Illum previous editions

illum 3 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/869384

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 03 ta' Settembru 2017 Aħbarijiet Ħarsa lejn ix-xena politika turbulanti tal-Amerika WARA l-waqa' tal-ħajt ta' Berlin fil-bidu ta' snin 90, li waslet għad- dekadenza tal-ideoloġija kommunista, l-Istati Uniti stabbiliet ruħha bħala l-iktar pajjiż potenti fid-dinja, pajjiż fejn li ċittadini aspiranti dejjem ħolmu li din l-art tista' tkun it-tweġiba għall- ħolm tagħhom, pajjiż li dejjem kien fiċ-ċentru ta' kull avvanz teknoloġiku, finanzjarju u ideoloġiku... iżda pajjiż li għal iktar minn darba kien ħati ta' segregazzjoni ta' nies u popli differenti, pajjiż li evidentament kellu u għad għandu firdiet kbar bejn kommunitajiet differenti. Għaddew 154 sena mill-'Emancipation Proclamation', ordni eżekuttiva li l-eks President Abraham Lincoln kien poġġa fis-seħħ, li biha iktar minn 3 miljun skjav ġew meħlusin mill-istati tan- Nofsinhar tal-Amerika. Fis- seklu 20, nibet moviment ieħor favur id-drittijiet tas- soċjetà ċivili li kiseb bosta drittijiet għall-minoranzi fosthom it-tneħija tas- segregazzjoni ta' razez differenti. Però wieħed tajjeb jistaqsi kemm l-istorja evolviet, dan b'referenza għall-inċidenti u tensjoni għolja li rajna fil-ġimgħat li għaddew, fosthom f 'Charlottesville u Boston, fejn faqqa' ġlied bejn dimonstranti tal- lemin estrem u dawk li kienu qegħdin jipprotestaw kontrihom. L-ILLUM intervistat lid- Deputat Dekan u Lecturer tal-'Public Policy' fl- Università ta' Malta, George Vital Zammit, u miegħu ppruvat tifhem aħjar dwar l-iżviluppi fl-Istati Uniti. L-irwol ta' Trump, jekk hux se jkun imneħħi minn president, is-sehem ta' Obama f 'din il-kwisjtoni razzjali u l-moviment 'black lives matter'. Sentiment tort ta' Trump? Staqsejna lid-dekan fuq id-dimostrazzjoni vjolenti riċenti tal-lemin estrem f 'Charlottesville li ħalliet tliet persuni mejta. "Naħseb dawn is- sentimenti tal-lemin estrem ħadu pjattaforma taħt il-presidenza ta' Donald Trump. "Il-lemin Amerikan dejjem kien hemm, is- sentiment razzist kontra l-Lhud u kontra n-nies ta' karnaġġjon skur, ilhom hemm però issa dawk is-sentimenti qishom ġew istituzzjonalizzati," sostna Vital Zammit. "Dan għaliex qabel il- 'fenomenu' ta' Trump, kull President Amerikan kien joqgħod ħafna attent li bejn ir-rettorika tal- kampanja elettorali u dik tal- presidenza jkun hemm differenza." Skont Vital Zammit "il- mexxej irid ikun hemm għal kulħadd mhux biss għall-partit tiegħu, Trump mexa mod ieħor u għalhekk dawn is-sentimenti sabu refuġju." "Jien naħseb li Donald Trump", ikompli jgħid Vital Zammit mal-ILLUM "għandu repsonsabbilità kbira." Trump fil-pożizzjoni influwenti li qiegħed fiha jrid irażżan mhux itihom iktar arja. Għalhekk fil- każ Charlottesville meta kkundanna l-vjolenza fuq iż-żewġ naħat kellu jkun iktar skjett u b'saħħtu fil-kundanna kontra sentimenti nazzisti." "Ma rridux ninsew li dawn is-sentimenti razzisti kienu għadhom jirrenjaw sa 50 sena ilu, jekk inti kont iswed bilqiegħda fuq xarabank u tela' bniedem abjad kellek iċċedi postok lilu. Dan ma seħħx fil- Medju Evu iżda fis-snin 60, għalhekk huwa inkwetanti li fl-2017 qed naraw l-istess sentimenti ħerġin, nemmen li l-President għandu juża l-poter kollu tiegħu biex jgħaffeġ das-sentimenti mhux joffri refuġju," sostna Vital Zammit. Trump kien ikkritikat, minħabba li dam biex jikkundanna l-vjolenza tal-lemin estrem f ' Charlottesville waqt demostrazzjoni minn estremesti tal-lemin, li bdew jipprotestaw kontra t-tneħħija ta' statwi ta'personaġġi mill-gwerra ċivili tal-1861. F'mument waqt din il-protesta, James Alex Fields Jr, saq il-karozza tiegħu ġol- folla, bir- riżultat li qatel lil Heather Heyer ta' 32 sena. "Inti tiddefinixxi r-relazzjoni tiegħek mal- midja" Tul il-kampanja elettorali Trump sikwit għamel referenza għal stejjer fejn iddeskrivihom bħala 'fake news', għax skont hu deliberatament jirrappurtaw informazzjoni inkoretta u propoganda kontrih. Fil-fatt il-kunċett ta' 'fake news' bdieh l-istess Trump għad- detriment tal-midja madwar id-dinja inkluż dik lokali. Rapport ippubblikat lura f 'Settembru tal- 2016 minn Gallup, sit li jispeċjalizza f 'eżerċizzji ta' sħarriġ żvela li, 