Illum previous editions

illum 13 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/860908

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 13 ta' Awwissu 2017 | illum Sports 29 Suċċess għal żgħażagħ Maltin fit-Tenpin Bowling ġewwa Norwich FIX-XAHAR ta' Lulju, grupp ta' 18-il żagħżugħ Malti, li jiffurmaw parti mill-Iskwadra Nazzjonali taż-żgħażagħ tat-Tenpin Bowling telgħu jikkompetu fin- Norwich Junior Open. Din il-kompetizzjoni hija miftuħa għal żgħażagħ ta' taħt it-22 sena. L-atleti setgħu jipparteċipaw fid-diviżjoni tagħhom, skont l-eta', taħt il 11 -ilsena, taħt it-13 il-sena, taħt il-15-il sena, taħt is-17-il sena, taħt id-19-il sena u taħt it-22 sena. Dan għamluh b'suċċess kbir, għaliex iż-żgħażagħ rebħu mhux inqas minn 14-il medalja: 5 deheb, 4 fidda u 5 bronż. Dawn intrebħu hekk: DEHEB • It-tim doppju ta' taħt it-13-il sena – Shadon Psaila u Nicholas Muscat • It - tim doppju ta' taħt il-15-il sena – Edward Xuereb u Ayrton Ciangura • It-tim ta' b'erbgħa – Kurt Attard, Matthew Magro, Edward Xuereb u Ayrton Ciangura Singles taħt it- 22 sena – Juliana Bonanno • All Events taħt il- 15-il sena – Edward Xuereb FIDDA • Singles taħt is 17-il sena – Matthew Magro • All Events taħt it- 22 sena – Juliana Bonanno • Singles taħt it-13- il sena – Nicholas Muscat • All Events taħt it- 13-il sena – Nicholas Muscat BRONŻ • It-tim doppju ta' taħt is 17-il sena – Kurt Attard u Matthew Magro • Singles taħt it-22 sena – Alessia Schembri • All Events taħt it-22sena – Alessia Schembri Singles taħt il-15-il sena – Edward Xuereb Apparti minn hekk, il-kompetituri l-oħra taw prestazzjoni tajba. It –tim kien akkumpanjat mill-kowċ Nazzjonali tat-Tim taż-żgħażagħ Mark Spiteri u minn Liliana Spiteri – Segretarja tal-Assoċċjazzjoni u l-persuna inkarigata mill-Youth Development. Diversi ġenituri wkoll ġew biex jissapportjaw lit-Tim. Iż-żgħażagħ Maltin tat-Ten-Pin Bowling ġewwa Norwich Dylan Cachia u Sarah Demicoli jiddominaw l-istaġun tal- Birkirkara St Joseph Open Water Swimming IL-BIRKIRKARA St Joseph Sports Club, pijunier tat-tlielaq tal-Open Water Swimming f 'Malta dan l-aħħar temm b'suċċess il-kampjonat ta' din is-sena fejn il-fuq minn 230 atleta ħadu sehem fis-sitt tlielaq, li kkonsistew f 'ħames tlielaq ta' żewg kilometri u oħra ta'erba' kilometri miżmuma ġewwa s-Salina. Din is-sena il-klabb irreġistra tkabbir sostanzjali fin-numru ta' parteċipanti, li ġab flimkien uċuħ familjari kif ukoll ġodda. Filwaqt li numru ta' għawwiema taw prestazzjonijiet notevoli, kienu ż-żgħażagħ Dylan Cachia u Sarah Demicoli, li għal darb'oħra ddominaw l-istaġun. Fil-Kategorija tal-Irġiel Dylan Cachia kompla fuq ir-ritmu tas-sena li għaddiet. Mhux biss Cachia rnexxielu jżomm l-ewwel post, f 'kull tellieqa, iżda rreġistra wkoll b'mod konsistenti ħinijiet mtejba mis-snin ta' qabel. Fit-tieni post spiċċa Andrew Sultana, li għalkemm għadu wkoll żagħżugħ, hu kiseb esperjenza sostanzjali fl- isport. It-tielet post ra lil Andre Camilleri jikkompeti għall-ewwel darba fuq dawn id-distanzi. Dan wara li s-sena l-oħra, għar-raġunijiet ta' eta hu seta jikkompeti biss fit-tlielaq ta'kilometru. Camilleri qed isir wieħed mill-għawwiema lokali li b'wirjiet tajbin u li jidher li għandu futur tajjeb fl-isport. Sarah Demicoli kompliet testendi r-renju tagħha fil- kategorija tan-nisa. Demicoli konsistentement kienet wieħda mill-aqwa ħames għawwiema fil-kategorija ġenerali u reċentement ġiet magħżulabiex tgħamel parti mit-Tim Nazzjonali tal- Open Water Swimming. Fit- tieni post, Maya Schembri Rodgers baqgħet titjieb b'mod kostanti filwaqt li Amanda Rapa kienet is- sorpriża tal-istaġun, meta hi għamlet id-debutt tagħha din is-sena. "Il-Klabb kien strumentali fl-iżvilupp ta' dan l-isport u x-xogħol tiegħu jista' jidher mhux biss mit-tkabbir tal- parteċipazzjoni imma wkoll fit-twaqqif riċenti ta 'Tim Nazzjonali ta' Open Water Swimming li jista 'jitqies bħala r-rikonoxximent li dan l-isport kiseb mill-Aquatic Sport Association ta' Malta" tenn jgħid Euchar Camilleri, Segretarju Ġenerali, Birkirkara St. Joseph Sports Club. Camilleri rringrazzja lill-amministrazzjoniċentrali tal-ASA għall-appoġġ kontinwu tagħhom. Bħalissa l-Assoċjazzjoni, kif ukoll il-Club qegħdinjiddiskutu l-possibbiltà ta' avveniment internazzjonali f 'Malta matul is-sajf tal-2018. L-impenn li jmiss tal-Klabb huwa l-Kampjonat tal- għawm il-Malta-Gozo-Malta u il-Gozo-Malta Open Water Swimming skedati li jsiru nhar is-Sibt 26 ta 'Awwissu. L-applikazzjonijiet għar- Reġistrazzjoni, flimkien ma' ċertifikat mediku għandhom jiġu sottomessi lill-Klabb mhux aktar tard mis-Sibt 12 ta' Awwissu. Laqgħa għall- għawwiema se ssir nhar it- Tlieta 22 ta 'Awwissu fis-7pm fil-Kunsill Lokali tal-Mosta. Riżultati - Birkirkara St. Joseph Open Water Swimming Series Irġiel 1. - Cachia Dylan 2. - Andrew Sultana 3. - Andre Camilleri Nisa 1. - Sarah Demicoli 2. - Maya Schembri Rodgers 3. - Amanda Rapa Mix-Xellug għal-Lemin: Andrew Sultana, Dylan Cachia u Andre Camilleri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 August 2017