabbs bl- aktar fosthom ikunu Chelsea. THOMAS LEMAR - Monaco rrifjutaw it-tielet offerta ta' €50 miljun għal Thomas Lemar, iżda l-bejgħ ta' dan il-player għadu ma ġiex kompletament eskluż. Arsenal kellhom offerti preċedenti ta' €40 miljun u €45 miljun rifjutati, waqt li l-viċi-president ta' Monaco Vadim Vasilyev iktar kmieni matul din il-ġimgħa afferma li Lemar ma jinbiegħx għall-bejgħ. Thomas Lemar qed jitqies bħala wieħed mill-aqwa prospetti algatabl internazzjonali kemm fil-preżent u anki fil-futur qrib. LUCAS PEREZ - Il-plejer ta' Arsenal Lucas Perez mistenni jħalli lill-Gunners biex isieħeb lil Newcastle United. Dan l-attakkant ta' 28 sena jinsab determinat li jħalli lit-tim minn Londra matul dan is-sajf, b'Lucas Perez jixtieq ħafna li jingħaqad mal-Magpies. Għalkemm għada ma tħabbret l-ebda somma ta' kemm Newcastle United mistennija joffru għal dan il-plejer, din mhix mistennija tkun waħda żgħira hekk kif il-Magpies jidhru ferm ħerqana u determinati li jakkwistaw is-servizzi ta' dan il-plejer. RENATO SANCHES - Chelsea għamlu offerta tardiva biex jakkwistaw lill-midfielder ta' Bayern Munich Renato Sanches b'self. Dan il-plejer internazzjonali Portugiż deher ferm viċin li jingħaqad ma' AC Milan, iżda l-manager tal-Blues, Antonio Conte tkellem mal-manager ta' Bayern Munich Carlo Ancelotti rigward trasferiment potenzjali meta huma ltaqgħu f 'logħba ta' ħbiberija bejn iż-żewġ timijiet li AC Milan rebħu bl-iskor kbir ta' 4-0 matul il-jiem li għaddew. KYLIAN MBAPPE - Monaco ħabbru li jistgħu ibigħu lil Kylian Mbappe dejjem jekk huma jirċievu s-somma ta' €180 miljun, biċ-champions tal-Ligue 1 fi Franza qed ikomplu t-taħdidiet tagħhom għall-estensjoni tal-kuntratt b'dan l-attakkant żagħżugħ qed jattira l-interess minn Manchester City, Real Madrid u PSG fost oħrajn. Monaco qed jikkunsidraw serjament li jbigħu lil dan il-plejer iżda dejjem jekk it-talbiet tagħhom jiġu milqugħa. TOM DAVIES - Chelsea mistennija jkomplu jonfqu matul dan is-sajf u xeħtu ħarsithom fuq il-midfielder ta' Everton Tom Davies. Dan il-plejer internazzjonali Ingliż ta' taħt id-19-ilsena impressjona bil-bosta wara li rnexxielu jagħmilha mal-ewwel tim tat-Toffees matul l-istaġun li għadda, u Conte qed jittama li jipperswadi lil Davies biex iħalli lil Everton u jingħaqad ma' Chelsea. IVAN PERISIC - Manchester United jinsabu ferm viċin li jikkonkludu t-trasferiment tal-winger Kroat ta' Inter Ivan Perisic għas-somma ta' £48 miljun. Ir-Red Devils ilhom għaddejjin b'taħdidiet ma' Inter rigward it-trasferiment ta' dan il-plejer, li nforma lill-klabb minn Milan li huwa jixtieq iħallihom. Manchester United ma kinux lesti li jħallsu s-somma mitluba minn Inter għal dan il-plejer li kienet dik ta' £50 miljun. GARETH BALE - Manchester United qed isegwu mill-viċin lil Gareth Bale hekk kif qed jissemma' li dan jista' jħalli lil Real Madrid. It-team immexxi minn Jose Mourinho jista' jħalli lill-Galacticos wara li Zinedine Zidane ma jinsabx f 'pożizzjoni li jiggarantixxi li Bale se jkun qed jibqa' mal-Merengues.Real Madrid qed jittamaw li jiffirmaw lil Kylian Mbappe fi trasferiment record bl-ex player tal-Ispurs qed jitqies bħala l-aktar plejer li jiswa' flus u li għandu ċans ji jħalliehom fost il-bosta stilel tal-Los Blancos. BARKLEY U OXLADE-CHAMBERLAIN - Chelsea qed jippreparaw li jonfqu s-somma ta' €50 miljun biex jiffirmaw lil Ross Barkley u Alex Oxlade-Chamberlain. Dawn iż-żewġ players internazzjonali Ingliżi ssemmew li setgħu iħallu lil Everton matul din it-tieqa tat-trasferimenti. Dan filwaqt li Chelsea qed ifittxu li jtellgħu iktar plejers li huma prodotti tagħhom mal-ewwel skwadra tagħhom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 august 2017