Illum previous editions

illum 26 August 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/866592

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

Minn Albert Gauci Cunningham FOST is-sostenituri u dawk qrib Adrian Delia, bħalissa hemm sens ta' tħassib qawwi jekk mhux biża' hekk kif jidher li dak żvelat minn Daphne Caruana Galizia din il-ġimgħa, xellef sew il-fiduċja fil- kandidat għall-kariga ta' Kap tal- PN fost il-Kunsilliera, bil-periklu issa reali li dan lanqas biss jgħaddi għat-tieni fażi tal-elezzjoni. Il-biża' iżda inbidlet f 'paniku hekk kif ilbieraħ kien imħabbar kif il-Kunsill Amministrattiv tal-PN se jkun qed jiltaqa' nhar it-Tnejn, "biex jiġi diskuss u deċiż x'passi għandhom jittieħdu" fil-konfront ta' Delia. Din il-laqgħa mitluba minn Kunsillier tal-PN stess, tefgħet lill-Partit f 'inċertezza kbira. Din il-gazzetta staqsiet lill-Kelliem tal-PN jekk l-eżitu ta' din il-laqgħa jfissirx li hemm il-possibbilità li Adrian Delia jkun sfurzat jirtira l-kandidatura tiegħu ħamest ijiem biss qabel tibda l-votazzjoni. Il- kelliem sostna li għadu kmieni wisq biex wieħed jitkellem dwar l-eżitu tal-istess laqgħa. Alex Perici Calascione li huwa membru tal-istess Kunsill Amministrattiv, bagħat jinforma lill-President tal-istess Kunsill, Karol Aquilina li mhux se jkun qed jattendi minħabba kunflitt ta' interess. Intant, waqt konferenza fil-każin tal-PN ta' Birkirkara lbieraħ filgħaxija, Delia rrabjat sostna li din hija "l-aktar kampanja elettorali maħmuġa u vendikattiva li qatt esperjenzajt f 'ħajti." Sorsi mill-PN ikkonfermaw mal- ILLUM li l-iżvelar ta' kont bankarju f 'Jersey f 'isem Delia, li allegatament qed jintuża biex minnu jgħaddi qligħ minn prostituzzjoni għamlet biżżejjed ħsara biex Delia tilef l-appoġġ maġġoritarju tal- Kunsilliera f 'lokalitajiet fejn huwa b'saħħtu, u iktar minn hekk, biddlet b'mod drastiku l-aspettativa għar- riżultat. Il-persuni li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew li hemm sensazzjoni li qed titqawwa li Alex Perici Calascione għandu ċans kbir li saħansitra jaqlibha lil Delia biex ikun hu, flimkien ma' Chris Said, li jagħmilha sat-tieni fażi. Xenarju li sal- bidu tal-kampanja kien meqjus minn ħafna bħala 'improbabbli' però li huwa x-xenarju l-aktar li xtaqet it-tmexxija preżenti tal- PN. Nr 567 • 27 ta' Awwissu 2017 www.illum.com.mt €1.00 NEWSPAPER POST Ara paġna 14 Cacopardo se jieħu t-tmexxija tal-AD f 'idejh Ara paġna 11 Delia f 'battalja biex isalva Taqtigħa ħarxa għat-tieni post f 'sitwazzjoni straordinarja li taf tara lil Delia mqaċċat mit-tiġrija Vox Pop | 'Is-sick leave dritt tiegħek...imma tabbużahx' Ara paġna 13 Nr 567 • 27 ta' Awwissu 2017 Cacopardo t-tmexxija tal-AD Ara paġna 11

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2017