Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/860908
illum | Il-Ħadd 13 ta' Awwissu 2017 Opinjoni 16 B ħal ħafna minn sħabi Ministri, Segretarji Parlamentari u deputati jien qatt ma ħdimt mal-Gvern u qatt ma kelli xi kariga mal-Gvern qabel bdejt inservi fil-Kabinett fl-2013. Kif bdejt il-ħidma tiegħi, mill-ewwel intbaħt kemm hu essenzjali li jkollok servizz ċivili b'saħħtu, effiċjenti u li jaħdem. Tajjeb kemm ikun tajjeb il-Ministru, determinat kemm hu determinat, hu s-servizz ċivili li jwasslek għat-tragward. Mingħajr karozza tajba, jista' jkollok l-aqwa sewwieq għax ma tagħmel xejn. Issa hemm diskussjoni sħiħa dwar x'tista' tagħmel biex tattira l-aħjar imħuħ maċ-ċivil u l-verità hi li ma jeżisti ebda kju ta' nies ta' suċċess li jridu jidħlu f 'karigi ta' tmexxija fiċ-ċivil. Hemm ukoll diskussjoni iktar kbira dwar kif tista' tagħmel biex tinvesti fl-uffiċjali li għandek sabiex għada pitaghada jkunu diretturi ġenerali, segretarji permanenti u okkupanti ta' karigi istituzzjonali t'eċċellenza. Wieħed mill-aħjar uffiċjali ċivil li ltqajt miegħu kien qalli, b'nofs daħka, li fiċ-ċivil teżisti r-regola mhux miktuba magħrufa bħala l-prinċipju ta' Pareto – ċioè li 20% tan- nies jagħmlu tmenin fil-mija tax-xogħol jew inkella li 80% tax-xogħol isir minn 20 % tan-nies! Sintendi din hija ċajta u xejn iktar però bħala fatt hu minnu li 20% tan-nies iġorru 80% tar-responsabbilità tad-deċiżjonijiet li jittieħdu. F'erba' snin u nofs kelli x'naqsam ma' erba' fergħat wiesgħa tal-ħidma Governattiva – il-Ġustizzja, il- Kultura, il-Gvernijiet Lokali u x-Xandir u huwa veru li l-piż tar-responsabbilità jinġarr minn ftit nies ta' kwalità u eċċellenza. Issa dawn in-nies ta' kwalità u eċċellenza hu dover li kull Gvern jibża' għalihom u jindukrahom. Għax hu fl-interess tagħna bħala pajjiż biex pajjiżna jkompli jikber u jagħmel suċċess wara l-ieħor. Dr Peter Grech Bla dubju ta' xejn Dr Grech huwa wieħed minn dawn il-persuni ta' kwalità u eċċellenza li pajjiżna għandu għalfejn ikun grat lejh tal- ħafna xogħol li jagħmel, speċjalment dak li ma jidhirx. Lil Dr Grech sirt nafu meta kont student l-Università fejn kien jgħallimni l-liġi amministrattiva. Wara ma tantx kelli x'naqsam wisq miegħu, anke għaliex fil- kawżi li kien ikolli bħala Avukat kienu jidhru avukati oħra mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Sirt nafu meta sirt Segretarju Parlamentari u mbagħad Ministru. Ftit huma n-nies serji, onesti u struwiti bħal Dr Grech u ma nistħix ngħid li mingħandu tgħallimt ħafna. Dr Grech ilu iktar minn 30 sena jaħdem fl- Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali taħt id-diversi Gvernijiet u l-ammont ta' avukati bravi li rawwem ma jispiċċa qatt. Bniedem li jaħdem minn filgħodu sa billejl u li probabbilment ikun l-aħħar bniedem li jitfi d-dawl tard billejl. Dr Grech, bħala Avukat Ġenerali, għandu s-security of tenure, jiġifieri ma jistax jitneħħa mill-kariga jekk mhux b'riżoluzzjoni fil- Parlament li trid tgħaddi biż-żewġ terzi u dan biex tiggarantilu s-serenità sħiħa fid-deċiżjonijiet li jieħu. Min-naħa tal-Gvern qatt ma naf li b'xi mod – dirett jew indirett – ma rrispettajniex l-awtonomija sħiħa li jgawdi u hu min-naħa tiegħu dejjem mexa b'lealtà sħiħa lejn ġurament ta' Avukat Ġenerali li ħa. Dan mhux jien biss ngħidu, imma