Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/860908
illum | Il-Ħadd 13 ta' Awwissu 2017 22 Mediaspot P aris St Germain laqa' lill-plejer Neymar wara li xtraw lill-benjamin tagħhom għal 222 miljun ewro. Neymar hu mistenni li jaqla' 45 miljun Ewro fis- sena. Dan hu nfiq ultra-skandaluż, anki meta tqis li l-plejer ta' 25 sena għandu l-ambizzjoni li f 'dan l-istaġun jirbaħ kemm jista' trofej. Neymar iffirma kuntratt ma' Paris St Germain il-ġimgħa li għaddiet mingħand Barċellona. Deutsche Welle rrappurtat li siegħa qabel ma bdiet il-logħba kontra SC Amiens, il-45,000 dilettant tal-futbol li ppakkja l-istadium Parc des Princes laqa' lil Neymar daqslikieku kienet waslet it-Tieni Miġja tal-Feddej. U Neymar li indirizza lill-folla bil- Portugiż u ftit Franċiż qal li "Pariġi hi maġika." Daż-żgur li Pariġi hi maġika għal stilla tal-futbol li, kif għidna iktar 'il fuq, mistenni jaqla' 45 miljun ewro fis-sena. Il-belt tad- dawl mhix maġika għall-immigranti u d-dixxendenti tagħhom li jgħixu fis-subborgi periferiċi u li ftit tas-snin ilu kienu fiċ-ċentru tal- aħbarijiet minħabba inċidenti ta' taqlib soċjali u rati għolja ta' kriminalità u qgħad. Tassew li Neymar hu plejer fi klassi għalih (skorja 105 gowls f '186 logħba ma' Barċellona) imma l-flejjes li qed jintefqu fuq it-trasferimenti tal-plejers huma skandalużi. Miet Navarro-Valls F'Lulju li għadda miet Joaquìn Navarro-Valls, ġurnalista li għal 22 sena (1984-2006) serva lill-Knisja fil- Vatikan fil-pożizzjoni importanti bħala Direttur tas-Sala Stampa, l-ewwel fi żmien San Ġwanni Pawlu II u fl-ewwel sentejn tal-Papa Benedittu XVI. Navarro-Valls biddel is-sala stampa Vatikana għal ċentru dinamiku ta' evanġelizzazzjoni u wettaq rivoluzzjoni fl-komunikazzjonijiet tal-Vatikan mingħajr ħafna frattarija. Kien influwenzat ħafna minn San Josè Maria Escrivà, il-fundatur Spanjol tal- organizzazzjoni kontroversjali Opus Dei. Ix-xena tal-bouncers Ix-xena ta' sitt bouncers jagħtu xebgħa papali lil żewġ klijenti ħerġin minn stabbiliment tad-divertiment f 'Paceville wriet sa liema livell tbaxxew il-morali f 'dan il-pajjiż ta' ipokrezija u bigottiżmu. Min ħarreġ lil dawn il-bouncers? Liema taħriġ ingħataw? Liema sistemi ta' protezzjoni tgħallmu? Xeni parrokkjali fl-iskejjel Fl-iskejjel bdew jidhru xeni parrokkjali ta' divertiment. Xi ħadd ġietu l-idea biex jibda "jirriproduċi l-festa tar-raħal fl-iskola." Inħarġu l-bnadar, il-flokkijiet bl-istampi tal- qaddisin u saħansitra statwetti żgħar armati fuq bradelli li jinġarru mit-tfal fuq l-ispallejn. Lura mill-Filippini Il-ħabib tiegħi, il-poeta u saċerdot Gioele Galea jmur għall-missjoni fil-Filippini kull sena. Għandu ħafna kuraġġ għax jinsa lilu nnifsu biex jagħmel żmien jgħix mat-tfal fqar ta' dak il-pajjiż kollu miżerja. U meta tistaqsi lil Gioele kif mar, jgħidlek, "Ferħan, ferħan ħafna." Zucchero u l-impenn soċjali Il-kantant Taljan Zucchero kien Malta biex jagħti kunċert bħala parti mit-tour mondjali tiegħu. Il-lista ta' kanzunetti inkludiet Streets of Surrender (SOS) li nkitbet mill- frontman tal-grupp U2, Bono. Il-kanzunetta tfakkar il-vittmi tal- attakk terroristiku fuq il-Bataclan f 'Novembru 2015. Kanuzunetti oħra jirriflettu l-impenn soċjali-romantiku ta' Zucchero favur l-immigranti. F'intervista li ta lil The Sunday Times (Malta) Zucchero kien ikkowotat li qal li l-immigranti huma "l-iskjavi moderni" u li s-soċjetà saret insensittiva għat-traġedja tagħhom. Programmi reliġjo-liriċi Fuq Campus FM George Peresso jippreżenta diversi programmi reliġjo-kulturali li tnisslu minn bosta tradizzjonijiet liriċi u li twasslu għand il-poplu ta' Alla permezz ta' ritwali reliġjużi u liturġiċi. Tgħin lil Peresso f 'dawn il-programmi hemm dejjem Celaine Buhagiar. Għanafest In-nies f 'Malta jintesew malajr. Kif donnu ntesa l-folklorista Ġorġ Mifsud Chircop, li qanqal interess ġdid fl-għana popolari Malti, miż-Zejtun sal-Università u saħansitra l-Awstralja. Mifsud Chircop kien protagonist ukoll fl-organizzazzjoni ta' seminars speċjalizzati li laqqgħu lil bosta studjużi flimkien f 'Malta u nħawi oħra tal-Mediterran. Mifsud Chircop m'għandu jintesa qatt. Encore L-aħħar ħarġa ta' Encore ġabret flimkien kliem Malti li jintuża għall- metodi tat-tisjir, għall-aċċessorji tal-kċina u għall-ingredjenti, bħall- ħwawar u l-ħxejjex aromatiċi. L-artiklu jisħaq biex fil-programmi għat- televiżjoni u r-radju, il-preżentaturi u l-koki għandhom jaraw li jużaw Malti tajjeb u jekk hemm bżonn jikkonsultaw mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti. Ktieb mhux tas-soltu Ħareġ ktieb mhux tas-soltu (Merlin Library, 2017) li jfakkar 100 storja mibnijin fuq ir-riċerka li ħadem fuqha Giovanni Bonello bħala storiku, riċerkatur u mħallef tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. L-istejjer imissu l-istorja, l-arti, l-antropoloġija u l-arkeoloġija. Marisa Attard ipprovdiet l-illustrazzjonijiet. "Il-45,000 dilettant tal-futbol li ppakkja l-istadium Parc des Princes laqa' lil Neymar daqslikieku kienet waslet it-Tieni Miġja tal-Feddej" MARIO AZZOPARDI Trasferimenti skandalużi fil-futbol Neymar: Trasferiment ta' 222 miljun ewro