Illum previous editions

illum 3 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/869384

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 03 ta' Settembru 2017 | illum Sports 35 rigward. Kif għedtlek diġà, il-futbol huwa sport illi jirrenja f 'pajjiżna. Jien kont nilgħab futbol u naf kemm hu għal qalb ħafna Maltin. Madankollu napprezzaw kull sforz illi jagħmlu ġurnalisti bħalek illi jsibu ħin u jagħtu ċans lil sports oħrajn f 'dan il- każ in-netball. X'responsabbiltà tħoss illi int il- President tal-assoċjazzjoni Maltija tan-netball? Naħseb illi l-ikbar responsabbilità hija illi nkun kemm jista' jkun ġusta mal-membri tiegħi. Naħseb ukoll illi jekk nagħmel l-affarijiet b'mod tajjeb anke jekk xi kultant ikun kontra l-klabb tiegħi stess inkun qed nimxi kif suppost fil-kariga tiegħi. Jien għadni kowċ tat-tim tiegħi għalkemm qed nipprepara sabiex ħaddieħor joħodli posti u nkun nista' niffoka iktar fuq ix-xogħol ta' president f 'din l-assoċjazzjoni. Bħala persuna dejjem inżomm saqajja mal-art u nkun umli f 'dak li nagħmel sabiex inkompli nkun ġusta ma' kulħadd. X'tixtieq illi jsir biex jitjieb aktar dan l-isport? Naħseb illi xi ħaġa illi għandi f 'moħħi li nagħmel huwa kors ta' Umpire. Dan tal-aħħar ikun ir-referi illi jikkontrolla l-logħba u li jara illi tkun qed tintlagħab b'ċertu dixxiplina mingħajr logħob goff sabiex jittieħed il-ballun. Issa f 'Malta għandna biss erba' umpires illi jikkontrollaw il-partiti tal-kampjonat. Inħoss illi għandna nżidu iktar ir-riżorsi umani f 'dan ir-rigward kemm biex inkunu ġusti ma' kulħadd kif ukoll sabiex l-għażla tal-umpires tiżdied. Bi pjaċir ngħid illi wasalna biex nagħmlu dan il-kors fil-ġejjieni u hemm madwar tletin persuna illi huma interessati. Jien min-naħa tiegħi ser inkompli naħdem biex din l-idea tkompli tiġi xprunata 'l quddiem. Xi tgħidli dwar it-tim nazzjonali tan-netball? It-tim nazzjonali għadu attiv għalkemm mhux dejjem ikollna logħob b'mod regolari. Finanzjarjament għaddejjin minn mument xi ftit diffiċli u għadna ma rnexxilniex insibu sponsor li lest itina xi fondi għall-kompetizzjonijiet tagħna. Apparti s-sussidju li jtuna SportMalta, dħul finanzjarju ieħor ġej mill-kulleġġi barranin illi jiġu jitħarrġu f 'pajjiżna. X'relazzjoni għandkom mal- assoċjazzjoni Ewropea tan-netball? Għandna relazzjoni tajba ħafna tant illi aħna affiljati fiha. Wara kollox huwa importanti illi nkunu membri f 'din l-assoċjazzjoni għax huwa b'hekk biss illi nkun nistgħu nieħdu sehem f 'kompetizzjonijiet illi jsiru barra minn xtutna kif ukoll jiġu organizzati logħob ta' ħbiberija kontra pajjiżi oħra. Nixtiequ ħafna illi nipparteċipaw f 'iżjed kompetizzjonijiet barra minn Malta però kif għedtlek il-problemi finanzjarji jċaħħduna minn dan kollu. Fl-aħħar nett nixtieqek tgħaddi messaġġ tal-aħħar lil dawk il-bniet illi qed jaħsbuha sabiex jibdew dan l-isport tan-netball. Bħal kull sport in-netball joffri benefiċċji kbar kemm fiżiċi kif ukoll psikoloġiċi. Barra minn hekk dan l-isport joffri xi ħaġa aktar minn hekk. L-ewwel nett hija logħba dixxiplinata ħafna b'ċerti regoli fundamentali. Hija logħba illi wkoll iżżommok attiv kontinwament minħabba li trid tiġri l-ħin kollu. Għalhekk mentalment int tkun dejjem attenta għal dak li jkun qed jiġri u ċerti bniet tista' tgħinhom anke fil- konċentrazzjoni waqt il-ħin tal-iskola. Nieħu din l-opportunità biex kull min jixtieq jikkuntattja lill-Assoċjazzjoni Maltija tan-Netball u jibda jipprattika dan l-isport tant sabiħ. bħala l-iktar sport importanti' Hija l-president tal-Assoċjazzjoni Maltiija tan-Netball. Taħdem bla heda għall-akbar ġid ta' dan l-isport li kulma jmur qed jikber l- popolarità tiegħu f 'pajjiżna. Tipprattika b'suċċess ukoll in-netball u qabel kienet tipprattika wkoll l-atletika. Ċettina Gauci Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 September 2017