Illum previous editions

illum 3 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/869384

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Il-Ħadd 03 ta' Settembru 2017 22 Opinjoni H ekk kont staqsejt xi snin ilu f 'gazzetta lokali fuq il-frotta msejħa żinżel. Fil-ftit versi li kont ktibt dakinhar kont għidt hekk:- "Tant naqas ir-raba' hawn Malta li llum hawn nies li qatt ma raw xitla taż-żinżel u qatt ma daqu l-frott taż-żinżel, frotta ħamranija u ħelwa li għandha t-togħma tat-tamal. Meta kont żgħir fl-inħawi taż-Żejtun kont tara ħitan sħaħ miksija bix-xitla taż-żinżel, imma dix-xitla saret rari ħafna. Billi jafu li nħobb iż-żinżel għandi żewġt iħbieb li malli jasal Awwissu jieħdu ħsieb idewquni ż-żinżel li għad għandhom fil-ġnien jew fl-għalqa tagħhom. Tgħidx kemm ikun tajjeb!" Erġajt Tħajjart Nikteb F'dawn il-jiem erġajt tħajjart nikteb fuq iż-żinżel mill-ġdid. Ħajritni l-aħbar li dehret fl-istampa lokali fejn xi ħadd li jifhem stqarr li l-frotta tat-tamal qed timmatura f 'Malta u qed tkun tajba għall-ikel. Din l-aħbar fakkritni fil-frotta taż- żinżel li ġejja mir-razza tat-tamal u li għandha l-għamla taż-żebbuġa u t-togħma tat-tamla. Reġa' fakkarni fiha l-ħabib tiegħi Frans Tabone li ftit wara li beda Awwissu bagħatli għal iżjed minn darba borża żinżli. Frans kien jaħdem bħala karpintier fl- istamperija tal-General Workers Union. Hu u sħabu ħadmu l-injam kollu li hemm fl-istamperija fejn dam jaħdem għal iżjed minn 54 sena. Jiftakar tajjeb lil Joe Attard Kingswell li kien Segretarju Ġenerali tal-GWU u tgħidx kemm faħħar l-amministrazzjoni tiegħu! Fix-Xlokk ta' Malta Skont Frans, il-frotta taż-żinżli ġejja mis-siġar li għal ħafna żmien kienu mifruxa matul ix-Xlokk ta' Malta, speċjalment fir-raba' u l-ġonna taż-Żejtun. Imma Frans jiftakar li darba kien lemaħ siġra taż-żinżli fl-Għammieri u darba hu kien ta xi xitel lid-ditta Zammit Nursery ta' Ħal Qormi. Is-siġra taż-żinżli għandha xewka kbira maz-zokk bħalma għandha x-xitla tal-kaktus. Il-weraq taż-żinżli jixbah lil dak tal-lewż imma jibqa' iċken fid-daqs. Hawn min jgħid li jitħawwel miż-żerriegħa u hawn oħrajn li jgħidu li jitħawwel mill- għeruq. Il-frotta taż-żinżli tista' tingħasar bħal dik taż-żebbuġ u minnu tista' tagħmel 'liqueur' mill- itjeb, kif jista' jsir mit-tamal. Is-Siġar – Raġel u Mara F'dawn l-aħħar snin tgħallimt ħaġa interessanti dwar is-siġar. Tgħallimt li anke s-siġar hemm min hu raġel u hemm min hi mara. Darba mort fil-ġnien ta' Sant' Anton, fejn toqgħod il-President Marie Louise Coleiro Preca ma' wieħed li jifhem fl-agrikultura u ħadni ħdejn grupp ta' siġar u qalli: "Qed tarahom dawk is-siġar? Waħda hi l-mara u l-ieħor biswitha huwa r-raġel." Insejt l-isem tas-siġar li fuqhom kellimni. Qed ngħid dan għax ħabibi Frans qalli li biex issajjar il-frott is-siġra mara tat- tamal tkun trid tara lir-raġel tagħha. Kos, kemm kemm hi sabiħa n-natura u kemm tista' tgħallmna. L-ilma fi Triq il-Barrani La qegħdin fuq l-agrikultura u n-natura, il-ħabib tiegħi Frans kitibli ittra attwali ħafna: "Wara l-ewwel ħalba xita tat-23 t'Awwissu li għadda, it-Triq tal- Barrani għerqet għax il-għalqa li kien fiha l-ilqugħ tal-ilma sfat mirduma. Nista' nkun naf liema awtorità tat il-permess? Fuq kollox din l-awtorità qed tieħu ħsiebhom dawn l-ilqugħ tat-Triq tal-Barrani? Hemm tnejn oħra bħalu. Nittama li xi ħadd jieħu ħsiebhom għax b'hekk inkunu qed nieħdu ħsieb l-ilma ħalli ma jinħeliex, meta nafu kemm nużaw l-ilma u ilna nisimgħu li ninsabu diġà fi kriżi tal- ilma u l-kbir tal-kriżi għadu ġej. In-nies għadha mhux edukata biżżejjed dwar il-ħtieġa u l-urġenza li ma nħallu lanqas qatra ilma ma tinżel għalxejn! 'It-Triq tal-Barrani għerqet għax l-għalqa li kien fiha l-ilqugħ tal- ilma sfat mirduma. Nista' nkun naf liema awtorità tat il-permess? Fuq kollox din l-awtorità qed tieħu ħsiebhom dawn l-ilqugħ tat-Triq tal-Barrani?' Qatt doqtu ż-żinżel? DUN ANG SEYCHELL

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 September 2017