Illum previous editions

illum 13 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/860908

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

Aħbarijiet 14 illum | Il-Ħadd 13 ta' Awwissu 2017 ARTEMISIA kienet artista Taljana tas-seklu 16, li kienet waħda mill-ewwel nisa ta' suċċess fil-qasam tal-arti, partikolarment fi żmien meta l-artisti nisa ma kinux faċilment aċċettati mill-komunità artistika. Hi magħrufa għal bosta xogħlijiet li juru nisa b'saħħithom u dawk għaddejjin minn tbatija, u figuri ta' vittimi u anke gwerriera. Artemisia huwa wkoll l-isem ta' esebizzjoni ta' 100 ritratt ta' mara li b'xi mod hi ta' suċċess fil-qasam li taħdem fih, kemm jekk hija kantanta, politikanta, omm jew sid ta' negozju. Din l-esebizzjoni ttellgħet fil-Palazz ta' San Anton f 'Ħ'Attard mill-għaqda Network of Young Women Leaders bil-għan li jintefa' dawl fuq dawn in-nisa, bil- għan li bniet u tfajliet jistgħu jarawhom bħala 'role models' għalihom. Flimkien mal-fotografu Stephen Levi Vella li kien responsabbli mill-fotografija, l-għaqda tellgħet din l-esebizzjoni flimkien ma' stejjer tal-istess nisa fl-isfond li jirrakkuntaw sfidi u ostakli li ltaqgħu magħhom. F'kummenti li għaddiet mal-gazzetta ILLUM Samantha Pace Gasan, koordinatriċi tal-istrateġija tal-għaqda, spjegat kif in-nisa magħżula mhumiex xi lista finali ta' nisa notevoli fil- pajjiż, iżda hi ċerta li hemm ħafna iktar nisa li jixraqilhom li wkoll ikunu inkulżi. Pace Gasan sostniet li r-rispons kien wieħed pożittiv ħafna u jimliehom b'ħafna kuraġġ sabiex itellgħu proġetti oħrajn fil-futur. "Hemm il-potenzjal u anke bħala għaqda, nemmnu li se tibqa' tikber," sostniet Pace Gasan. L-għaqda, li llum għandha mal-100 membru fetħet din l-esebizzjoni nhar it-Tlieta li għadda u se tibqa' miftuħa sal-lum il-Ħadd bejn l-10:00 u l-16:00. Mitt wiċċ, mitt mara minn Veronica Lynn Mizzi Il-ko ordinatriċi tal-istrateġija tan-Network of Young Women Leaders, Samantha Pace Gasan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 August 2017