Illum previous editions

illum 3 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/869384

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Settembru 2017 | illum Sports 31 ITTRIATLETA Graham Borg ċċelebra suċċess fil-Vattenfall World Triathlon, ġewwa Stokkolma fit-tmiem il- ġimgħa li għaddiet, meta kiseb Midalja tad-Deheb fil-Grupp tal-Età ta' 35-40. Borg kien qed jikkompeti fil-Licensed Category li hija kategorija bejn Elite u Age Group. Total ta' 150 atleta raġel ħadu sehem f 'din il-kategorija. Borg irbaħ l-Age Group tiegħu u rreġistra l-ħames post ġenerali. Fl-iktar minn 2,000 atleti ħadu sehem fit-tellieqa kollha. Borg ikkompeta fid-Distanza Standard - 1.5km għawm, 38km fuq ir-rota u ġirja ta' 10km. It-tellieqa, li ma kinietx drafting saret f 'kundizzjonijiet relattivament tajbin, għalkemm ir-rottot li intużaw għar-rota u għal-ġirja kienu kemm xejn ta' sfida iebsa. It-taqsima ta'38km kienet tikkonsisti f 'erba dawriet, b'tlajja ta' elevazzjoni ta' 700m metru, filwaqt li l-ġirja saret fit- toroq taċ-ċentru tal-belt antika, Gamla Stan. "Din kienet l-akbar avveniment tat-triathlon fl-Iżvezja, li ġabet mijiet ta 'spettaturi tul il-korsa. Ħassejtni tajjeb mill-bidu u bħal issa ninsab għaddej b'ritmu tajjeb iktar minn qatt qabel " stqarr Borg wara t-tellieqa. "L-għan tiegħi din is-sena huwa li nirbaħ is-Serje Sprint Triathlon tal- Birkirkara St. Joseph, kif ukoll nimmira għal post ta' podju fil-Kampjonati Nazzjonali u nikkwalifika għall-kampjonati Ironman 70.3 fl-Afrika t'Isfel is-sena d-dieħla". Sa'ssa Borg kellu staġun tajjeb. Borg kiseb it-tieni post u rebħa fl-ewwel żewġ tlielaq tas-Serje Sprint Triathlon ta' Birkirkara St. Joseph. Borg rebaħ il-Klassi tal-Masters A fis- Serje tal-Open Water Swimming tal-Birkirkara St. Joseph Sports Club. L-impenn internazzjonali li jmiss ta'Borg se tkun Ironman 70.3 f 'Antalya, it-Turkija f 'Ottubru. Midalja tad-Deheb għat-Triatleta Graham Borg -Iżvezja Graham Borg bil-midalja tad-deheb Stokkolma. Teċċella fil-volleyball u fin-netball Maria Zammit hija atleta ewlenija Maltija li teċċella kemm fil-volleyball kif ukoll fin-netball. Dan il- ġurnal iltaqa' magħha fejn tatna ikar dettalji rigward l-involviment tagħha f 'dawn iż-żewġ sport kif ukoll kif qed tħares lejn l-iżvilupp ta' dawn l-imsemmija sports f 'pajjiżna. Hija stqarret li: "Niftakar illi fiżikament jien kont diġa twila mhux ħażin meta kont l-iskola u l-għalliema tal-edukazzjoni fiżika kienu jinvolvuni ħafna fl-isport. Bdejt nilgħab il-volleyball kif ukoll in- netball fl-iskola u tista' tgħid li għoġbuni mhux ftit bħala sports tant illi komplejt għaddejja bihom. Il-volleyball bdejtu tard bħala sport għax iktar kont nikkonċentra fuq in-netball. Fl-istess ħin ma stajtx nipprattika żewġ sports f 'daqqa meta kbirt minħabba illi kelli nlaħħaq max-xogħol personali tiegħi. U kien għalhekk illi fl-eta' ta' 30 sena ddeċidejt li nipprattika l-volleyball mill-ġdid. Nemmen illi n-netball baqa' popolari f 'pajjiżna u dan l-isport kompla jikber dejjem aktar. L-opportunitajiet qed jiżdiedu u nemmen illi avvanzajna ħafna llum il-ġurnata kemm bħala midja