Illum previous editions

illum 3 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/869384

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Settembru 2017 | illum Opinjoni 17 L i tintroduċi demm ġdid fil- politika mhux bilfors iwassal għal titjib fil- mod kif issir il-politika f 'Malta. Tista' tfisser pass lura jekk bħala riżultat ikunu impurtati fil-politika minn oqsma oħra ta' ħidma metodi ta' mġiba dubjużi. Id-dibattitu li għaddej dwar l-elezzjoni għall-Kap tal-PN ġustament iffoka fuq l-imġiba etika tal- kandidati. F'dan il-kuntest kellu importanza sinifikanti r-rapport imħejji mill- Kumitat Konsultattiv dwar l-etika taħt it-tmexxija ta' Louis Galea. Ir-rapport ta' Louis Galea kkonkluda li fil-futur hemm il-ħtieġa li jkun allokat ħafna iktar ħin għall-analiżi dwar kemm il- kandidati għall-ogħla karigi fil-partit huma addattati għar-responsabbiltajiet li jippreżentaw ruħhom għalihom. Huwa issa ċar iktar minn qatt qabel li l-ħatra tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Etika kien reazzjoni għall- informazzjoni li kienet ippubblikata dwar il- kandidat Adrian Delia. Ir-rapport dwar l-etika ġustament jilmenta li ma kellux biżżejjed ħin biex ikun jista' jeżamina u jivverifika b'mod rigoruż il-punti kollha li qamu fil-medja u l-ispjegazzjoni li ngħatat dwarhom. Bħala riżultat, ikkonkluda r-rapport, dubju serji li rriżultaw dwar l-imġiba ta' Adrian Delia baqgħu bla spjegazzjoni sodisfaċenti. Huwa minħabba f 'hekk li l-mexxej tal-PN iddikjara pubblikament li Adrian Delia kellu jikkonsidra li jirtira l-kandidatura tiegħu. Wara li segwejt kemm id- dibattitu pubbliku kif ukoll l-informazzjoni ppubblikata dwar is-suġġett intendi li naqbel mal-pożizzjoni li ħa Simon Busuttil imma naħseb li forsi kien ikun ħafna aħjar kieku l-Kumitat Konsultattiv dwar l-Etika kellu iktar ħin biex jagħmel xogħolu. Fiċ-ċirkustanzi posponiment tal-elezzjoni seta' kien pass ferm iktar għaqli u dan minħabba li l-anqas l-ispjegazzjonijiet li ta l-kandidat Adrian Delia fil-pubbliku ma kienu konvinċenti. Qed nikteb dan l-artiklu l-Ġimgħa filgħaxija, qabel il-votazzjoni tal-bieraħ is-Sibt. Hemm il-periklu li l-Kunsilliera tal-PN iqisu r-rapport dwar l-etika bħala wieħed inkonklussiv, mad- daqqa t'għajn. Bħala riżultat ta' dan jistgħu jikkunsidraw li jagħtu l-benefiċċju tad- dubju lil Adrian Delia. Bħala riżultat ta' dan jidher li l-amministrazzjoni tal- PN qiegħda bilqiegħda fuq bomba tal-ħin. Naħseb li l-PN għandu dover, mhux biss lejn il-membri tiegħu, imma fuq kollox lejn il-pajjiż, li jassigura li l-informazzjoni kollha dwar il-każ tkun analizzata bir-reqqa. Kien hemm ħtieġa ta' opinjoni ċara li ma tħalli l-ebda possibilità ta' misinterpretazzjoni. Ir-rapport nofsu nej dwar materja ta' importanza daqshekk kbira jista' jkollu konsegwenzi gravi ħafna għall-PN. Min hu familjari mal-kunsilliera tal-PN li għandhom id-dritt li jivvutaw bla dubju hu tal- fehma li dawn jirrikjedu rapport ferm iktar ċar u li jwarrab kull dubju. Huwa b'hekk biss li huma jkunu jistgħu jikkunsidraw l-materji etiċi li ġew imqajma bħala kriterju li fuqhom u dwarhom jiddeċiedu lil min jivvutaw. Nittama li jien żbaljat imma wisq nibża' li I-bomba tal-ħin tista' tieħu minn mument għall-ieħor! Skont Cacopardo... Bomba tal-ħin f 'Tal-Pietà 'Fiċ-ċirkustanzi posponiment tal- elezzjoni seta' kien pass ferm iktar għaqli u dan minħabba li l-anqas l-ispjegazzjonijiet li ta l-kandidat Adrian Delia fil-pubbliku ma kienu konvinċenti' 'Jidher li l-amministrazzjoni tal-PN qiegħda bilqiegħda fuq bomba tal- ħin' CARMEL CACOPARDO carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com Adrian Delia dieħel fl-'Istamperija' għad-dibattitu bejn il-kandidati

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 September 2017