Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/869384
Aħbarijiet 14 illum | Il-Ħadd 03 ta' Settembru 2017 B'REAZZJONI għar- rispons li rċeviet mingħand il-klijenti tagħha rigward is-servizz ipprovdut fi tnejn mill-ajruporti ewlenin tal-linja nazzjonali talajru, l-Air Malta tejbet is-servizzi tagħha fl- ajruporti ta' Heathrow u ta' Orly, f 'Londra u f 'Pariġi rispettivament. Il-linja tal- ajru Maltija ffirmat kuntratt ma' ground handler ġdid f 'Heathrow, Londra u issa qiegħda toffri lill-passiġġieri tal-business class sala ġdida fl-Ajruport ta' Orly f 'Pariġi. L-operazzjonijiet ta' ground handling tal-Air Malta f 'Heathrow Terminal 4, Londra, se jkunu f 'idejn ASC. Il-handling mill- ASC intgħażel wara analiżi tal-fornituri ta' ground handling fl-ajruport. L-ASC toffri servizz uniku u personalizzat ta' ground handling minn tim dedikat ta' professjonisti. Is-servizzi pprovduti huma mistennija li jissodisfaw l-istandards ta' servizz tal-Air Malta biex jiġi żgurat servizz ta' kwalità għolja u vjaġġ eċċezzjonali lill-klijenti tal-linja tal-ajru. Fl-ajruport ta' Orly f 'Pariġi l-klijenti tal-business class tal-Air Malta issa jistgħu jgawdu minn kumdità akbar u ambjent rilassanti fis-sala l-ġdida ICARE. Din is-sala tinsab Orly West Terminal Hall 4, Departure Gate 40. F'kumment dwar dan it-titjib il-Kap tal-Operat, Silvio Falzon qal li "l-Air Malta hija impenjata li toffri lill-mistednin tagħha kwalità u kumdità permezz tal-firxa wiesgħa ta' servizzi u prodotti. Is-servizzi kollha tagħna, inklużi l-imsieħba tagħna tal-ground handling f 'diversi ajruporti jkunu mmonitorjati kontinwament u minn żmien għal żmien isir audit tagħhom filwaqt li nkomplu dejjem nisimgħu r-rispons tal-mistednin tagħna biex niżguraw l-akbar sodisfazzjon tal-klijent u operat ta' kwalità konsistenti skont l-ogħla standards ta' servizz." Dan it-titjib huwa parti mill-impenn tal-Air Malta li tkun "Aktar Minn Sempliċi Linja tal-Ajru" u li ttejjeb il-prodotti u s-servizzi tagħha. Il-linja tal-ajru qiegħda taħdem sabiex tniedi dalwaqt firxa ġdida ta' prodotti u servizzi u ttejjeb il-vjaġġ tal-klijenti tagħha. Għal aktar tagħrif żur www.airmalta.com. Titjib fis-servizz tal-Air Malta lejn Londra u Pariġi The Flying Carpet Importers of hand-knotted Oriental carpets THE FLYING CARPET - OLD RAILWAY TRACK, ATTARD Mon - Tues, Thurs - Sat 10am – 12pm • Wednesday morning closed Mon - Fri – 4.30pm - 7pm Importers of: Various hand knotted carpets and Kilims, Non Slip Underlay, Dry and Liquid shampoo. Mobile No. 7953 7664