Illum previous editions

illum 13 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/860908

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 13 ta' Awwissu 2017 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Mur ġibna nsibu ż-żejt... L -istorja li qed tidher fuq din il-gazzetta f 'paġna 9 tqabbdek il-biki. Il-biki għax tispiċċa tistaqsi; imma possibbli m'aħniex qed nirrealizzaw x'bomba tal-ħin qegħdin bilqiegħda fuqha? Possibbli bin-nixfa u s-sħana li qed nesperjenzaw bħalissa ħadd ma jistaqsi minn fejn se nibqgħu nġibu l-ilma ladarba qed ikollna tant nixet? Tal-biki għax tinduna kif minkejja l-fatt li n-nuqqas ta' ilma f 'pajjiżna kienet għodda kerha u devjata li l-eks Dittatur Libjan Muammar Gadda kien saħansitra se jużaha biex litteralment jipprova joqtolna bil- għatx, ma tgħallimna xejn. Għamilna it u tajna każ it, ħlief li -għerf innit tal- Gvernijiet Maltin, kemm dan u anke ta' qablu, infaqna €60 miljun biex il-it bonanza ta' xita li nirċievu mis-smewwiet minok ġiet maħżuna, bnejna mina biex nitfugħha lura l-baħar. Viżjoni żero. Is-sena l-oħra din il-gazzetta rrapurtat il- kummenti ta' tliet persuni f 'temp ta' ġimagħtejn. Alfred Baldacchino, Chalres Galdies u Marco Cremona (li qed nerġgħu nintervistaw illum). It-tlieta li huma kienu wissew li l-attitudni ta' laissez faire lejn il-kwistjoni tan-nuqqas ta' ilma tal-pjan u d-desalinazzjoni ta' dak li għad fadal se jirriżultaw fi problemi kbar ħafna għal pajjiżna. Baldacchino kien saħansitra qal li jekk nibqgħu ma nagħmlu xejn il-biedja se tkun xkupata 'l barra mill-memorja tal-pajjiż, hekk kif ma jkunx għad fadal ilma ħelu u l-Idroloġista Cremona kien sostna li dan huwa xenarju reali. Galdies, eks Kap tal-Uffiċċju Metereoloġiku kien wissa wkoll dwar mewt ta' tipi ta' siġar minħabba n-nixfiet twal li qed jesperjenza pajjiżna. Minkejja li l-istorja sena ilu bl-isem 'resqin biex insiru deżert' kienet inqrat minn eluf ta' qarrejja fuq is-sit illum.com.mt, l-awtoritajiet u s-soltu sikofanti tal- politiċi, iddieħqu biha u ddiskreditawha. Insomma, sena wara ma tantx qed nidħqu. U t-titlu tal-istorja fuq paġna 9 ma tantx idaħħqek anqas. Anzi, suppost, jekk jimpurtak ftit iktar mill-ponta ta' mnieħrek, twerwrek u ġġiegħlek tibda tisħaq biex issir xi ħaġa. Li pajjiżna, kieku allaħares qatt jiġrilhom xi ħaġa l-impjanti tar-reverse osmosis għandu provista ta' bejn 24 siegħa u 48 siegħa ta' ilma hija tal-biża'. Mhux biss għax tista' tfisser li pajjiżna jiffaċċja kriżi ddoqq l-iskotti bħalma ġralhom il-gżejjer Maldives fl-2014, imma għax tagħmel lil pajjiżna suxxettibbli ħafna. Suxxettibbli ambjentalment imma wkoll politikament. Il-gazzetta The Sunday Times ta' nhar il-Ħadd 28 ta' April 2013 kienet irrapportat li Gaddafi kien lest li jarmi 250,000 barmil gażolina fl-ibħra ta' madwarna, biex ipattiha lill-Gvern Malti talli ma aċċettax li jirritorna lura żewġ jets Libjani. Mhux biex joqtol il-ħut. Le! Mhux biex ma nkunux nistgħu nieħdu għawma. Le! Imma biex iwaqqaf l-operat tal-produzzjoni tal-ilma u sussegwentement iġib lill- pajjiż għarkubbtejh. Imma din l-aħbar ġiet ippubblikata u għaddiet qisu qatt ma kien xejn. Qisha din it-theddida qatt ma seħħet. Bqajna tabiruħna li l-ilma f 'dan il-pajjiż xott li qed ikollu perjodi twal ta' sħana qalila huwa infinit. Xejn pjani. Xejn diskussjoni. Xejn attenzjoni. L-aqwa li min irid jimla pixxina jimliha mhux mill- ilma tal-mains, le ma tarax. Jimliha mill-ilma tal-pjan. L-aqwa li ċerti stabbilimenti, minkejja l-profitti li dejjem jiftaħru li qed jagħmlu, jippumpjaw minn taħt l-art bl-addoċċ, 212,000,000 flixkun tal-ilma f 'sena waħda biss. X'jimporta li qed innixxfu lil pajjiżna mill-ilma tal-ħajja? X'jinteressana li qed neqirdu l-biedja għax l-ilma tal-pjan qiegħed dejjem isir iktar mielaħ? Mur ara, il- bidwi xi ħaġa tal-bieraħ! Fil-vera sens tal-kelma, meta toqgħod taħseb fuqha tibda tgħid min jaf x'nagħmlu kieku nsibu ż-żejt. U dan il-pajjiż, riżorsa skarsa li qed issir iktar skarsa ma' kull ġurnata li tgħaddi nittrattawha daqs li kieku infinita, aħseb u ara kemm inkunu inqas bilgħaqal b'riżorsa li tista' tkun f 'abbundanza. Jekk għadna m'għarafniex inġemmgħu b'għaqal dak li jtina l-ħajja, aħseb u ara kemm inkunu bilgħaqal b'riżorsa lussu. U l-Gvern u l-Oppożizzjoni? Il-Gvern ma tantx jidher s'issa li qed itajjar xrar għal dak kollu ambjentali. Forsi fejn taf? Il-ġita/mawra fuq il-muntanji qalb is-siġar tal-PM Muscat ma' Edward Zammit Lewis u Franco Mercieca (qed insemmuha għax Mercieca tella' ritratti fuq FB) fakkrithom kemm hija sabiħa n-natura u kemm hemm bżonn li pajjiżna jkollu siġar u jieħu ħsieb ir-riżorsa tal- ilma u l-agrikoltura, li wara kollox hija l-għerq ta' Malta. L-Oppożizzjoni? Bħalissa għandha wisq ilma dieħel fil- vapur imtaqqab biex taħseb dwar l-ilma taħt l-art. Fejn taf forsi xi ħadd mill-kontestanti għall-kariga ta' Kap għandu viżjoni li tmur lil hinn minn wegħdi fiergħa u kanzunetti patetiċi. Hu x'inhu, wasal iż-żmien li l-vuċijiet ta' Galdies, Baldacchino u Cremona ma jibqgħux vuċijiet f 'dan id-deżert nieqes mill-ilma, imma jsiru l-vuċi tal- maġġoranza. La ġġilidna għad-drittijiet u għall-but, forsi issa wasal iż-żmien li niġġieldu għall-patrimonju ambjentali tagħna. Editur: Albert Gauci Cunningham 21

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 August 2017