Illum previous editions

illum 13 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/860908

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 13 ta' Awwissu 2017 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Kont tipprattika xi sport qabel il-futbol? Nemmen li l-imħabba tiegħi lejn il- futbol bdiet kif twelidt għax naħseb li twelidt biha. Il-Luxol kien mibdi minn missieri u minn Norman Darmanin Demaio. Issemma Luxol għax in- nannu kien jimporta ż-żebgħa li kien jisimha Luxol. Tahom T-Shirts bir- riklam tal-Luxol u baqa' hekk. Għamilt ċertu żmien qtajt mill-futbol għax kont qed nistudja u sifirt barra, imma kif ġejt lura, wara sena bdejt ngħin fil-kumitat u meta kien hemm Wayne Attard u tlajna first, kont involut direttament. Żewġ staġuni ilu bdejtu ħażin ħafna. Ma ksibtu l-ebda punt fi 18-il partita. Kulħadd kien qed jgħid li se taqgħu u ħadd m'emmen fikom, iżda f 'Jannar bil-plejers ġodda li ġibtu għamiltu miraklu. X'kien ġara f 'dak l-istaġun? Li ħadd m'emmen fina ġrat ukoll is-sena ta' qabel. Telaqna kulħadd, bl-isponsors b'kollox. Kelli xi plejers promettenti tal-minors u U17 u xi nies fit-tim amminstrattiv. Anki meta kienu qed jgħidu liema timijiet se jisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat, issemmew sitt timijiet u aħna tħallejna barra. Il-proġett tagħna kien sempliċi. Jekk iż-żgħażagħ tagħna jirnexxilhom jitilgħu, huma kienu mwiegħda li se jilagħbu fil-Premier. Is-sena li għaddiet għamilna żball kbir fil-bidu għaliex ma ħsibniex li se jkun hemm qabża daqshekk kbira bejn l-Ewwel Diviżjoni u l-Premier. Sar żball ieħor li l-barranin li ġibna ma kinux ta' livell. Saħansitra ż-żgħar tagħna kienu aħjar minnhom. F'Jannar trasformajna ruħna. Għaqqadna seba' plejers ġodda. Fis-sitwazzjoni li konna fiha ħadna l-opportunità meta nqasmu l-punti għax id-distakk bejn it-timijiet naqas. Għalkemm mhix ġusta li l-punti jinqasmu, u fil-prinċipju ma naqbilx magħha, jien kont ferħan li l-punti nqasmu għax ġiet favurina. Il-plejers tagħna, speċjalment iż-żgħar, kienu l-plejers li l-aktar li emmnu. Ma qatgħu qalbhom qatt. Urew kuraġġ kbir. Allavolja għadhom żgħar baqgħu jemmnu. Kien team effort u l-klabb ma ppanikjax anzi kompla jinkoraġġihom, anki jekk għal perjodu twil kienu għadhom bla punt. Il- klabb kien jaf li t-tort ma kienx 100% fil-plejers tagħna, allura, għalkemm konna mweġġgħa, bqajna nħeġġuhom sal-aħħar. Għamilna rimonta kbira u dis-sena qegħdin naqra aħjar. Tħoss li t-tim ġie affettwat mill-bidla li saret mill-kowċ Josè Borg għal Danilo Doncic? Josè Borg, flimkien mat-tim tiegħu, għamlu biċċa xogħol ta' qalb kbira. Matul l-aħħar staġun, ippruvajna li t-tim tagħna jkun aktar tim professjonali, fejn nippruvaw nitħarrġu filgħodu u filgħaxija f 'ħinijiet diċenti. Josè għandu rwol importanti u familja x'jieħu ħsieb. Ma stajniex ngħidulu biex jitlaq mix- xogħol fit-tlieta ħalli fl-erbgħa jkun għat-taħriġ magħna. Allura kienet daqsxejn diffiċli għalih biex joqgħod għaċ-ċirkostanzi li ridna aħna. Min- naħa l-oħra, Danilo kien diġà magħna u konna diġà nafu li x'kapaċi joffri. Din hi realtà fil-futbol Malti, li aħna m'aħniex professjonali mija fil-mija. Tiġi mix-xogħol u trid tmur tilgħab. Kif jista' jkun li nlaħħqu ma' pajjiżi oħra jekk nibqgħu f 'din ir-realtà? Barra minn Malta r-realtà hi differenti. Anki d-dressing rooms tagħhom iġibulek għajnejk wara widnejk. Fid-dressing rooms biss għandhom xi sitt saunas, 12-il jacuzzi, tabib u physio l-ħin kollu magħhom, it-TV rights, l-iscouts, is-sapporters li dejjem jimlew il-grawnd... Hemm bosta fatturi. Spazju għandhom kemm iridu. L-Iżlanda jekk iridu jagħmlu kumplessi ġodda tal-isport, spazju għandhom bl-addoċċ. Hawn Malta, anki kieku l-flus ma jkunux problema, l-ewwel mistoqsija tkun: Fejn se nagħmilhom?" Għalhekk, barra minn Malta, minbarra