Illum previous editions

illum 3 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/869384

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

illum | Il-Ħadd 03 ta' Settembru 2017 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn in-netball? Tista' tgħid illi qabel ma bdejt in- netball kont kważi ppruvajt l-isport kollu minn ġiri sa logħob bil- ballun. Kont saħansitra nipprattika l-atletika fejn kont bdejt nilħaq livell tajjeb ħafna. Kelli diversi għażliet liema sport nipprattika bejn volleyball, basketball u netball. Wara li domt intella' u nniżżel liema wieħed minnhom jgħodd għalija l-għażla tiegħi waqgħet fuq in-netball. X'differenza ssib bejn l-atletika u n-netball? L-atletika huwa primarjament sport individwali fejn bħala persuna trid tkun ferm dixxiplinat sabiex tagħmel il-programm tiegħek ta' kuljum. Min-naħa l-oħra nqis illi fin- netball għandek responsabbilità kbira minħabba illi miegħek għandek plejers oħra u għalhekk trid taħseb iktar b'mod kollettiv. Fil-fatt jekk tfalli int jew tieħu xi żball bħal qisu sħabek l-oħra jbatuh miegħek. Għalhekk l-attenzjoni trid tkun massima meta tkun qed tikkompeti bħala tim. Illum il-ġurnata li lħaqt ċertu livell ta' esperjenza ngħid illi mhux faċli tilgħab ma' tim minħabba diversi fatturi illi jistgħu jinqalgħu. Xi tgħidli dwar il-post fejn titħarrġu dan l-isport? Taħseb illi jilħaq il-livell illi tixtiequ intom? Ifhem miż-żmien illi bdejt nipprattika dan l-isport 'l hawn tista' tgħid illi tjiebna ħafna fil-faċilitajiet u r-riżorsi illi għandna. Madankollu għadna ma wasalniex għal-livell li nixtiequ aħna. In-netball f 'pajjiżna huwa meqjus bħala sport żgħir u forsi din tista' tkun ir-raġuni għal dan kollu. Meta ssemmi pajjiżi kbar bħall-Awstralja, New Zealand u Ġamajka dawn għandhom faċilitajiet mill-aqwa. Għalhekk nasal biex ngħid illi għalissa dawn l-istess faċilitajiet f 'pajjiżna huma sodisfaċenti. X'għajnuna ssibu bħala assoċjazzjoni minn SportMalta kif ukoll mis-segretarjat parlamentari għall-Isport? Naħseb li kieku ma teżistix entità importanti bħal SportMalta ngħidlek illi kieku ċerti sports lanqas jeżistu f 'pajjiżna. Huma offrewlna l-faċilitajiet tal-Kulleġġ San Benedittu f 'Ħal Kirkop fejn inkunu nistgħu nipprattikaw dan l-isport. Kuntenti bl-għajnuna illi jtuna żgħira kemm hi żgħira sabiex aħna bħala plejers inkunu nistgħu nagħmlu dak li tant inħobbu. B'xorti ħażina l-futbol jirrenja wisq bħala l-iktar sport importanti mhux biss f 'Malta iżda anke f 'pajjiżi oħra. Minkejja kollox wieħed irid jiftakar illi jeżisti sport ieħor differenti bħalma huwa n-netball illi wkoll għandu jiġi kkunsidrat mis-soċjetà inġenerali. Xi rwol għandek bħalissa f 'dan l-isport apparti illi int President tal-assoċjazzjoni? Fil-verità kont wieqfa minn dan l-isport minħabba injuries u elf ħaġ'oħra. Iżda l-imħabba illi għandi lejn in-netball ġiegħlitni nerġa' nibdieh u bħalissa qed nikkowċja lit-tim ta' Strikers fit-tieni diviżjoni. Ma taħsibx illi jeżisti kunflitt ta' interess peress illi int President tal- Malta Netball Association u fl-istess ħin kowċ ma' tim li qed jipparteċipa fil-kampjonat lokali? Iva fil-fatt konxja ta' dan kollu u tal-kritika illi forsi nista' nirċievi. Madankollu issa għandi żewġ kowċis jgħinuni fit-tim u bħal qisu qed nagħti ċ-ċans jieħdu ċerti deċiżjonijiet huma. Konxja wkoll mill-istatut tagħna bħala assoċjazzjoni u fil-kappell tiegħi ta' president ma nixtieqx li jkun hemm preferenzi. Għalhekk nagħmlu li nistgħu sabiex ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta' interess. Fl-istess ħin jien għandi nursery tiegħi fejn