32% biss tal-populazzjoni Amerikana tafda, iswed fuq l-abjad ir-rapporti tal-midja. Skont Vital Zammit iżda, inti tiddefinixxi r-relazzjoni tiegħek mal- midja, u għalhekk sikwit hija meqjusa suwiċidali li kandidat jew mexxej jikkonfronta lill-midja. Hu kompla jispjega kif ir-relazzjoni bejn il-midja u l-politiku għandha tkun waħda reċiproka, "il-midja lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Il-partit tal-black panther Il-Partit tal-Black Panther kien partit revoluzzjonarju bbażat fuq twemmin ta' nazzjonaliżmu favur is-suwed. Huwa kien imwaqqaf minn Bobby Seale u Huey Newton f 'Ottubru tal-1966 bl-għan li partitarji jagħmlu numru ta' rondi f 'Kalifornja biex jipproteġu ċittadini f 'minoranzi razzjali minn vjolenza mill-pulizija. Però wieħed tajjeb jistaqsi kemm l-istorja evolviet, dan b'referenza għall-inċidenti u tensjoni għolja li rajna fil-ġimgħat li għaddew, fosthom f 'Charlottesville u Boston, fejn faqqa' ġlied bejn dimonstranti tal- lemin estrem u dawk li kienu qegħdin jipprotestaw L-ILLUM intervistat lid- Deputat Dekan u Lecturer tal-'Public Policy' fl- Università ta' Malta, George Vital Zammit, u miegħu ppruvat tifhem aħjar dwar l-iżviluppi fl-Istati Uniti. L-irwol ta' Trump, jekk hux se jkun imneħħi minn president, is-sehem ta' Obama f 'din il-kwisjtoni razzjali u l-moviment 'black lives matter'. Sentiment tort ta' Trump? Staqsejna lid-dekan fuq id-dimostrazzjoni vjolenti riċenti tal-lemin estrem f 'Charlottesville li ħalliet tliet persuni mejta. "Naħseb dawn is- sentimenti tal-lemin estrem ħadu pjattaforma taħt il-presidenza ta' Donald Trump. "Il-lemin Amerikan dejjem kien hemm, is- sentiment razzist kontra l-Lhud u kontra n-nies ta' Vital Zammit. "Dan għaliex qabel il- 'fenomenu' ta' Trump, kull President Amerikan kien joqgħod ħafna attent li bejn ir-rettorika tal- kampanja elettorali u dik tal- presidenza jkun hemm differenza." Skont Vital Zammit "il- mexxej irid ikun hemm għal kulħadd mhux biss għall-partit tiegħu, Trump mexa mod ieħor u għalhekk dawn is-sentimenti sabu refuġju." "Jien naħseb li Donald Trump", ikompli jgħid Vital Zammit mal-ILLUM "għandu repsonsabbilità kbira." Trump fil-pożizzjoni influwenti li qiegħed fiha jrid irażżan mhux itihom iktar arja. Għalhekk fil- każ Charlottesville meta kkundanna l-vjolenza fuq iż-żewġ naħat kellu jkun iktar skjett u b'saħħtu fil-kundanna kontra sentimenti nazzisti." "Ma rridux ninsew li dawn is-sentimenti razzisti kienu għadhom jirrenjaw sa 50 sena ilu, jekk inti kont iswed bilqiegħda fuq xarabank u tela' bniedem abjad kellek iċċedi postok lilu. Dan ma seħħx fil- Medju Evu iżda fis-snin 60, l-poter kollu tiegħu biex jgħaffeġ das-sentimenti mhux joffri refuġju," sostna Vital Zammit. Trump kien ikkritikat, minħabba li dam biex jikkundanna l-vjolenza tal-lemin estrem f ' Charlottesville waqt demostrazzjoni minn estremesti tal-lemin, li bdew jipprotestaw kontra t-tneħħija ta' statwi ta'personaġġi mill-gwerra ċivili tal-1861. F'mument waqt din il-protesta, James Alex Fields Jr, saq il-karozza tiegħu ġol- folla, bir- riżultat li qatel lil Heather Heyer ta' 32 sena. "Inti tiddefinixxi r-relazzjoni tiegħek mal- midja" Tul il-kampanja elettorali Trump sikwit għamel referenza għal stejjer fejn iddeskrivihom bħala 'fake news', għax skont hu deliberatament jirrappurtaw informazzjoni inkoretta u propoganda kontrih. Fil-fatt il-kunċett ta' 'fake news' bdieh l-istess Trump għad- detriment tal-midja madwar id-dinja inkluż dik lokali. Rapport ippubblikat lura f 'Settembru tal- 2016 minn Gallup, sit li jispeċjalizza f 'eżerċizzji ta' sħarriġ żvela li, 32% biss tal-populazzjoni Amerikana tafda, iswed fuq l-abjad ir-rapporti tal-midja. Skont Vital Zammit iżda, inti tiddefinixxi jikkonfronta lill-midja. Hu kompla jispjega kif ir-relazzjoni bejn il-midja u l-politiku għandha tkun waħda reċiproka, "il-midja Il-Partit tal-Black Panther kien partit revoluzzjonarju bbażat fuq twemmin ta' nazzjonaliżmu favur is-suwed. Huwa kien imwaqqaf minn Bobby Seale u Huey Newton f 'Ottubru tal-1966 bl-għan li partitarji jagħmlu numru ta' rondi f 'Kalifornja biex jipproteġu ċittadini f 'minoranzi razzjali minn vjolenza mill-pulizija.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 September 2017