Illum previous editions

illum 13 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/860908

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 13 ta' Awwissu 2017 Sports 28 Sapport massimu mill-MFA għall-plejers żgħażagħ li jagħżlu li jmorru jilagħbu barra minn Malta HEKK kif fil-jiem li għaddew saret l-ewwel laqgħa tal-Kunsill tal-MFA għall-istaġun 2017-18 f 'lukanda ewlenija f 'San Ġiljan, bħalma jsir f 'kull l-ewwel Laqgħa tal-Kunsill tal-istaġun, ġew approvati il-membri tal-Kumitati tal-Clubs kollha u l-membri tal-Kunsill li se jservu f 'dan l-organu tal-MFA għas-sena d-dieħla. F'konferenza stampa li ġiet indirizzta eżattament wara dan il-Kunsill, is- Segretarju Ġenerali tal-MFA Dr Angelo Chetcuti ħabbar li l-kunsill approva wkoll it-twaqqif ta' bordijiet ġodda fosthom wieħed sabiex jagħti s-support kollu neċċessarju lill-plejers żgħażagħ meta dawn jintbgħatu għall- esperjenza jilagħbu barra minn Malta. Dan hekk kif huwa saħaq li l-MFA tinsab impenjata li tipprovdi sapport massimu lil dawk il-plejers żgħażagħ li jagħżlu li jmorru jagħmlu esperjrenzi barra minn Malta. Din l-għajnuna tinkludi kemm dik finanzjarja kif ukoll psikoloġika. Intant, twaqqqaf Bord ieħor sabiex jipproponi riformi fl- amministrazzjoni tal-MFA. Fil-Kunsill ġie diskuss ukoll is-season ticket hekk kif propost mill-MFA li tant kien fl-aħbarijiet f 'dawn l-aħħar jiem, fejn Dr Chetcuti saħaq li l-proċess tal-bejgħ ta' dawn il-biljetti jinsab miex b'ritmu kemmxejn kajman, iżda jinsab ċert li r-ritmu tal-bejgħ se jkun qed jiżdied fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin. Dan hekk kif huwa afferma li din il-proposta ġiet milqugħa b'mod ferm pożittiv minn setturi kbar tal-Membri tal- Kunsill, u b'hekk qal li jħoss li din se tkun qed tħalli l-frott mixtieq. Mistoqsi minn dan il-ġurnal jekk l-MFA kellhiex parti mis-sehem fid-deċiżjoni tal-clubs rigward il-prezz li għalih se jkunu qed jinbiegħu dawn is-season tickets, is- Segretarju Ġenerali tal-MFA wieġeb fin-negattiv, fejn afferma li l-prezz ta' dawn il- biljetti kien biss prerogattiva tal-clubs tal-Premier u ma kien sar l-ebda ndħil mill- MFA. Ġew approvati numru ta' emendi relatati mad- dixxiplina fosthom rigward ir-regolament li ġie aġġornat dan l-aħħar mill-FIFA dwar ir-regola tal-Violent Conduct. Deċiżjoni oħra meħuda waqt dan l-ewwel kunsill tal-istaġun kienet li issa l-Prosekutur tal-MFA jista' jappellaw minn kwalinkwe deċiżjoni tal-Bord li jiġġudika akkużi dwar korruzzjoni hekk kif qabel kien biss l-akkużat li seta' jappella min deċiżjoni. Is-Segretarju Ġenerali Dr Angelo Chetcuti, ħabbar ukoll li l-Awditur Ġenerali tal-Gvern is-Sur Charles Deguara se jkun qed jinħatar membru fil-Uefa Governance and Compliance Committee fuq għażla personali tal-President tal-UEFA, Alexander Ceferin. Intant ġie konfermat li min jirbaħ il-kampjonat 2017/18 u jgħaddi għall-ewwel round ta' kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League se jkun qed jieħu xejn inqas minn €480,000 bil- possibilita' li jżid €230,00 jekk jgħaddi għat-tieni rawnd. Min-naħa l-oħra t-timijiet li