Illum previous editions

illum 6 august 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/858241

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 06 ta' Awissu 2017 L-istorja ta' suċċess f 'Dar Sentejn u nofs u 350 pazjent wara... Minn Veronica Lynn Mizzi SENTEJN u nofs u 350 pazjent wara, Dar Kenn għal Saħħtek fl- Imtarfa qed turi kemm hi storja ta' suċċess hekk kif iktar pazjenti li qed jagħmlu użu mis-servizzi tad-Dar qed ikollhom riżultati tajbin li jibqgħu jinżammu anke wara l-programmi. Il-gazzetta ILLUM iltaqgħet ma' Darleen Zerafa, Direttriċi tal-Fondazzjoni Kenn għal Saħħtek u ma' Dr Anton Grech, chairman tal-istess Fondazzjoni, li tmexxi d-dar fl- Imtarfa. Dar Kenn għal Saħħtek toffri servizzi għal persuni li jbatu minn xi 'eating disorder' u anke mill- obeżità, u bl-għajnuna ta' numru ta' professjonisti ifasslu pjanijiet sabiex dawn il-pazjenti jkunu jistgħu jerġgħu jiksbu saħħithom lura. Zerafa spjegat kif id-Dar taħdem ma' żewġ tipi ta' pazjenti, u f 'pajjiżi oħra, dawn ġeneralment ikunu maqsuma f 'żewġt idjar separati. Kompliet tgħid kif fil-każi tal- obeżità, dawn il-pazjenti jiġu referuti mit-tobba għal progamm residenzjali ta' tmien ġimgħat, fejn jiġu segwiti mill-professjonisti sabiex jakkwistaw it-trattament meħtieġ. Id-direttriċi tispjega kif wara x-xahrejn trattament residenzjali, il-pazjenti xorta waħda jibqgħu jiġu segwiti mill- professjonisti, bis-sapport ma jaqta' xejn sabiex il-bidla fl-istil ta' ħajja li tkun inbniet, eventwalment titkompla. Hawnhekk, Darleen Zerafa tinsisti kemm huwa importanti s-sapport sabiex jiġi evitat li l-pazjenti jerġgħu jmorru lura għall-mod ta' kif kienu qabel bdew il-programm. "Naħdmu fuq aspetti differenti tal-persuna, fuq il-lat tal- edukazzjoni, aspett nutrittiv, dak psikoloġiku, u naħdmu wkoll fuq attività fiżika biex nippruvaw li kemm permezz ta' ħidma fi grupp u individwali, naħdmu mal-persuna biex tbiddel l-istil tal-ħajja tagħha," sostniet Zerafa. Is-servizzi li toffri Dar Kenn għal Saħħtek, mhumiex limitati biss għall-ħidma residenzjali, li tammonta għal iktar minn 350 pazjent fiż-żmien li ilha miftuħa d-dar, iżda wkoll ammont ikbar ta' nies li jagħmlu użu minn xi servizzi jew faċilitajiet li toffri d-dar. Pazjenti b''eating disorders' jibdew minn età ta' 11-il sena Meta mistoqsija dwar l-etajiet ta' dawk il-persuni li jagħmlu użu mid-Dar, Darleen Zerafa tgħid li l-etajiet ivarjaw bil-bosta. Fil- fatt, fil-każ tal-obeżità, il-pazjenti jibdew sa minn età żgħira, bl-età medja tkun bejn l-40 u l-50 sena. Min-naħa l-oħra, fejn jidħlu l-'eating disorders' l-età tkun ferm iktar baxxa, bl-età tal-pazjenti tibda minn 11-il sena u l-medja tkun biss ta' 18-il sena. Studju lokali se jkun ippubblikat f 'ġurnal psikjatriku internazzjonali Minbarra li l-għan ta' Dar Kenn għal Saħħtek huwa li jtejjeb il- kwalità tal-ħajja tal-pazjenti tagħha, jinżamm rekord tal- pazjenti sabiex jiġu monitorjati tul il-proċess tagħhom. Fil-fatt, Dr Anton Grech u Darleen Zerafa spjegaw kif fi ftit ġimgħat oħra, Dar Kenn għal Saħħtek se tkun qed tippubblika studju u tippreżentah waqt konferenza f 'Cambridge li janalizza t-tibdil tal-pazjenti u l-progress tagħhom matul iż-żmien. Dan l-istudju mistenni juri kif titjieb il-mobbiltà tal-pazjenti, jonqos il-livell taz-zokkor, kolesterol u pressjoni, fost l-oħrajn. Dan l-istess Darleen Zerafa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 6 august 2017