Illum previous editions

illum 3 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/869384

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

DIVERSI nies ta' pożizzjoni għolja f 'settur tal-konstruzzjoni f 'Malta qalu li f 'Malta hawn nuqqas ta' ħaddiema li jaħdmu f 'dan it-tip ta' xogħol. Skont il-president ta' AX Holdings, Angelo Xuereb, il-problema nibtet minħabba li f 'Malta l-livell ta' għejxien tjieb u għalhekk ħafna żgħażagħ illum il-ġurnata għandhom livell ogħla ta' edukazzjoni meta kkumparat ma' ġenerazzjonijiet preċedenti u għalhekk mhumiex imħajrin jagħmlu xogħol ta' purtinara, carers u labourers. Għaldaqstant, Xuereb qal li din il-problema ta' skarsezza ta' ħaddiema tapplika wkoll għal setturi oħra bħas-settur finazjarju. "M'għandniex għażla oħra, bilfors ikollna nħaddmu nies barranin." Nazareno Vassallo, President ta' Vassallo Group iddiskriva din bħala 'problema serja' hekk kif tkellem dwar li "sikwit ikollhom jirrifjutaw xogħol minħabba l-fatt li ma jsibux biżżejjed nies imħarġin." Vassallo ddeskriva din il-problema bħala "n-naħa l-oħra tal-munita." F'intervista ma' The Business Observer hu sostna li l-'boom' ta' kostruzzjoni f 'pajjiżna qed twassal għal skarsità ta' ħaddiema u kuntrattur li jagħmlu dan ix-xogħol. "Matul iż-żmien, bnejna relazzjoni tajba mal- kuntratturi li naħdmu magħhom, din ir-relazzjoni kienet tgħinna sabiex dawn ikunu jafu eżatt xi rridu aħna minnhom. Madankollu, l-iskarsità ta' ħaddiema fuq din il-gżira taffettwa l-katina kollha mill-bennejja sal-kuntratturi ta' manutenzjoni u elettriku u anke għas-sengħat tal- irfinar. Din id-dikjarazzjoni kienet issekondata mill-Perit Xuereb li qal li n-numru ta' ċittadini Maltin li jaspiraw għall-karriera f 'dan is- settur niżel drastikament. Xuereb qal li din qiegħda tiġi kkumpensata minn flus kbar ta' ħaddiema barranin, kemm minn ġewwa l-Unjoni Ewropea kif ukoll kemm minbarra l-Unjoni Ewropea. Barra minn dan, il- President tal-Assoccazjoni Maltija tal-Iżvilupaturi, Sandro Chetcuti qal li "din hija problema li jeħtieġ nindirizzawha", hawn ħafna investiment però m'hawnx biżżejjed ħaddiema. Nappella lil-gvern sabiex iħares lejn pjan long term biex iħajjar iż-żgħażagħ jieħdu interess fis-sengħa. Huwa inutli jkollok din l-attività kollha mingħajr il-ħaddiema." Chetcuti appella lill-gvern ukoll biex " noqogħdu attenti sabiex ma nikkreawx bużżieqa... huwa importanti li nsibu bilanċ, inflazzjoni tagħmel iktar ħsara milli ġid, għandna bżonn ninvestu għal perjodu fit- tul. illum | Il-Ħadd 03 ta' Settembru 2017 Aħbarijiet ATTIVITAJIET TA' NATURA 'CORPORATE' 'TEAM-BUILDING' GHALL-IMJPEGATI TAL-POST TAX-XOGHOL, OKKAZJONIJIET SOCJALI RICEVIMENTI STAGJONALI… Qed tfittex post b'differenza ghall-attivita' tieghek? Gianpula Village joffri ghazla ta' swali u spazji originali u unici li huma perfetti biex tohloq okkazjoni memorabbli. Biex issir taf aktar jew tibbukkja zjara biex tara b'ghajnejk, cempel fuq (356) 9974 8923 jew ibghat email lil sales@gianpulavillage.com www.gianpulavillage.com "Bilfors ikollna nħaddmu l-barranin" Fl-2017 tħawwlu 8,000 siġra f 'inizjattivi ta' afforestazzjoni ILMINISTRU għall- Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil- Klima ħabbar illi matul din is-sena, permezz t'inizjattiva nazzjonali t'afforestazjoni, ser ikunu ġew imħawla 'l fuq minn 8,000 siġra. "Kif dejjem sħaqt, dan il- Gvern jgħaraf l-importanza ta' tħawwil t'aktar siġar madwar pajjiżna, sabiex inkomplu ntejbu l-ambjent ta' madwarna," tenna l-Ministru José Herrera waqt li rringrazzja lid- Direttorat tal-PARKS għal ħidma intensiva sabiex isibu siti addattati għal din l-inizjattiva. Dawn is-siġar indiġeni qegħdin ikunu imħawla f 'numru ta' siti inkluż f 'Wied Blandun, is- Swatar, Marsaxlokk, Baħar iċ-Ċagħaq u Kemmuna fejn f 'Kemmuna biss ser jitħawwlu madwar 3,600 siġra. Il-Ministru Herrera ħabbar ukoll illi hekk kif kien imwiegħed ftit tal- ġranet ilu, Transport Malta ser tkun qiegħda tagħmel tajjeb għal 300 siġra sabiex jikkumpensaw għas-siġar li nqalgħu mill-junction ta' Ħal Lija. Il-Ministru Herrera talab ukoll għall-koperazzjoni mill-pubbliku, fejn tenna li dawn il-widien huma l-pulmun ta' pajjiżna u jeħtieġ illi nibżgħu għalihom. Sostna wkoll illi l-Ministeru għaddej bi pjan sabiex jissaħħah l-infurzar ambjentali.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 September 2017