Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/869384
Il-Ħadd 03 ta' Settembru 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum Serbja pass bogħod mill-kwalifikazzjoni IL-LIDERS Serbja jinsabu pass bogħod milli jikkwalifikaw direttament għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja li ser issir fir- Russja s-sena d-dieħla meta ftit sabu diffikulta' sabiex jegħlbu lil Moldova 3-0 f 'logħba minn Grupp D li ntlagħbet f 'Belgrade. Is-Serbi aċċertaw ruħhom mit-tliet punti fl-ewwel nofs siegħa meta sabu x-xibka permezz ta' Mijat Gacinovic fl-20 minuta u Aleksandar Kolarov fit-30 minuta. Fit-tieni taqsima huma kkontrollaw is-sitwazzjoni u żiedu gowl ieħor disa' minuti minn tmiem permezz ta' Aleksandar Mitrovic. Kollox ser jiddependi mill-konfront deċiżiv li ser jintlagħab nhar it-Tlieta li ġej meta s-Serbja jilagħbu barra minn darhom kontra l-Irlanda. Fi Tbilisi Georgia u Irlanda temmew il- konfront tagħhom fi dro ta' 1-1 f 'riżultat illi xejn ma kkuntenta lil dawn tal-aħħar. Kienu l-Irlandiżi illi fetħu l-iskor permezz ta' Shane Duffy wara biss erba' minuti. Minkejja kollox, Georgia baqgħu kalmi sabiex ġabu l-iskor indaqs permezz ta' Valeri Kazaishvili. Minn grupp G, l-Albanija kisbu l-ħames rebħa f 'dawn il-logħob ta' kwalifikazzjoni meta rebħu 2-0 lil Liechenstein. Wara li l-ewwel taqsima ntemmet fi dro, l-Albaniżi marru minn fuq permezz ta' Odise Roshi fl-54 minuta sabiex fit-78 minuta, Ansi Angolli rdoppja l-iskor sabiex għen lit-tim tiegħu jikseb rebħa komda. Madankollu din ir-rebħa ma tfisser xejn għall- Albanija illi m'għandhomx ċans jikkwalifikaw fi grupp iddominat mill-Italja u Spanja. Fid-dwell bejn żewġ timijiet Nordiċi, il-Fillandja għelbu lill-Iżlanda bl- iskor ta' 1-0 f 'konfront illi ntlagħab minn grupp I. Bla dubju li din kienet daqqa ta' ħarta għall-Iżlandiżi illi kienu qed jaqsmu l-ewwel post tal-grupp flimkien mal- Kroażja. Il-Fillandiżi skorjaw l-uniku gowl tal-partita permezz ta' Aleksander Ring meta sab ix-xibka wara tmien minuti logħob. L-Iżlandiżi spiċċaw jilagħbu b'għaxar plejers meta fis-76 minuta, Rurik Gislasson ġie muri t-tieni karta safra. Hamilton jirbaħ il-pole ta' Monza u jikser ir-rekord ta' Schumacher IS-SEWWIEQ Ingliż Lewis Hamilton rebaħ il-pole ta' Monza fl-Italja u b'hekk kiser ir-rekord tas-sewwieq leġġendarju Michael Schumacher b'69 pole mirbuħa. Din kienet pole ikkaraterizzata minn xita kontinwa li iżda tidher li ftit tellfet lis-sewwieq bravu Hamilton. Max Verstappen u Lans Stroll issorprendew bil-kbir hekk kif temmew fit- tieni u fit-tielet post rispettivament. Is-sewwieq Ġermaniż ta' Ferrari Sebastian Vettel se jkun qed jibda biss mis-sitt post waqt li Kimi Raikkonen iddiżappuntat ukoll hekk kif se jkun qed jibda mis-seba' post. Din il-pole mirbuħa minn Hamilton tawgura ferm tajjeb għalih hekk kif għandu seba' punti distakk minn mal-leader Sebastian Vettel.