Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/860908
Il-Ħadd 13 ta' Awwissu 2017 | illum Sports 27 CHELSEA bdew il- Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra bl- agħar mod possibbli meta ġewwa darhom fi Stamford Bridge ġew maħsuda u xxukkjati minn Burnley meta tilfu bl-iskor ta' 3-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Stephen Ward u minn doppjetta ta' Sam Vokes. Ta' nota huwa l-fatt li Chelsea spiċċaw jilagħbu bi plejer inqas fl-14-il minuta tkeċċa għalihom il-captain Gary Cahill permezz ta' karta ħamra diretta, waqt li fil-81 minuta spiċċaw jilagħbu b'disa' plajers meta tkeċċa għalihom Cesc Fabregas wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba. Min- naħa l-oħra ż-żewġ gowls għal Chelsea waslu minn Alvaro Morata u minn David Luiz. Everton ġewwa darhom f 'Goodison Park għelbu lil Swansea City bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl waħdieni għalihom jasal minn Wayne Rooney fil-45 minuta. Bl-istess skor intemmet il-partita bejn WBA u AFC Bournemouth b'Ahmed Hegazy isib ix-xibka għal WBA fil-31 minuta. Southampton u Swansea City temmew il-konfront ta' bejniethom bl-iskor ta' mingħajr gowls. Liverpool barra minn darhom sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti u drammatiku ta' 3-3 minn Watford bil-gowls għar- Reds jaslu minn Sadio Mane, Mohamed Salah u Roberto Firmino minn penalty. Min-naħal-oħra t-tliet gowls għal Watford waslu minn Stefano Okaka Chuka, Abdoulaye Doucoure u Miguel Britos propju fid-90 minuta. In-neo-promossi ta' Huddersfield Town ħasdu lil Crystal Palace meta barra minn darhom għelbuhom bl-iskor ta' 3-0 bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' Steve Mounie, u minn awto-gowl tal-plejer ta' Huddersfield Town, Joel Ward. SPORTSillum RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier FIXTURES Is-Sibt 12 t'Awwissu Watford vs Liverpool 3-3 Chelsea vs Burnley 2-2 Crystal P. vs Huddersfield T. 0-3 Everton vs Stoke C. 1-0 Southampton vs Swansea C. 0-0 WBA vs AFC Bournemouth 1-0 FIXTURES Il-Ħadd 13 t'Awwissu 14:30 Newcastle U. vs Tottenham H. 17:00 Manchester U. vs West Ham U. Chelsea jibdew il-Kampjonat bl-agħar mod possibbli Gary Cahill jitkeċċa wara biss 14-il minuta għal Chelsea Sam Vokes jifraħ wara li skorja l-ewwel gowl għal Burnley Marc Marquez jikseb it-tielet pole konsekuttiva u l-ħames waħda tal-istaġun ISSEWWIEQ fenomenu Spanjol ta' Honda Marc Marquez kiseb it-tielet pole konsekuttiva meta lbieraħ rebaħ il-pole tal- Moto GP tal-Awstrija li se ssir illum. Din il-pole mirbuħa kienet il-ħames waħda tiegħu matul dan l-istaġun u kollox qed jindika li huwa seh se jkun qed jittrijonfa fi tmiem dan l-istaġun hekk kif jinsab fl-ewwel post tal-klassifika tas-sewwieqa. Fit-tieni u t-tielet post spiċċaw iż- żewġ sewwieqa ta' Honda Andrea Dovizioso u Jorge Lorenzo rispettivament. Iddiżappuntaaw ferm is-sewwieqa Valentino Rossi, Dani Pedrosa u Cal Crutchlow li temmew fis- seba', fit-tmien u fid-disa' post rispettivament. Intant, dawn huma l-postijiet li fihom temmew is-sewwieqa kollha tal- Moto GP ilbieraħ flimkien mal-ħinijiet li rnexxielhom jiksbu: Poż. Sewwieq Mutur Ħin Distakk 1 Marc Marquez Honda 1'23.23 2 Andrea Dovizioso Ducati 1'23.379 0.144399 3 Jorge Lorenzo Ducati 1'23.621 0.386425 4 Maverick Viñales Yamaha 1'23.754 0.51959 5 Danilo Petrucci Ducati 1'23.780 0.54565 6 Johann Zarco Yamaha 1'23.879 0.644746 7 Valentino Rossi Yamaha 1'23.982 0.747826 8 Dani Pedrosa Honda 1'23.985 0.750935 9 Cal Crutchlow Honda 1'24.024 0.7891029 10 Andrea Iannone Suzuki 1'24.185 0.9501117 11 Karel Abraham Ducati 1'24.220 0.9851276 12 Loris Baz Ducati 1'24.483 1.248 Marc Marqez -azzjoni -Awstrija