Illum previous editions

illum 20 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/863490

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 20 ta' Awwissu 2017 | illum Sports 35 volontarju. U huwa għalhekk illi mhux aċċettabbli illi ċerti klabbs sportivi jkunu jiddependu minn individwu jew individwi bħala sors ta' qligħ, li mbagħad meta dawn jitilqu, l-istess klabbs jisfaxxaw jew jgħaddu minn problemi finanzjarji. Kif taraha l-mentalità tal-isport f 'pajjiżna? Ma tinkwetakx illi minkejja kull sforz illi qed isir, aħna bħala pajjiż għandna l-iktar rata għolja ta' obeżita'? Ħa ngħidlek naħseb illi sar diġà xogħol siewi mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u dak tas-Saħħa f 'dan ir-rigward. Fl- istess ħin qed isiru diversi programmi edukattivi dwar x'għandna nieklu u xi stil ta' ħajja għandna naddottaw. Aħna bħala gvern qed nindirizzaw kemm nistgħu din il-problema tal- obeżità. Biżżejjed ngħidu illi fl-iskejjel tagħna beda jingħata l-kolazzjon sabiex dawn l-istess studenti jibdew il-ħajja tagħhom b'mod l-aktar sustanzjuż. B'xorti ħażina fil-kultura tagħna l-Maltin bħal qisna nitraskuraw din l-ikla importanti fil-bidu tal-ġurnata. Il-problema tal-obeżità hija sfida kbira għal pajjiżna minħabba din l-istess kultura iżda aħna permezz tal- edukazzjoni ser inkunu qed niggwidaw lin-nies x'inhu tajjeb għal saħħithom bħala ikel u xorb. Il-portafoll tiegħi qiegħed fi ħdan il- Ministeru tal-Edukazzjoni u għalhekk ser inkun qed naħdem id f 'id man-nies konċernati sabiex negħlbu din il- problema tant kbira f 'pajjiżna. Din it-tema ġiet ukoll indirizzata fil- presidenza Maltija fl-Ewropa fejn dawk kollha konċernati esprimew ix-xewqa illi ntaffu kemm nistgħu l-problema tal- obeżità. Illum kulħadd jaf illi l-piż żejjed jista' jġib ħafna problemi fiżiċi u fl-aħħar mill- aħħar ħafna mard. M'ilux int kont wieħed minn dawk illi kkontribwew sabiex il- plejerleġġendarju Taljan Franco Baresi jżur Malta. Naf illi int partitarju Milanist. X'kienet l-esperjenza tiegħek meta ltqajt ma' din il-personalità sportiva? Żgur illi Franco Baresi m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni. Huwa leġġenda minnu nnifsu, l-idolu ta' ħafna Milanisti u dawk kollha illi jsegwu l-futbol Taljan. Kelli ċ-ċans illi niltaqa' miegħu personalment u ammirajt l-umiltà kbira li għandu. Laqatni l-fatt illi l-mijiet ta' nies illi ġew biex jarawh kollha kemm huma ħarġu sodisfatti hekk kif magħhom ħa xi stessu 'l hemm u 'l hawn, iffirma awtografi u tkellem magħhom. B'hekk dan ir-raġel jispikka ħafna għax minkejja li kiseb ħafna unuri xorta baqa' jżomm saqajh mal-art. Laqatni ukoll li huwa għandu għarfien kbir fl-isport filwaqt illi konxju mid-diversi sfidi illi għaddej minnu partikularment il-futbol. Għalhekk nies bħal Baresi huma mportanti fil-qasam sportiv għax jagħtu dik l-esperjenza u l-pariri neċessarji filwaqt illi jkunu ta' eżempju għat-tfal tagħna. Ħadt pjaċir nara lit-tfal li minkejja li ma jiftakruhx jilgħab forsi setgħu semgħu lil missirijiethom jgħidulhom kemm kien plejer kbir u kemm kien leali lejn l-arma ta' Milan tant illi baqa' magħhom tul il- karriera kollha tiegħu. Diġà kellna ċ-ċans illi nsemmu l-liġi tal-kummerċjalizazzjoni tal-isport. Il-fatt illi int avukat, kemm ser tgħin biex tixpruna aktar 'il quddiem din