se jkunu qed jikkwalifikaw għall-UEFA Europa League jieħdu €215,000 għall-ewwel round u €225,000 jekk team jikkwalifika għat-tieni round. Dr Angelo Chetcuti jindirizza lil dawk preżenti Il-Ministru għal Għawdex f 'laqgħa mal-Għaqda Ġurnalisti Sports F'LAQGĦA li saret fil- Ministeru għal Għawdex, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ltaqgħet mal-eżekuttiv il-ġdid li għadu kif ġie elett tal- Għaqda Ġurnalisti Sports. Il-Ministru Caruana bdiet l-indirizz tagħha billi ferħet lill-President il-ġdid tal- Għaqda Sandro Micallef, li ġie maħtur bħala r-raba' President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports wara li Charles Camenzuli ħalla dan il-post li kien ilu jokkupa għal dawn l-aħħar erbatax-il sena, dan wara li ġie elett President tal-AIPS Europe u Viċi President tal- AIPS. Fost it-temi diskussi waqt din iż-żjara kien hemm dik li Għawdex jiġi rreklamat bħala destinazzjoni turistika sportiva, kemm għall- assoċjazzjonijiet lokali kif ukoll dawk internazjonali. Hawnhekk il-Ministru Caruana enfasizzat l-impenn assolut tal-Ministeru għal Għawdex sabiex Għawdex ikun irreklamat fuq sfera internazzjonali sabiex din in- niċċa, li għandha potenzjal li tiżviluppa, tkompli tespandi. Justyne Caruana kompliet billi qalet li għandha ssir diskussjoni wiesgħa mal- istakeholders konċernati sabiex aktar turiżmu sportiv jiġi attirat lejn il- gżira Għawdxija. L-enfasi m'għandiex tibqa' biss fuq sport wieħed partikolari, però fuq firxa usa' ta' sports u dan għax f 'Għawdex hemm potenzjal, u l-Gvern għandu pjanijiet biex jissaħħu l-faċilitajiet sportivi f 'Għawdex. Il-Ministru għal Għawdex semmiet bħala eżempju kif fil-ġranet li għaddew Għawdex kien il-post fejn intemmet it- tellieqa rinomata fil-qasam tal-ibburdjar, it-Trophée Bailli du Suffren. Dan iffisser li Għawdex għandu l-potenzjal li jattira avvenimenti bħal dawn, u l-Għaqda Ġurnalisti Sports għandha rwol importanti x'taqdi f 'dan ir- rigward. Sandro Micallef feraħ lill- Ministru Caruana fil-ħidma l-ġdida tagħha u stqarr li, kif inhi t-tradizzjoni, l-ewwel żjara uffiċjali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports dejjem kinet mal-Ministru għal Għawdex. Hu wiegħed is-sostenn kollu possibbli sabiex jintlaħqu l-objettivi li qed jipproponi l-Ministeru għal Għawdex. Is-Segretarju tal-Għaqda Mark Mizzi rrimarka li Għawdex joffri diversi vantaġġi meta wieħed jieħu in kunsiderazzjoni li hu mgħammar b'faċilitajiet tajba (u li hemm ukoll il- ħsieb li dawn jiġu mtejba u li jiżdiedu), klima attraenti, u l-fatt li ma tridx tivjaġġa ħafna sabiex tasal fid- destinazzjonijiet mixtieqa. Il-Ministru Caruana tenniet li kemm il-Ministeru għal Għawdex kif ukoll il-membri tal-Għaqda Ġurnalisti Sports għandhom l-istess ideat u viżjoni sportiva għal Għawdex u kkonkludiet li b'impenn massimu mill-membri kollha kkonċernati, flimkien nistgħu nattiraw aktar attività u avvenimenti sportivi lejn il-gżira Għawdxija, u dan possibilment anke permezz ta' konferenza li tista' tiġi ppjanata fil-ġejjieni.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 August 2017