Illum previous editions

illum 13 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/860908

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 13 ta' Awwissu 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol CRISTIANO RONALDO - Cristiano Ronaldo jinsab ħerqan li jirritorna fl-Ingilterra hekk kif jidher li ma jinsabx kuntent bil-ħajja preżenti tiegħu fi Spanja wara li hemm pressjoni fuqu minħabba allegazzjonijiet li evada t-taxxa. Manchester United huwa l-aktar tim li qed jissemma' li jista' jakkwista lil dan il-fenomenu Portugiż, fejn b'hekk jekk Ronaldo jagħżel li jingħaqad magħhom ikun qed jirritorna magħhom. PIERRE-EMERICK AUBAMEYANG - AC Milan għadhom ma qatgħux qalbhom sabiex jakkwistaw lill-attakkant ta' Borussia Dortmund Pierre-Emerick Aubameyang. Dan skont gazzetta sportiva Taljana illi saħqet li saru kuntatti ġodda mal-klabb Ġermaniż fit-tentattiv illi jġibu lill-plejer mill-Gabon mar- Rossoneri. Issemmiet is-somma ta' €60 miljun għall-akkwist ta' dan il-plejer għalkemm jidher illi AC Milan iridu joffru aktar flus sabiex eventwalment jingaġġawh għall-istaġun illi ġej. EDEN HAZARD - Antonio Conte ċaħad kategorikament li l-attakkant Belġjan Eden Hazard jista' jħalli lil Chelsea biex jingħaqad ma' Barcelona u b'hekk jieħu post Neymar. Il-manager Taljan kompla li dan il-plejer jinsab fil-pjanijiet ċentrali tiegħu għall-istaġun li ġej u żgur li ma jistax jgħaddi mingħajr is-servizzi tiegħu. GARETH BALE - Gareth Bale għandu x-xewqa illi jerġa jirritorna l-Ingilterra skont ma kiteb il-ġurnal sportiv Spanjol DonBalon. Bale kien għaddej f 'diskursata ma' sieħbu ta' Real Madrid LukaModric fejn qallu illi jrid imur jilgħab ma' Manchester United li huma mmexxija minn Jose Mourinho. L-eks plejer ta' Tottenham Hotspur ilu jissemma' mar-Red Devils u possibbilment issemmiet is-somma ta' 90 miljun lira sterlina għall-akkwist ta' dan il-plejer. GEOFFREY KONDOGBIA - Il-midfielder Franċiż, Geoffrey Kondgobia, talab biex jitlaq lill-Inter. In- Neroazzurri qed jitolbu s-somma ta' €30 miljun għal dan il-midfielder. Jidher li Kondogbia jixtieq jibdel il-klabb wara sentejn diffiċli man-Neroazzurri fejn skorja żewġ gowls biss f '56 partita. DANNY DRINKWATER - Il-plejer ta' nofs il-grawnd ta' Leicester City, Danny Drinkwater, huwa lest li jgħid lill-klabb illi jrid jiċċaqlaq minn magħhom bid-destinazzjoni probabbli tkun Chelsea. Il-Blues riedu lil dan il-plejer matul is-suq tat-trasferimenti tal-istaġun li għadda flimkien ma' N'GoloKante imma l-Foxes ma riedux ineħħu żewġ plejers f 'daqqa. Il-kowċ ta' Chelsea Antonio Conte jogħġbu ħafna l-istil ta' dan il-plejer u jixtiequ jagħmel parti mill- iskwadra tiegħu għall-istaġun illi ġej. KYLIAN MBAPPE - U hekk kif qed jingħad illi Gareth Bale jista' eventwalment imur mal-United, il-kowċ ta' Real Madrid Zinedine Zidane huwa ferm interessat fl-attakkant ta' Monaco Kylian Mbappe. Jekk Gareth Bale jitlaq, Zidane qiegħed jara liż-żagħżugħ Franċiż bħala sostitut ideali tiegħu. Mbappe li kellu staġun mill-aqwa ma' Monaco l-istaġun illi għadda, għandu ħafna klabbs interessati fis-servizzi tiegħu fost l-oħrajn mill-Ingilterra u minn Spanja. minn Cristian Antony Muscat THOMAS LEMAR - Barcelona daħlu fit-taqtiegħa biex jakkwistaw lill-winger ta' Monaco Thomas Lemar. Wara li l-Katalani biegħu lil Neymar, huma xeħtu ħarsithom fuq il-plejer żagħżugħ ta' 21 sena fejn qed jikkunsidrawh bħala dak li jista' jieħu post l-istilla Brażiljana. Lemar illi jilgħab l-iktar mal- linja xellugija diġà attira l-interess ta' diversi klabbs fosthom Arsenal, li għamlu tliet offerti għalih, Manchester United kif ukoll Liverpool. ALEXIS SANCHEZ - L-attakkant miċ-Ċili Alexis Sanchez huwa s-sors ta' interess tal-klabb Franċiż Monaco hekk kif jinsabu lesti li joħorġu €45 miljun għall-akkwist ta' dan il-plejer ta' Arsenal. Sanchez illi kien jilgħab ukoll ma' Udinese fl-Italja, ilu tliet snin mal-Gunners fejn skorja 53 gowl f '103 partiti. Huwa attakkant perikoluż illi kapaċi jbiddillek partita u dan il-fatt jidher illi huwa f 'moħħ il-kowċ ta' Arsenal, Arsene Wenger illi huwa determinat illi ma jħallix lil dan il-player jitlaq. Monaco jridu jagħtu sfida lir-rivali PSG illi xtraw lil Neymar aktar tard din il-ġimgħa u qed ifittxu plejer bħal Sanchez sabiex jagħtihom ċerta saħħa fuq quddiem.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 13 August 2017