Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/863490
13 Il-Ħadd 20 ta' Awwissu 2017| illum Aħbarijiet Residenti jħossu lis-sitwazzjoni tal-indafa ggravat dan is-sajf Tkompli minn paġna 1 Karti, boroż taż-żibel li ma jinġabrux, boroż li jintefgħu bl-amment mir-ristoranti, fliexken tal- birra jiġru fit-toroq ewlenin; skont ir-residenti dawn huma l-affarijiet li qed iwasslu għas- sitwazzjoni xejn dinjituża tal-preżent fl-akbar lokalità turistika f 'Malta. Residenta oħra tal-Qawra li tkellmet mal-ILLUM sostniet li, "din is-sena qaltilna li l-kennies bil-kemm jidher u hemm ammont kbir ta' ħmieġ li qed jakkumula. Saħansitra meta ġejna għall-villeġġjatura din is-sena kellna noqogħdu neħħu l-ħaxix ħazin li jitla' mal-bankina. Faċċata tagħna, il-ħaxix ħażin qabeż fit-tul is- siġar taż-żebbuġ li tħawlu mill- kunsill lokali. Inħossu li din is-sena s-sitwazzjoni ggravat b'mod drastiku." Residenti oħra tkellmu fuq il-problemi tal-immaniġġjar tal-iskart u tindif li f 'din il- lokalità "Buġibba ma għadhiex villeġġjatura, ma tistenniex hekk minn post turistiku," qal resident. Huwa kompla jispjega kif iż-żieda drastika fil-popolazzjoni fl-aħħar snin ħalliet impatt kbir fuq ċertu sistemi li mhumiex immirati biex jilqgħu għall-bżonnijiet ta' din il-lokalità. Skont iċ-ċensiment li sar fl- 2011, fl-1995 f 'Buġibba kienu jgħixu madwar 7,392 ruħ illum il-ġurnata il-popolazzjoni qabżet madwar il-21,000 ruħ. Kienet din il-gazzetta li f 'artiklu ppublikat, nhar il-5 ta' Marzu 2017 irraportat kif sa l-ewwel xhur tas-sena quddiem l-awtorità tal-ippjanar kien hemm 92 applikazzjoni għal żvillup ta' bini residenzjali. 92 applikazzjoni għal 1,085 residenza ġdida b'żieda ta' 15% fil-popolazzjoni ta' San Pawl il-Baħar. Dan jista' faċilment ifisser żieda ta' 3,200 resident ġdid, jiġifieri żieda ta' madwar 15.5% tal-popolazzjoni preżenti. Ir-residenti ferm frustrati sostnew li l-fatt li lokalità qiegħda dejjem aktar tospita fiha stabbilimenti ta' divertiment qed iwassal biex, speċjalment f 'dawk il-ġranet ta' tmiem il-ġimgħa, jispiċċaw b'ħafna ħmieġ bħal fliexken tal-birra u alkoħol vojta wara biebhom. Resident partikolari li tkellem magħna stqarr li "huwa evidenti li m'hemmx pjan ċar li jaħseb għall-bżonnijiet tal-lokal, apparti minn hekk lanqas hemm pjan ta' infurzar fuq min ma jimxix mal-liġijiet u regoli tal-immaniġġjar tal- iskart." Matul l-eżerċizzju tal-ILLUM ħafna residenti wrew it-tħassib tagħhom għall-mod kif iħossu li din 'it-telqa' qiegħda taffettwa l- ekonomija ta' din iż-żona u l-pajjiż. "Ninkwetaw għaliex it- turiżmu huwa parti mis-sinsla ekonomika tal-pajjiż u din iż-żona hija popolari ħafna mat-turisti, però din mhijiex sitwazzjoni la adekwata għar-residenti u iktar minn hekk lanqas għat-turisti li ser jesperjenzaw lil Malta l-ewwel darba." Dak l-inkwiet huwa ġustifikat hekk kif ir-rapport li deher fuq il-gazzetta ILLUM nhar it-12 ta' Lulju 2016, żvela kif iż-żona ta' Buġibba, il-Qawra u San Pawl il-baħar jiġbor fi ħdanu mat-12,000 sodda, bl-ammont ikbar min-numru ta sodod li wieħed issib f 'kemm San Ġiljan u kif ukoll f 'Tas-Sliema. Din il-problema li hemm f 'din iż-żona turistika ta' Buġibba ilha tiġi diskussa, saħansitra fil-parlament hekk kif fl-2012 f 'mistoqsija parlamentari, l-eks Ministru Ċensu Galea staqsa lil l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi fuq is-sistema ta' ġbir ta' skart imħaddma f 'din iż- żona. Dan wara li Galea stqarr li "n-nies qed kontiwament jilmentaw mill-ħinijiet tal-ġbir tal-istess skart, u minħabba l-iskart li qed ikun hemm fit- toroq tal-inħawi matul il-jum kollu." Madankollu Buġibba mhijiex l-unika lokalità li qed tiffaċċja l-istess sfida, hekk kif iktar kmieni din il-ġimgħa, il-GRTU ħarġet stqarrija fiha kkumentat dwar is-sitwazzjoni simili li qiegħda fiha l-Belt Valletta, fejn ta' spiss turisti, residenti u negozjanti jilmentaw dwar ħmieġ eċċessiv li jinstab fit- toroq tal-Belt Valletta. Minkejja servizzi b'xejn ta' ġbir ta' skart xi ħadd iddeċieda li jarmi saqqu fl-ewwel art... Xena komuni kuljum, kull kantuniera, kull ħin