Illum previous editions

illum 3 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/869384

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

illum Il-Ħadd 03 ta' Settembru 2017 Sports 32 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol ALEX OXLADE-CHAMBERLAIN - Minkejja illi Chelsea ftiehmu ma' Arsenal dwar is-somma li għandha titħallas għall-akkwist ta' Alex Oxlade-Chamberlain, jidher illi dan tal-aħħar mhux daqshekk kuntent b'dan it-trasferiment. Skont l-istazzjon BBC, il-player jixtieq jingħaqad ma' Liverpool hekk kif jixtieq jilgħab f'nofs id-difiża kuntrarju għal dak illi kien qed jagħmel ma'Arsenal fejn qed jilgħab mal-linja leminija. RAFAEL TOLOI - Id-difensur Brażiljan ta' Atalanta, Rafael Toloi qed jinteressa bi sħiħ erba' clubs Ewropej illi lesti jiftħu trattattivi mad-diriġenti Bergamaschi għall-akkwist ta' dan il-player. L-ewwel fil-lista hemm l-Ispanjoli ta' Sevilla filwaqt illi Schalke 04, SpartakMoscow u Krasnodar ukoll qed isegwu l-progress ta' dan il-plejer sod fid-dipartiment tad-difiża. Toloi għandu 26 sena u spikka ħafna matul l-istaġun illi għadda ma' Atalanta illi kkwalifikawgħall-EuropaLeague. Huwa kellu esperjenza ma' Goias, San Paulo u Roma qabel ma' ngħaqad ma' Atalanta sentejn ilu. EMRE CAN -Minkejja illi l-plejer ta' Liverpool Emre Can ġie miżmum minn Liverpool għallinqas għal staġun ieħor, id-diriġenti ta' Juventus mhumiex qalbhom maqtugħa illi xi darba d-difensur Ġermaniż għad jilbes il-flokk abjad u iswed. Fil-fatt il-gazzetta Taljana Tuttosport żvelat illi l-kuntratt tiegħu ma' Liverpool jiskadi f 'Ġunju li ġej u l-Bianconeri qed jagħmlu tentattiv biex jiġi akkwistat għall-istaġun illi ġej. DANNY DRINKWATER - Il-plejer ta' nofs il-ground ta' Leicester, Danny Drinkwater jinsab imxebba' għal mod ta' kif il-club tiegħu qed jittratta t-trasferiment tiegħu ma' Chelsea. Skont Sky Sports, Drinkwater ħa l-liġi b'idejh u talab b'ċertu insistenza lil Leicester sabiex iħalluh jitlaq bil-kwiet maċ- Champions Ingliżi. ROSS BARKLEY - Il-club mill-PremierLeague Ingliż Everton irrifjutaw offerta ta' 25 miljun lira sterlina mingħand Chelsea sabiex jiġi akkwistat il-player ta' nofs il-ground Ross Barkley. Skont l-istazzjon BBC, it- Toffees qed jippretendu 50 miljun lira mingħand il-Bluesbil-player ta' 23 sena illi stqarr illi mhux ser iġedded il-kuntratt tiegħu ma' Everton u li eventwalment jixtieq jitlaq. Barkley ilu ma' Everton sa mis-sena 2010 u lagħab 150 partita fejn skorja 21 goal magħhom. VIRGIL VAN DIJK - Wara li ffirmaw lil Naby Keita mingħand RB Leipzig, Liverpool beħsiebhom ikomplu jonfqu u d-diriġenti lestew madwar 180 miljun lira sterlina sabiex jippruvaw jakkwistaw żewġ players oħra. Dawn huma Virgil Van Dijk mingħand Southampton u Thomas Lemar mingħand Monaco. Keita mistenni jingħaqad ma' Liverpool matul is-sajf li ġej iżda Jurgen Klopp irid żewġ plejers ta' kwalita' qabel tmiem din il-ġimgħa. STEFANO OKAKA - It-tim minn Merseyside,Everton għandhom l-intenzjoni illi jiffirmaw lill- attakkant Stefano Okaka mingħand Watford. Bil-club illi ser ikun qed jilgħab fil-fażi tal-gruppi tal-UEFAEuropaLeague, attakkant ieħor ma jagħmilx ħażin u skont il-gazzetta DailyMail, il-kowċ Ronald Koemanjammira ħafna lil dan il-plejer. Okaka huwa player Taljan ta' 28 sena u lagħab 20 darba bil-flokk ta' Watford filwaqt li skorja ħames gowls. minn Cristian Antony Muscat STEPHAN EL SHARAAWY - Wara li kisbu s-servizzi ta' PatrikSchick, id-diriġenti ta' Roma mhux lesti jieqfu hawn hekk kif qegħdin fit-tfittxija għal difensur li l-coach Eusebio Di Francesco tant għandu bżonn. Madankollu l-club mill-kapitali jixtieq idaħħal xi flus fil-but qabel ma jmorru għal dan l-akkwist u għalhekk illi qed jaħsbu illi jċedu lill-attakkant tagħhom Stephan El Sharaawy. Skont il- ġurnal La Stampa, il-plejer ta' dixxendenza Eġizzjana qed jogħġob ħafna lil Torino u għalhekk diġà qed tissemma' ċifra ta' madwar €12-il miljun għall-firma tiegħu. SHKRODAN MUSTAFI -Il-gazzetta Taljana Corriere dello Sport semmiet tliet players illi potenzjalment jistgħu jmorru ma' Inter qabel tmiem is-suq tat-trasfirimenti. L-iktar wieħed li qed jissemma' huwa Skhrodran Mustafi ta' Arsenal li jiswa 25 miljun lira sterlina. Hemm ukoll il-plejer ta' Caen, Yann Karamoh illi jilgħab bħala attakkant u li skorja ħames goals l-istaġun illi għadda mat-tim Franċiż.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 September 2017