il-liġi? Iva, filfatt ser nagħmel minn kollox sabiex din il-liġi tkun suċċess f 'kull lat. Waqqafna bord apposta illi ser ikollu d-dmir illi jevalwa sew kull applikazzjoni illi ssirlu. Aħna qed inħeġġu lill-għaqdiet sportivi tagħna sabiex l-inċentivi illi ntuhom bħala gvern jintużaw b'ċertu għaqal. Għalhekk dan il-bord irid jassigura li meta tidħollu applikazzjoni jżomm l-aspett sportiv fuq quddiem nett. Fl-istess ħin hemm bżonn illi nkomplu nibdlu l-mentalità tagħna fl-isport filwaqt illi nkunu aktar professjonali. Tajjeb madankollu illi nżommu saqajna mal-art u nirrikonoxxu x-xogħol kbir illi qed jagħmlu diversi voluntiera fi ħdan l-assoċjazzjonijiet sportivi. Filwaqt illi nżommu dan kollu f 'moħħna, madankollu hemm bżonn illi jkun hemm aktar laqta professjonali sabiex tiżdied aktar is-serjetà u mmexxu 'l quddiem il-livell tal-logħba tagħna. Semmejt il-volontarjat. Dan qed narawh jonqos bil-mod il-mod. X'taħseb li jista' jsir biex dan il-qasam tant importanti fl-isport ikompli jiżdied? Jien bħala segretarju parlamentari ser inkompli niltaqa' man-nies sabiex niddiskuti magħhom dan is-suġġett. Irridu naraw x'hemm illi qed ibiegħed lin-nies minn dan il-qasam. Madankollu irridu nħarsu lejn il-mod ta' kif inbidlet is-soċjetà Maltija. Illum hawn xogħol kemm trid u tista' taħdem mingħajr ebda problemi f 'pajjiżna. Jista' jkun illi dak li jkun qed jipprova jsib bilanċ bejn ix-xogħol u l-volontarjat? Qed isibu fl-aħħar mill-aħħar dan il-ħin? Jien ngħid illi l-volontarjat illum sar missjoni. Nieħu minni illi issa li qiegħed fil-kabinett, il-politika huwa x-xogħol full-time tiegħi. Se jkun hemm affarijiet illi ser ikolli niċċaħħad minnhom bħax-xogħol tiegħi t'avukat u anke ċerti sagrifiċċji oħra li rrid nagħmel. Ix- xogħol bħal qisu ftit iħallilek ħin għall- affarijiet oħra. U għalhekk fejn aħna ser nippruvaw ngħinu lill-volontarji sabiex dan ix- xogħol bla ħlas illi jagħmlu jkun ta' sodisfazzjon akbar għalihom u għalhekk aktar nies jersqu għalih. Ser nippruvaw ngħinu sabiex anke tiżdied is-serjetà fi ħdan diversi kumitati sportivi ħalli fl-aħħar mill-aħħar dawk li jkunu daħlu għalih joffrilhom sodisfazzjon. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lin- nies li qed jaqraw din l-intervista dwar l-importanza tal-isport. M'hemmx dubju illi l-isport huwa importanti fil-ħajja tal-bniedem għax huwa xjentifikament ippruvat illi wieħed jgħix ħajja aħjar fiżikament u mentalment. L-isport iżommna 'l bogħod mill- istili ta' ħajja li huma ħżiena, inaqqas problemi fiżiċi u jtina ċertu sens ta' dixxiplina. Għalhekk importanti illi nagħmlu eżerċizzju u nimxu ħalli anke bħala poplu nkunu iktar b'saħħitna. Min-naħa l-oħra jien bħala persuna kont dejjem qrib in-nies u ser nibqa' hekk għax nemmen illi għandi nilqa' lil kulħadd. B'sempliċement imejl jew telefonata wieħed jista' jagħmel appuntament biex niltaqgħu. tal-isport lokali Twieled f 'Tal-Pietà -14 ta' Settembru 1983. Huwa persuna midħla sew tal-isport u l-fatt ġie fdat bir-responsabbiltà ta' Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Organizzazzjonijiet Volontarji, liema responsabbiltà qed jaqdiha bl-aħjar mod possibbli. Fil-passat riċenti okkupa wkoll il-kariga ta' viċi-president ta' Sliema Wanderers. DR. CLIFTON GRIMA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 August 2017