Illum previous editions

illum 20 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/863490

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 20 ta' Awwissu 2017 ISSEGRETARJAT Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet qed jorganizza l-kampanja 'Sejħet is-Siġar' bl-għan prinċipali li titqajjem kuxjenza dwar l-importanza tas-siġar fost it-tfal. Il-kampanja tnediet mis-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis waqt attività li saret fil-playground ta' Triq l-Erwieħ, il-Mellieħa. L-għan tal-proġett, li qed isir b'kollaborazzjoni mal- kumpanija privata Norex Malta Ltd u l-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar, huwa li jilħaq tfal ta' bejn it-tmienja u l-għaxar snin. Se tintbgħat ittra lill-familji kollha f 'Malta u Għawdex, u t-tfal se jkunu mistiedna jmorru fil-kunsilli rispettivi tagħhom biex jiġbru ktejjeb kif ukoll siġra biex jeħduha d-dar magħhom u jieħdu ħsiebha. Il-ktejjeb huwa xogħol l-awtur Trevor Zahra. Waqt li nieda dan il-proġett, is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis, qal li l-edukazzjoni tibda miċ-ċokon, u għalhekk qed issir din il-kampanja mmirata għat-tfal biex b'hekk titrawwem ġenerazzjoni ta' ċittadini li jħarsu u jikkonservaw l-ambjent ta' madwarhom. Il-kampanja tgħallem lit- tfal jifhmu l-importanza tas-siġar li jikkontribwixxu għall-ambjent, billi jipprovdu l-ossiġnu, jtejbu l-kwalità tal-arja, jtejbu u jsebbħu l-ambjent, jikkonservaw l-ilma u jippreservaw il-ħamrija. Is-Segretarju Parlamentari qal li s-Segretarjat li jmexxi sa mill-bidu nett beda ħidma biex jirriforma l-qasam tal- Gvern Lokali f 'pajjiżna, billi fost oħrajn, il-kunsilli lokali jerġgħu jkunu awtoritajiet relevanti fil-lokalitajiet Maltin u Għawdxin biex bil-ħidma u s-servizzi li jipprovdu jtejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini. Kien għalhekk li tfasslet strateġija biex issir riforma tal-Gvern Lokali, li se tkun qed taħseb għall-ħtiġijiet u l-aspettattivi kemm tar-residenti u l-komunitajiet li jinsabu fil-lokalitajiet, kif ukoll dawk tal-kunsillieri eletti ħalli jaħdmu fl-interess tal-lokalitajiet tagħhom. Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qal li din il- kampanja favur is-siġar, imsejħa 'Sejħet is-Siġar' hija għalhekk inizjattiva li permezz tagħha s-Segretarjat se jkun qed jgħin lill-kunsilli lokali jtejbu l-għajxien taċ-ċittadini tagħhom u wkoll biex jedukawhom favur il-ħarsien u l-konservazzjoni tas-siġar. Is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis temm billi appella lit-tfal jipparteċipaw f 'din il- kampanja, filwaqt li rringrazzja lil kull min qed jagħti sehmu, inkluż l-entitajiet imsemmija u wkoll il-kunsilli lokali f 'Malta u Għawdex. L-ewwel edizzjoni tal-Gozo Film Festival GĦALLEWWEL darba f 'Għawdex se jsir il-Gozo Film Festival fis-sit storiku taċ-Ċittadella. Dan tħabbar mill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana, waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fiċ-Ċittadella stess. Matul it-tlett ijem li fihom se jsir il-festival, se jintwerew films f 'ambjenti differenti madwar is-sit taċ-Ċittadella. Il-post ewlieni fejn se jintwerew huwa l-Bastjun ta' San Ġwann fiċ-Ċittadella u se jintwerew fuq liżar imtella' apposta fl-apert. Barra minn hekk, se jkun hemm ukoll l-opportunità li t-tfal jitgħallmu dwar il-produzzjoni tal-films u xogħol għat-televiżjoni. Il-Ministru Caruana rringrazzjat lill-Gozo Film Club ta' din l-inizjattiva ġdida għall-gżira Għawdxija. Għalkemm hi niċċa ġdida, l-Ministru Caruana qalet li hija ottimista li dan l-avveniment ieħor se jsib postu fil-kalendarju kulturali annwali ta' Għawdex. Hi sostniet li avvenimenti innovattivi bħal dawn ikomplu jagħmlu lil Għawdex destinazzjoni turistika differenti u li toffri prodott aktar attraenti mill- kompetituri diretti tagħna. "Fuq kollox, dan l-avveniment se joffri pjattaforma għall- produzzjoni lokali u anki jista' jwassal biex Għawdex ikun sit magħżul għall- produzzjonijiet iktar impenjattivi u importanti. L-industrija ċinematografika hija waħda ta' valur għoli u miżjud u Għawdex għandu potenzjal enormi f 'dan ir- rigward," qalet il-Ministru Justyne Caruana. Hija rringrazzjat lill-Malta Film Commission tal-appoġġ għal din l-inizjattiva u ħeġġet għal iktar kollaborazzjoni b'risq produzzjonijiet internazzjonali f ' Għawdex stess. Il-Gozo Film Festival se jsir bejn il-Ġimgħa 25 u l-Ħadd 27 t'Awwissu u se jkun mifrux f 'postijiet differenti madwar iċ-Ċittadella. B'kollox se jintwerew tnejn u tletin film qasir (short movies), disa'produzzjonijet minn produtturi Maltin u Għawdxin kif ukoll tliet films u żewġ dokumentarji. Il-produzzjonijiet kollha għandhom b'xi mod jew ieħor konnessjoni ma' Għawdex. L-avveniment se jsir bla ħlas tul it-tlett ijiem kollha u l-pubbliku hu mħeġġeġ li jattendi. 'Bir-riforma tal-Gvern Lokali f 'pajjiżna, il-kunsilli lokali jerġgħu jkunu awtoritajiet relevanti fil-lokalitajiet'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 20 August 2017