kull min ħadem miegħu qabli. Għalhekk forsi jiena nweġġa' iktar minnu meta nara dan l-attakk inġust ġej mill-establishment tal-Partit Nazzjonalista fil-konfront tiegħu. Li l-Avukat Ġenerali tal-pajjiż jiġi kkritikat hija ħaġa bżonnjuża f 'demokrazija u allaħares ma jkunx hekk. Imma attakki mill-iktar feroċi, wieħed wara l-ieħor ibbażati fuq il-gideb m'għandhomx mis-sewwa. M'għandhomx mis-sewwa għaliex jitfgħu tajn fuq istituzzjoni kruċjali u serja u m'għandhomx mis-sewwa għaliex f 'Dr Grech pajjiżna għandu bniedem li jħobb lil Malta b'mod passjonat u li għen bil-ħidma tiegħu biex dan il-pajjiż jimxi 'l quddiem. Aħna l-avversarji, mhux l-istituzzjonijiet Sieħeb editorjal tal-mezzi tax- xandir tal-Partit Nazzjonalista li fi kliem ieħor qalu li l-Qorti hija wkoll korrotta. Dan hu ħażin. Il-kritika hi tajba u bżonjuża u kultant anke jiena nikkritika ċerti sentenzi jew deċiżjonijiet tal-Ġudikatura li ma nkunx naqbel magħhom. Imma li tgħajjar u tinstiga mibegħda b'akkużi foloz ta' korruzzjoni minħabba digriet li m'għoġbokx- hemmhekk huwa ħażin. Huwa ħażin iktar għaliex jidher li l-Oppożizzjoni ma tgħallmet xejn mir-riżultat tal-elezzjoni li għaddiet. Huma aħna l-avversarji politiċi, mhux l-istituzzjonijiet. Jekk iridu jikkritikaw bl-iktar qawwa lilna u lili l-ewwel wieħed m'għandix problema. Anzi, kont naf fiex dieħel meta aċċettajt li nservi f 'kariga politika. Imma li tattakka lill-Qrati u lill-Avukat Ġenerali b'din il-qawwa kollha huwa ħażin ħafna. Gvernijiet Laburisti tat-tmenijiet kienu għamlu dan l-iżball bl-iktar mod goff u pattew qares elettoralment għalih u l-Partit Nazzjonalista reġa' għamel l-istess ħaġa fuq l-istituzzjonijiet għad li b'mod differenti u wkoll patta qares elettoralment. Il-pajjiż jixraqlu aħjar. Ġenwinament fl-interess tal-pajjiż nappella lill- Oppożizzjoni biex tibdel ir-rotta u titgħallem mill-iżbalji tagħha stess. Għall-ġid ta' pajjiżna. Operation Pedestal Għaddew 75 sena minn mindu Malta ġiet litteralment salvata minn ħalq id-dittaturi Ġermaniżi u Taljani fit-Tieni Gwerra Dinjija. Kieku l-Konvoj ta' Santa Marija ma daħalx izappap kif kien frott id-damdim tal-qilla tal-għadu 75 sena ilu fil-Port il-Kbir, kieku l-Bambin biss jaf kif kien ikun il-futur ta' Malta u nazzarda ngħid tal-bqija tal- Ewropa. Inħobb naqra fuq l-istorja iżda b'ebda mod ma rrid impengi ruħi bħala espert u nħalli l-kitbiet akkademiċi għal min jaf aħjar minni. Biss, irrid insellem il-memorja tan-nies kollha li tilfu ħajjithom meta kienu involuti fl-Operation Pedestal u l-qraba tagħhom li baqgħu jgħixu bil-piena. Iktar minn 500 ruħ tilfu ħajjithom u kienu biss 5 mill-14-il vapur merkantili li rnexxielhom jidħlu fil-Port il-Kbir. Nies tampari jistgħu jgħixu dak li għaddew minnu missirijietna jew permezz tad- dokumentazzjoni li baqgħet teżisti jew inkella permezz tal-film antik tal-ħamsinijiet il-Malta Story. Biss, minkejja li għaddew 75 sena pajjiżna mhu se jinsa qatt. Santa Marija Nieħu l-okkażjoni biex nawgura Santa Marija t-tajjeb lin-nies kollha devoti lejn Santa Marija, b'mod partikolari lil dawk li bħalissa qed jiċċelebraw il-festa ta' fl-irħula tagħhom f 'Malta u Għawdex. OWEN BONNICI "Il-verità hi li ma jeżisti ebda kju ta' nies ta' suċċess li jridu jidħlu f 'karigi ta' tmexxija fiċ-ċivil." Pareto Dr Peter Grech