l-flus, hemm fatturi oħra bħal spazju u ammont ta' nies li jagħtu t-timijiet ta' barra vantaġġ. Aħna f 'Malta, biex nikkompetu, ma nistgħux nagħżu t-tim allura iktar u iktar irridu nieħdu ħsieb it-talent lokali. Matul l-istaġun li għadda fl-FA Trophy, inqlajtu minn SK Victoria Wanderers. X'ġara hemmhekk? Min mhux mal-Luxol jgħid li dan hu s-sabiħ tal-futbol. Iddominajniehom. Ma stajna niskurjaw b'xejn. Ilqatna żewġ lasti. Mertu tagħhom li ddefendew sew u bil-qalbu, u kontra x-xejra tal-logħob huma skorjaw minn azzjoni ta' korner. Dik kienet problema li ma stajniex niskorjaw. Dal-aħħar żewġ logħbiet, però qed noħolqu ħafna ċansijiet ta'skor. Għamilna żmien niskorjaw biss minn set pieces, imma issa qed niskorjaw minn azzjonijiet ta' open play. Kemm swiekom u għad jiswiekom Aidan Jake Friggieri? L-inklużjoni ta' Aidan ħalliet l-frott u għandha tkompli tħalli l-frott. Għandi fiduċja kbira fih. Hu differenti mill- attakkanti li għandna. Hu intelliġenti ħafna għall-età tiegħu u jxomm sew il-gowl. Se jkompli jgħinna żgur. Kemm għandek fiduċja fl- amministrazzjoni preżenti tal-MFA? Għandi fiduċja kbira. Norman Darmanin Demaio prova jinvesti fl- infrastruttura ta' diversi klabbs. Tista' tkellmu bil-libertà u jisimgħek. Serju u għandu l-esperjenza. Hu ideali bħala president għax kien plejer mal-Belt u plejer mal-Luxol. Dawn iż-żewġ naħat ta' klabb kbir u klabb żgħir esperjenzahom. Kien amminstratur ta' klabb u jaf x'jiġifieri problemi, spejjeż ta' klabb, quddies fl-aħħar tax-xahar... Għex fil-futbol u għandu perspettiva ta' kollox. Taqbel ma' 14-il tim fil-Premier? Naħseb li matul l-aħħar staġun, jekk ma rajna xejn, rajna li 12-il tim fil-Premier jagħmel ħafna sens. U hekk naħseb ukoll fuq 14-il tim. Dan għax m'għadhiex aktar sorpriża kbira li timijiet żgħar bħal-Luxol, Pembroke, Gżira u oħrajn jirbħu lil timijiet kbar. Huma 14-il tim tajbin. Qabel forsi kienu jgħidu li dawn it-timijiet iż-żgħar mhumiex denji li jikkompetu kontra timijiet kbar. Illum m'hemm l-ebda timijiet mill- kbar li jgħidu li xi ħadd mit-timijiet iż-żgħar mhux denju li jikkompeti fil-kampjonat Premier. Barra minn hekk, 14-il tim tfisser li jkollom żewġ rawnds fil-Kampjonat. Fl-opinjoni tiegħi, żewġ rawnds huwa kif suppost. Anki barra minn Malta, din hija r-realtà. Jekk nieħdu pereżempju l-Ġermanja, naraw li sena wara sena, ħafna drabi dejjem jiddominaw l-istess timijiet bħal Juventus, Real Madrid, Barcelona, Bayern Munich. X'jagħmlu allura dawn jikkompetu kontra tmien timijiet biss li huma meqjusa ta' livell? Le, din ma tiġrix. Taqbel li kull tim Malti jista' jutilizza 11-il plejer barrani? Ma naqbilx. Jien aktar naqbel mal-modi tradizzjonali. Kieku nista' niddeċiedi ngħid tliet plejers barranin, l-aktar l-aktar massimu ta' ħamsa. Fil-fatt hawn min jgħid li 11-il plejer barrani tfisser li teqred ħafna mit- Fit-tmun ta' St Andrews Cristian Antony Muscat Jason Falzon - president ta' St Andrews FC u li ħajtu ddur madwar dan it-tim li tant huwa għal qalbu u li tant jaħdem qatigħ biex jarah ikompli jtejjeb il-livelli tiegħu l- futbol Malti. "Il-partitarji ta' St. Andrews FC huma parti mill- familja tagħna. Huma dejjem magħna u baqgħu magħna fil-maltemp anki meta l-affarijiet is-sena li għaddiet kienu sejrin ħażin. Ħafna minnhom ilhom hawn u huma ġenituri tat-tfal. Ħadd ma twieled il-Luxol. Dawk li jiġu, dejjem jissapportjaw it-tim u lill-plejers kollha. Peress li m'aħniex numru kbir mhux se tistenna li jagħmlu ħafna storbju imma napprezzaw iċ- ċapċip tagħhom kemm meta jirbħu u anki meta jitilfu, u żgur li fil-futur se jkomplu jġibu ruħhom tajjeb u jibqgħu warajna." "Illum m'hemm l-ebda tim mill- kbar li jgħidu li xi ħadd mit-timijiet iż-żgħar mhux denju li jikkompeti fil-kampjonat Premier."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 August 2017