illi ġġib x'ġara fil- logħob illi jintlagħab kif ukoll fl-avvenimenti illi jiġu organizzati barra minn Malta. Matul l-aħħar staġun fin-netball lgħabt ma' Luxol fejn ili magħhom għal dawn l-aħħar għaxar snin. Qabel l-isem tat-tim kien Fuego Champs pero' maż-żmien sar Luxol, isem sinonimu mal- isport f 'pajjiżna. Ma' dan il-grupp ksibt ħafna suċċessi hekk kif ħadna l-kampjonat għal diversi snin u dejjem konna minn ta' quddiem f 'dan l-isport. Tajjeb nirrimarka wkoll li lgħabt għal diversi snin mat-tim nazzjonali tan- netball. Rigward il-volleyball, fil-fatt fl-aħħar staġun ingħaqadt ma' Fleur de Lys wara illi s-sena l-oħra lgħabt mat-tim tal-Flyers. B'xorti ħażina għal xi raġuni jew oħra dan it-tim waqaf u għalhekk spiċċajt bla klabb. Madankollu ftit domt hekk għax qabel il-bidu tal- istaġun, Fleur de Lys xtaqu s-servizzi tiegħi u jien aċċettajt bil-qalb kollha. Fl-aħħar staġun ma rnexxilniex nieħdu l-kampjonat għalkemm komplejna ntejbu l-wirjiet tagħna minkejja illi mhux dejjem ksibna r-riżultati li xtaqna. Ħafna jammirawni għad-dedikazzjoni illi għandi fl-isport. Illum il-ġurnata mhux żgħira bħala eta' pero' għadni nitħarreġ b'serjeta' kbira u nipprova nkun professjonali kemm nista' fil-mod ta' kif nilgħab. Kif ngħidu, ma tibqax ħafifa bħal meta jkollok għoxrin sena. Madankollu jien sirt nuża aktar moħħi meta nilgħab aktar milli l-fiżiku u hawn fejn tidħol l-esperjenza. Maria tkellmet magħna wkoll rigward il-mentalità tal- isport f 'pajjiżna fejn saħqet li: "Il-problema f 'pajjiżna mhux daqshekk faċli illi ssolviha. Inħoss illi għad m'għandnix dik il-mentalita' sportiva ġo demmna. Nemmen illi jekk ma jkollokx lil xi ħadd illi jiġi minnek u li jipprattika xi tip ta' sport diffiċli li bniedem jiġi espost għad-dinja sportiva. Barra minnhekk, illum l-istudenti u anke ż-żgħażagħ inġenerali għandhom ħafna korsijiet u studju filwaqt illi ħafna jkollhom xi xogħlijiet illi jridu jagħmlu. Għalhekk wara li bniedem jagħlaq 18-il sena, irrispettivament jekk hux mara jew raġel, irid ikollu aktar dedikazzjoni u dixxiplina sabiex jirnexxi fi sport partikolari. Ir-realta' hi illi hawn ħafna obeżita' u qisu ħadd għadu ma ndirizza direttament din il-problema. Bħala riżorsi tista' tgħid illi tejjibna ħafna l-livell tagħna għalkemm qatt m'hu biżżejjed. Meta tqis illi sa ftit tas-snin ilu kienet tkun problema biex issib padiljun fejn titħarreġ l-isport favorit tiegħek, illum il-ġurnata żdiedet l-infrastruttura fejn inbnew skejjel u postijiet ġodda fejn tista' tipprattikah bl-aktar mod komdu u sabiħ. Bħala messaġġ finali nixtieq ngħid lill-qarrejja illi l-isport itik ħafna sodisfazzjon u lili għeni ħafna f 'ħajti kemm mentalment kif ukoll fiżikament sabiex nirnexxi u nasal fejn kelli nasal. Għalhekk nixtieq inħeġġeġ liż-żgħażagħ sabiex jagħmlu kuraġġ, ma jaqtgħux qalbhom sabiex tibdew tipprattikaw xi sport. Jekk iżżomm il-paċenzja kapaċi tibda sport ġdid, tiltaqa' ma' ħafna nies ġodda u żżid dejjem aktar il-ħbiberija tiegħek," temmet tgħid Maria Zammit. Maria Zammit imkien mat-tim tagħha tan-netball.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 September 2017