Illum previous editions

illum 13 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/860908

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

13 Il-Ħadd 13 ta' Awwissu 2017| illum Aħbarijiet Nhar il-Ħamis li ġej 26,000 passiġgier jgħaddu mill-ajruport AWWISSU mistenni jkun l-aktar xahar impenjattiv għall-Ajruport Internazzjonali ta' Malta, hekk kif nhar il-Ħamis biss, ser ikunu qegħdin jgħaddu mas-26,00 passigieri mit- terminal. Filwaqt li t-terminal ser jara volum kbir ta' passiġġieri, ir-runway ukoll ser tara ħafna moviment, hekk kif xejn anqas minn 167 tlugħ u nżul ta' ajruplani huma skedati għall-aktar jum impenjattiv tas-sajf fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. L-ajruport qiegħed joffri ċertu rakkomandazzjonijiet għal dawn in-nies li ser jagħmlu użu mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta f 'dan il-perjodu. Fi stqarrija, l-ajruport fakkar fl-importanza li wieħed jasal fit-terminal sagħtejn qabel dan sabiex jiffaċilita l-proċess ta' verifikazzjoni tal-identità filwaqt li saħqu wkoll fuq l-importanza li l-passiġieri jkunu ppreparati għall-iskrining. L-Ajurport ifakkar ukoll dwar il-possibiltà li wieħed jagħmel online check-in biex jevita ħin fil- kju. Din l-attività mistennija tintlaqa' tajjeb minn dawk li huma dilettanti tal-fotografija tal-avjazzjoni. L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta huwa l-uniku ajruport tal-gżejjer Maltin u jgħaqqad lill-pajjiż ċkejken ma' 'l fuq minn 80 destinazzjoni permezz ta' aktar minn 30 linja tal-ajru. 97% tat-turisti li jżuru Malta għaddew mill-ajruport u dan jirriżulta fi traffiku ta' aktar minn 5 miljun passiġġier fis-sena. Tliet persuni arrestati dwar sejba tad-droga f 'Buġibba u Paceville MATUL il-lejl tal-Ġimgħa filgħaxija, il-Pulizija kienet għaddejja b'ħidma sabiex jinqabdu traffikanti tad-droga, u fil-fatt ġew arrestati tliet persuni b'rabta ma' dan, f 'Buġibba u Paceville. Malti ta' 39 sena ġie arrestat mill-membri tal-Iskwadra ta' Kontra d-Droga wara li fil-pussess tiegħu nstabu diversi qratas tal-kokaina kif ukoll joints tal-kannabis lesti biex jiġu ttraffikati. Huwa ġie arrestat waqt li kien fi stabbiliment f 'Buġibba. Ir-raġel qiegħed jinżamm mill-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet. F'każ separat, iktar tard matul l-istess lejl, membri mit-taqsima tal-Administrative Law Enforecement arrestaw żewġ persuni, Alġerin ta' 23 sena u Somalu ta' 21 sena wara li fil-pussess tagħhom instabu sustanzi suspettati kokaina u kannabis li kienu imqassma f 'diversi qratas lesti sabiex jiġu traffikati. Iż-żewġ persuni ġew arrestati f 'Paceville. Huma ttieħdu l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija sabiex jassistu lill-Pulizija fl- investigazzjonijiet tagħhom. ATTIVITAJIET storiċi ta' re-enactment jgħinu biex nedukaw ruħna u lill-ġenerazzjonijiet futuri dwar l-istorja ta' pajjiżna b'mod interattiv biex b'hekk jissarrfu f 'esperjenza edukattiva ta' kwalità. Dan qalu l-Ministru Owen Bonnici waqt żjara f 'Lascaris War Rooms, f 'attività organizzata minn Fondazzjoni Wirt Artna fl-okkażjoni tal- 75 anniversarju mill- Operazzjoni Pedestal tal- Konvoj ta' Santa Marija. Il-Ministru Bonnici spjega li l-Konvoj ta' Santa Marija għandu parti importanti fl-istorja ta' pajjiżna għax bis-saħħa tiegħu l-poplu Malti salva milli jmut bil-ġuħ. Il-Ministru saħaq dwar l-importanza li nieħdu ħsieb l-istorja ta' pajjiżna billi nippreservaw postijiet storiċi u permezz ta' attivitajiet bħal dawn li jfakkru avvenimenti importanti fl-istorja ta' Malta. Il-Ministru Bonnici faħħar lil Fondazzjoni Wirt Artna għal din l-inizjattiva u rringrazzjaha tal-ħidma kontinwa tagħha biex iżżomm l-istorja ta' pajjiżna ħajja. Il-Ministru żied iħeġġeġ lill-pubbliku biex jattendi bi ħġaru għal dawn l-attivitajiet kulturali. Din l-attività se tibqa' għaddejja sal-lum il-Ħadd 13 ta' Awwissu b're- enactment showkull siegħa bejn il-11 ta' filgħodu u t-3 ta' waranofsinhar. Wirja mill-Fondazzjoni Wirt Artna fil-75 sena anniversarju tal-Konvoj ta' Santa Marija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 August 2017