Illum previous editions

illum 13 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/860908

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 13 ta' Awwissu 2017 | illum Sports 35 talent lokali? Hekk hu. Is-sodisfazzjon tiegħi huwa li nara plejers li kibru magħna jiskorjaw jew jilagħbu logħbiet tajbin. Il-barranin nirrispettahom imma xorta hemm differenza bejnhom u bejn plejer li hu prodott tal-klabb. Barra minn hekk hija diffiċli għall-plejer Malti ħiereġ mill-U19 li jkun lest jikkompeti ma' plejers ta' 25 jew 26 sena, kieku hemm reserves league dan jgħin it-tranżizzjoni bejn din id-differenza ta' età. Taqta' xi ftit eċċezzjonijiet, hu se jsibha diffiċli imma xorta hu importanti li jsib l-ispazju. U problema oħra hi li mhux kull barrani huwa ta' ċertu livell. Hux hekk? Eżatt. U t-tim irid jara x'jaqbillu u kemm jaffordja. Jaqbillu tim iġib ħdax- il plejer barrani li jkunu passabbli? Jew jaqbillu aktar iġib ħames plejers barranin b'saħħithom u l-kumplament Maltin? Skont il-baġit li tim ikollu mbagħad, spiss ikun hemm sponsors allura l-barranin jiswew ħafna inqas mill-Maltin – f 'dawn il-każijiet finanzjarjament tim jista' jkun jaqbillu jġib barranin minflok Maltin, però dan żgur mhux se jgħin liż-żgħażagħ Maltin. Taqbel mal-kummenti ta' Andrè Schembri li nagħmlu x'nagħmlu bħala tim nazzjonali Malti, m'aħniex se navvanzaw? Naqbel ma' li qal, imma t-timing kien ħażin. Li qal kien frott il-frustrazzjoni li kellu fuqu, forsi minħabba l-fatt li f 'logħba bħal dik ma tantx kellu mumenti bil-ballun f 'saqajh. Jissemmew ħafna tfal li huma mummies' boys u li f 'Malta għandna ħajja sabiħa. Fi Spanja u l-Italja wkoll għandhom ħajja sabiħa. Qed nispiċċaw dejjem inwaħħlu fit-tfal u m'aħniex naraw li huma qed jagħmlu ħafna sagrifiċċji. Uħud minnhom qed jagħmlu aktar sagrifiċċju minn dawk it-tfal li kont naf jien meta kont tamparhom. L-iskola titlob minnhom ukoll sagrifiċċji kbar u allura qed jispiċċaw ikollhom ilaħħqu ma' żewġ affarijiet li huma ta' intensità qawwija. U meta ngħidu li t-tfal iridu jmorru jilagħbu barra, m'għandhiex tkun ħaġa li tiġri minn lejl għal nhar. Iridu jkunu preparati mentalment u fiżikament minn qabel. U mhux kemm tfajniehom l-Italja jew f 'xi post ieħor. Iva, għandna nibagħtuhom barra, imma jridu jkunu preparati sew u mhux qisna qed nibagħtu bott kunserva mil-lum għal għada. Il-mentalità m'għandhiex tkun: Għada għandek trial," imma jrid jiġi preparat sew għall-okkażjoni li tkun ġietu. Il-problema tal-betting li hemm ċans teqred il-futbol mondjali, taħseb li tista' tissolva xi darba? Fejn hemm l-uman hemm il-ħażen. Hemm is-serq, il-qtil, eċċ. Fil-futbol l-istess. U la hemm il-flus hemm il- ħażen ukoll. Il-ħaġa li nistgħu nagħmlu hi li meta xi ħadd jinqabad, tal-anqas tittieħed azzjoni sura, għax jekk l-azzjoni ma tittiħidx, tkun qed twassal messaġġ li dawn l-affarijiet huma permessi li jsiru, u l-klabbs jispiċċaw jaħdmu għalxejn. Għaddi messaġġ lis-sapporters ta' St. Andrews biex jibqgħu warajkom kemm f 'dan iż-żmien u kif ukoll matul iż-żmien li ġej. Il-partitarji ta' St. Andrews FC huma parti mill-familja tagħna. Huma dejjem magħna u baqgħu magħna fil-maltemp anki meta l-affarijiet is-sena li għaddiet kienu sejrin ħażin. Ħafna minnhom ilhom hawn u huma ġenituri tat-tfal. Ħadd ma twieled il-Luxol. Dawk li jiġu, dejjem jissapportjaw it-tim u lill-plejers kollha. Peressli m'aħniex numru kbir mhux se tistenna li jagħmlu ħafna storbju imma napprezzaw iċ- ċapċip tagħhom kemm meta jirbħu u anki meta jitilfu, u żgur li fil-futur se jkomplu jġibu ruħhom tajjeb u jibqgħu warajna. Andrews FC bħala president Twieled -1969 f 'Ħ'Attard. Huwa l-president ta' St Andrews FC. Ħajtu ddur madwar dan it-tim li tant huwa għal qalbu u li tant jaħdem qatigħ biex jarah ikompli jtejjeb il-livelli tiegħu l-futbol Malti. JASON FALZON Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 August 2017