Illum previous editions

illum 3 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/869384

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Settembru 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... LUKE SHAW - ManchesterUnited, illi s'issa għandhom rekord perfett fil-kampjonat fejn rebħu l-ewwel tliet logħbiet, lesti jagħtu kuntratt ġdid lill-player tagħhom Luke Shaw. L-Ingliż ta' 22 sena ftit qed isib postu mal-ewwel ħdax ta' Jose Mourinho, madankollu r-Red Devils xorta nteressati illi jżommu lil dan il-plejer illi jiswa madwar 33 miljun lira sterlina. Shaw ilu kważi erba' snin mal-United għalkemm lagħab biss 32 partita magħhom. REANATO SANCHES - Il-plejer żagħżugħ Portugiż, Renato Sanches kien qed jissemma' għal diversi drabi ma' Liverpool, Chelsea u AC Milan. Dawn it-tliet timijiet ippruvaw joffru kuntratti partikolari lil dan il-plejer li bħalissa jinsab ma' Bayern Munich. Minkejja kollox s'issa ma kien hemm l-ebda żblokk tas-sitwazzjoni. Sadanittant Swansea City daħlu wkoll għal dan il-player hekk kif jixtiequh b'self mingħand il-club Ġermaniż. JAROSLAW JACH - Filwaqt illi ssemma' għal diversi drabi illi d-difensur ta' Milan Gabriel Paletta seta' jingħaqad ma' Lazio, dan kollu għadu ma seħħx u għalhekk id-diriġenti Biancocelesti qed jixħtu ħarsithom il-Polonja fejn qed isegwu l-progress ta' Jaroslaw Jach, player li jilgħab ma' ZaglebieLubin. Skont is-sit Republica.it, Lazio offrew miljun ewro għal dan il-plejer iżda l-club Polakk irid iktar. MARCO ASENSIO - Arsenal qed isegwu b'interess kbiril-progress tal-attakkant żagħżugħ Spanjol ta' Real Madrid Marco Asensio., Skont il-ġurnal Ingliż Sunday Express, il-plejer ta' 21 sena jrid jilgħab aktar logħob mal-ewwel ħdax sabiex isir għażla awtomatika mat-tim nazzjonali Spanjol immexxi minn Julen Lopetegui. Asensio mpressjona mhux ftit f 'dawn l-aħħar xhur bil-logħob tiegħu b'mod partikolari mat- team nazzjonali ta' taħt il-21 sena fejn skorja seba' goals fi 18-il partita. Asensio għad irid jiffirma ftehim ġdid mal-Madrileni hekk kif dawn tal-aħħar jixtiequ jżommuh tant illi wegħduh żieda fil-paga ladarba jiġi ffirmat kuntratt ġdid. MATEO KOVACIC - Il-plejer Kroat ta' Real Madrid Mateo Kovacic esprima x-xewqa illi jitlaq minn ma' Real Madrid u jingħaqad ma' Liverpool fil-PremierLeague Ingliż. Skont DiarioGol, il-plejer ta' 23 sena mhux qed isibha faċli illi jilgħab mill-bidu f 'Madrid u għandu f 'moħħu lil Liverpool li sa minn dejjem kien jammirahom bħala team. Kovacic ilu ma' Real Madrid sa mis- sena 2015 u kellu wkoll esperjenzi ma' Dinamo Zagreb u Inter. DIEGO COSTA - Il-club tal-Ligue 1 Franċiż Monaco qegħdin ifittxu attakkant u għalkemm id-diriġenti Franċiżi ilhom jiġru wara Andrea Belotti ta' Torino, jidher illi s-sitwazzjoni għadha ma żblukkatx ruħha. F'dan l-isfond huma qed jimirħu aktar f 'dan is-suq tat-trasferimenti hekk kif qed jaraw b'interess żewġ attakkanti oħra li jistgħu jkunu sostituti denji ta' KylianMbappe. Dawn huma Diego Costa ta' Chelsea u Islam Slimani ta' Leicester. SERGE AURIER - Id-difensur ta' Paris St Germain, Serge Aurier jippreferi jingħaqad ma' Manchester United milli ma' Tottenham Hotspur skont dak li deher fis-sit sportiv Franċiż SFR Sport. Spurs kienu kważi ftiehmumal-Pariġini għas-somma ta' 23 miljun lira sterlina għad-difensur ċentrali Franċiż, madankollu xejn ma seħħ minn dan kollu u għalhekk it-tim ta' Jose Mourinho jista' jitfa' l-offerta tiegħu sabiex jippruvaw jakkwistaw lil dan il-player. PHLIPPE COUTINHO - Ir-relazzjoni xejn tajba illi Philippe Coutinho għandu mal-klabb tiegħu Liverpool jista' jfisser illi t-transfer tiegħu għal ma' Barcelona għadu possibbli. Min-naħa l-oħra, il-Katalani jinsabu kunfidenti illi jakkwistaw lill-player Brażiljan illi jinsab barra mill-iskwadra tar-Reds. Il-ġganti Spanjoli għadhom kemm akkwistaw lil Ousmane Dembele mingħand BorussiaDortmund għas-somma ta' €105 miljun. CHRIS SMALLING - LeicesterCity jinsabu interessati li jiksbu s-servizzi tad-difensur ta' Manchester United Chris Smalling. Skont il-ġurnal Ingliż TheDailyMirror, il-coach tal-Foxes Craig Shakespeare jixteq plejer ta' esperjenza fid-difiża u huwa għalhekk illi ssuġġerixxa lid-diriġenti ta' Leicester sabiex immorru għalih.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 September 2017