tfal jiġu jipprattikaw u jitgħallmu aktar dwar in-netball. L-għan tiegħi huwa dejjem illi nkomplu nżidu dejjem aktar il- popolarità ta' dan l-isport. Semmejt illi tixtiequ żżidu l-popolarità tan-netball f 'pajjiżna. Idea tajba hi illi tmorru fl-iskejjel Maltin sabiex ixerrdu iktar il- kelma. Kemm qegħdin tagħmlu dan? Bħalissa li hemm tajjeb hu illi f 'xi skejjel partikolari jiġu kulleġġi barranin jagħmlu t-taħriġ tagħhom hemmhekk. Xi skejjel jagħtu d-daqqa t'id tagħhom u din is-sena kellna madwar 209 atleta li ġew jitħarrġu dan l-isport. Minkejja kollox iktar insibu għajnuna minn skejjel tal-knisja u privati milli tal-istat. Jista' jkun li l-mentalità wkoll illi għad trid tinbidel sabiex ikollna aktar konkorrenza minn dawn tal-aħħar. Għal dan il-għan għamilna appuntament mas-sur Kevin Azzopardi illi huwa l-Uffiċjal Edukattiv tal-Edukazzjoni Fiżika sabiex tinstab xi forma ta' soluzzjoni u anke forsi min jaf jinħolqu inizjattivi ġodda illi fl-aħħar mill- aħħar jibbenefikaw minnhom it-tfal tagħna. In-netball huwa iktar assoċjat mal- bniet. Hemm każijiet fejn ikollkom subien illi jilagħbu dan l-isport? Iva nista' ngħidlek illi fin-nursery fejn nikkowċja jien għandi erba' subien illi għażlu illi jilagħbu n-netball. F'Malta naħseb illi għadna xi ftit lura biex naraw iktar subien jilagħbu dan l-isport. Barra minn pajjiżna hemm sitwazzjoni ta' kampjonat hekk imsejjaħ mixed fejn bniet u subien jikkompetu flimkien bħala tim. Fi sport fejn seba' plejers jilagħbu fl-istess ħin fil-court ir-regoli illi daħħlu ċerti pajjiżi huwa illi mill- inqas irid ikun hemm tlett irġiel fit-tim. X'inhuma r-rwoli ta' kull plejer illi jilgħab in-netball? Kif għedtlek diġa' kull tim jibda b'seba' plejers fil-court. M'hemmx limitu għas-sostituzzjoni għalkemm dawn iridu jsiru matul il-ħin tal- mistrieħ jew meta xi plejer iweġġa'. Ovvjament għandek centre illi jieħu l-pass ewlieni u nsejħulu bħala pont bejn id-difiża u l-attakk filwaqt illi posizzjonijiet oħra huma l-goalkeeper, goal defence, wing defence, wing attack, goal attack u fl-aħħar nett il-goal shooter illi fl-aħħar mill-aħħar huwa fundamentali sabiex jiġu skorjati l-punti. Kemm intom sodisfatti bħala assoċjazzjoni bil-media tal-isport f 'pajjiżna? Hemm biżżejjed interess sabiex in-netball jissemma' fil- media? Filwaqt illi nirringrazzja lilek bħala ġurnalist illi urejt l-interess tiegħek f 'dan l-isport u qed tagħmilli din l-intervista, dan kollu diġà huwa pass tajjeb ħafna. Fl-istess ħin nemmen illi jrid ikun il-PRO ta' kull assoċjazzjoni illi jagħmel il- pressjoni tiegħu dak li jiġri f 'kull sport jiġi mxerred fil-media lokali. Għalhekk aħna stess irridu nagħmlu l-almu tagħna sabiex nilħqu aktar nies u l-media tgħin ħafna f 'dan ir- "Bħal kull sport in- netball joffri benefiċċji kbar kemm fiżiċi kif ukoll psikoloġiċi. Barra minn hekk dan l-isport joffri xi ħaġa aktar minn hekk. L-ewwel nett hija logħba dixxiplinata ħafna b'ċerti regoli fundamentali. Hija logħba illi wkoll iżżommok attiv kontinwament minħabba li trid tiġri l-ħin kollu." 'Il-futbol jirrenja wisq bħala Cristian Antony Muscat Ċettina Gauci - president tal-Assoċjazzjoni Maltija tan-Netball u li tant taħdem għall- akbar ġid ta' dan l-isport li kulma jmur qed jikber l-popolarità tiegħu f 'pajjiżna. "Naħseb illi l-ikbar responsabbiltà hija illi nkun kemm jista' jkun ġusta mal-membri tiegħi. Naħseb ukoll illi jekk nagħmel l-affarijiet b'mod tajjeb anke jekk xi kultant ikun kontra l-klabb tiegħi stess inkun qed nimxi kif suppost fil- kariga tiegħi."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 September 2017