Illum previous editions

illum 13 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/860908

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 13 ta' Awwissu 2017 Aħbarijiet 'Il-qagħda finanzjarja ta' Portelli u Delia tirrendihom ineliġibbli għall-kariga' Tkompli minn paġna 1 "Mhuwiex aċċettabli bl-ebda mod illi l-kap ta' wieħed mill-akbar partijiet f 'Malta u l-kap tal-oppożizzjoni jkun f 'pożizzjoni vulnerabbli ma' bank ewlieni illi fi kwalunkwe ħin u mument jista' jiġbidlu t-tapit u jitfgħu mal-ħajt. Il-PN diġà għandu problemi finanzjarji kbar u l-aħħar ħaġa li jeħtieġ hu li jkollu kap li għandu problemi finanzjarji kbar tiegħu wkoll," sostna Ellis. Huwa għalhekk stieden lil "Adrian Delia u lil Frank Portelli sabiex jagħmlu eżami tal-kuxjenza u jaraw jekk dak li qed jagħmlu hux verament għall-ġid tal-PN jew le. Jiena nawgura illi jaslu għall-konklużjoni llum qabel għada illi l-qagħda finanzjarja tagħhom tirrendihom ineliġibbli illi jkopru l-kariga ta' kap tal- PN." (Ara l-artiklu f 'paġna 18) Din ir-reżistenza interna tfisser illi fl-eventwalità li Delia jkun elett, il-co-option tiegħu taf issib ostaklu serju, hekk kif irid ikun l-istess Kunsill Eżekuttiv li jeħtieġ jikkonvinċi lil dawk eleġibbli għal elezzjoni każwali biex ma jipparteċipawx f 'każ li persuna tkun lesta li ċċedi s-siġġu Parlamentari. L-aktar persuna li qed tkabbar l-appoġġ fid-dawl tad-'daqqiet' li qed jaqla' Delia jidher li huwa Alex Perici Calascione, li lbieraħ u matul il-ġurnata tal- lum qed idur il-kunsillieri fil-gżira Għawdxija. Dawk fit-tmexxija tal- PN li ma jridux lil Delia, ħafna minnhom fil-fatt qed jappoġġjaw lil Perici Calascione li mill-bidu tal- kampanja s'issa, spjegaw dawk li tkellmu magħna, qed jara ċaqliqa pożittiva fl-appoġġ. L-ILLUM tinsab infurmata li Perici Calascione iltaqa' mal- eks Ministri Anton Tabone u anke Giovanna Debono meta kien qed idur f 'Għawdex ilbieraħ, jitkellem mal-Kunsillieri Nazzjonalisti Għawdxin li mhux se jkunu qed jivvutaw lil Said, ħafna minnhom eks sostenituri u attivisti tal-eks Ministru t'Għawdex Giovanna Debono. Ikomplu l-faqqaturi bejn Delia u Caruana Galizia... Intant Caruana Galizia kompliet bl-attakk fuq Delia, hekk kif fi blogg partikolari akkużatu li mill-kumpanija Mġarr Developmnets Ltd hu flimkien ma' martu u l-proprjetarji tat-tali kumpanija akkumulaw dejn ta' €12-il miljun, li minnhom 11-il sena wara għadhom ma tħallsux €7 miljuni. Dan kien artiklu ieħor mill-ħafna li nkitbu s'issa u li qed jagħmlu pressjoni fuq il-kandidat għall-kariga ta' Kap tal-PN biex jiddikjara l-assi tiegħu, bħalma għamel il-kandidat l-ieħor Chris Said. Ilbieraħ stess David Thake, eks xandar u eks kandidat tal-PN qal illi billi wieħed jipprova joħloq marmalja onlajn mhux se jneħħi mill-fatt li xorta jeħtieġ jiddikjara l-assi tiegħu. "Ma tistax tmexxi billi tibda taħbi l-affarijiet sakemm ikun tard wisq," sostna Thake f 'botta ċara lejn Delia. Intant Delia qal li rċieva telefonata 'isterika għall- aħħar'. "Spjegajtilha (lil DCG) bil-kalma l-fatti dwar id-dejn ta' kumpanija li fiha għandi biss sehem ta' 9%. Injorat il-fatt li l-kumpanija għandha aktar assi minn dejn. Dan kollu mhux mod aċċettabbli kif tirrapporta proċess politiku bħalma hu l-elezzjoni ta' Kap ta' Partit. Huwa attakk personali fuqi u fuq il-familja tiegħi u manipulattiv għall-aħħar," kompla jgħid Delia. Delia staqsa għalfejn l-attakki u min hemm warajhom u sostna li dan huwa telf ta' "ħin prezzjuż mill-proposti poltiċi. Il-qagħda finanzjarja personali tiegħi hi tajba u solida. Għandi investiment personali ta' 9% sehem f 'kumpanija li qed tiżvilluppa binja f 'Għawdex. Il-valur tal-proprjetà li għandha din il-kumpanija jiżboq sew il-kapital li ntuża biex jinbena l-proġett u d-dejn rimanenti. Delia saħansitra qal li l-PN ma jistax jibqa' jiċċassa "quddiem min irid jiġbidlu l-ispag kull meta jidhirlu. Irridu partit magħqud li jitkellem fuq il-politika għan-nies u mhux fuq in- nies fil-politika." Adrian Delia caption: Delia jisħaq li l-PN ma jistax jibqa' ċċassat quddiem dawk li qed jiġbdulu l-ispag Farrugia jgħid li hemm biżżejjed nies biex jieħdu t-tmun tal-PD Tkompli minn paġna 1 Ikkuntattjat minn din il-gazzetta Farrugia saħaq illi hu se jżomm l-għażliet tiegħu miftuħin u mhux se jkun qed jorbot lilu nnifsu minn issa għal x'se jagħmel dwar it-tmexxija tal- partit. Mistoqsi kemm hi realistika li l-PD fil-fatt isib persuna oħra li tmexxih, hekk kif għad għandu għażla limitata ħafna ta' persuni minn fejn jista' jagħżel, Farrugia nnega dan. Huwa sostna li l-PD għandu talent biżżejjed u nies b'biżżejjed ħeġġa biex jieħdu huma t-tmexxija ta' dan il-partit, fl-ewwel sena tiegħu. Għall-mistoqsija ta' din il- gazzetta dwar kif jinterpreta l-fatt li Marlene ddeċidiet li ma tibqax tmexxi lill-PD sena biss wara li l-partit ifforma u xahrejn biss wara suċċess relattiv fl-elezzjonijiet, Farrugia kien pjuttost difensiv fil-konfront tas-sieħba tiegħu. Huwa sostna li ma fiha assolutament xejn ħażin illi persuna, f 'dan il-każ Marlene, ma tibqax iżżomm il-kariga tagħha ladarba tkun wettqet il-kisbiet li tkun immirat għalihom, "u Marlene dawn il- kisbiet laħqithom." Mistoqsi jekk huwa jikkunsidrax li jingħaqad mal- PN f 'xi stadju f 'din il-leġiżlatura Farrugia saħaq li hu ħareġ mal-PD u għalkemm meta ħa l-ħalfa, dan għamlu lejn il-pajjiż "is-siġġu tiegħi huwa assoċjat mal-PD." Il-messaġġ ta' Marlene Farrugia fuq il-paġna ta' FB tagħha lbieraħ Marlene dieħla fis-sala tal-għadd tal-voti ftit wara li kienet magħrufa r-rebħa tal-PL

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 August 2017