Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/869384
Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 03 ta' Settembru 2017 L-iżbalji mill-PN li għamlu din il-ġimgħa Tkompli minn paġna 5 2 - Tissejjaħ laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv ġimgħa qabel l-elezzjoni Id-deċiżjoni tal-Kunsill Amministrattiv li jiltaqa' u jiddiskuti s-sitwazzjoni li qamet wara l-allegazzjonijiet kontra Delia hija xafra taqta' miż-żewġ naħat. Il-partit minn naħa ma kellu ebda għażla ħlief li jidher illi qed jieħu xi forma ta' azzjoni quddiem akkużi li kandidat għandu kont barra l-pajjiż, li minn dan il-kont għaddew qligħ mill-prostituzzjoni u li Delia kien saħansitra direttur ta' binja f 'Londra li allegatament parti minnha kienet qed tintuża għall-prostituzzjoni. Kieku l-partit ma ħax azzjoni kien jidher dgħajjef. Imma, u hawn hu fejn il-biċċa tħaddmet ħażin. Il-Kunsill Amministrattiv ġab ruħu bħall- Kummissarju tal-Pulizija fl- allegzzjoni dwar Egrant, jiġifieri qagħad jistenna lil xi ħadd idoqq l-alarm biex jiċċaqlaq. Fil-każ ta' Egrant kien il-PM u f 'dan il-każ kien Kunsillier. Il-fatt li dan l-organu u l-ebda organu fil-PN ma ċaqlaq difer fi kważi 72 siegħa minn meta kien żvelat dan il-kont, biex imbagħad ħa azzjoni immedjata mat-talba ta' Charlot Cassar għenet biex tissaħħaħ il-perċezzjoni illi f 'din l-elezzjoni kollox kien maħdum bizzilla biex akkost ta' kollox Delia jitqaċċat 'il barra. Din il-perċezzjoni, issa popolari anke fost partitarji tal-PN stess hija mill-aktar dannuża. Qed tagħti stampa ta' partit maħtuf minn elite b'erba' rottweilers ifferoċjati, lesti li jkissru lil kull min ma jaqbilx magħhom. Vera din? Mhux neċessarjament. Imma l-fatt li ma sar xejn, biex imbagħad twaqqaf il-proċess kollu tal- votazzjoni waqt li kien diġà beda hija verament preċedent ikrah. Kellu alternattiva oħra? Iva, il-Partit Nazzjonalista, jekk jafda fil-ġudizzju tal-Kunsilliera tiegħu stess, seta' ħalla lilhom ikunu r-ruħ u l-qalb tal-kawża favur trasparenza assoluta u kontra kull persuna li tkun taħt suspett u dell. Kieku ma ssejjaħx il-Kunsill, taħt dubji serji ta' ħadma u strateġija bil-għan li tkisser lil Delia, l-istess kandidat ma kienx ikollu l-kanuni kollha fuqu, ma kien jinqala xejn minn dan il-kjass u finalment il-PN ikun jista' jgħid li l-Kunsillieri vvutaw b'serenità kontra dak il-kandidat li fuqu qed jintefa' dubju serju. 3 – Għamlu ħaruf tas-sagrifiċċju It-tielet żball tattiku u li jorbot intrinsikament ma' żball numru 2 huwa li meta l-PN ħareġ il-kanuni kollha kontra Delia, għamlu minnu ħaruf tas-sagrifiċċju. Caruana Galizia kienet ħalfet li tkissru, il-PN baqa' sieket, ressaq Kunsill Amministrattiv wara li bdiet il-votazzjoni, ittieħdet deċiżjoni kontrih biss u imbagħad biex titgħaxxaq aktar ħareġ il- kap uxxenti Busuttil jibagħtu 'l barra mill-partit 'bil-pulit' (ara żball numru 12) bnew b'suċċess l-immaġini ta' Delia bħala ħaruf, li qed ikun attakkat u li allura għandu bżonn l-appoġġ. Għal Delia dan tajjeb, għat-tmexxija u d-Deputati li ma jriduhx jista' jkun li le. Il-vot ta' simpatija u ta' ribelljoni qatt m'għandhom ikunu issottovalutati u sa dalgħodu nkunu nafu jekk fil-fatt is-simpatija u r-ribelljoni ħadmitx favur Delia. F'kantuniera u taħt dan l-attakk perċeput, Delia xorta deher kunfidenti u ċert minn dak li beda jgħid mal-ġurnalisti. Dan seta' bena l-immaġini ta' persuna reżiljenti ħafna u avversarju diffiċli. Il-vittimizzar kontra persuna dejjem ħadem favur il-vittma u kważi qatt favur l-aggressur. Jeffrey Pullicino Orlando attakkat minn Alfred Sant? Jitla' b'rekord ta' voti minn żewġ distretti. Konrad Mizzi taħt attakk kontinwu minħabba kontijiet li fetaħ il-Panama? Iġib 4,968 vot mir-raba' distrett, fost l-aktar kandidati ta' suċċess. L-allegazzjoni fuq Joseph Muscat u martu li għandhom kont il- Panama? Tgħaqqad lil-Laburisti u tkun parti mir-raġuni għalfejn il-Labour jirbaħ b'distakk ta' 37,000 vot favurih. 4 - Rehearsal ta' kif se jkun Delia jekk jirbaħ hu Il-fatt li Delia tpoġġa taħt kull forma ta' dawl ifisser li, anke jekk mhux intenzjonalment, tpoġġa f 'vantaġġ fuq il- kandidati l-oħrajn. Matul din il-ġimgħa u nofs assistejna għal dik li tista' titqies bħala reherasal ta' Delia jekk jilħaq Kap tal-Oppożizzjoni u anke jekk sussegwentement isir Prim Ministru. Issa nafu kif jirreaġixxi Delia meta ffaċċjat b'urugan ta' pressjoni, mistoqsijiet, allegazzjonijiet u kurrent kuntrarji. Kif jirreaġixxu l-kandidati l-oħrajn fl-istess sitwazzjoni ma nafux. Jekk illum Delia jgħaddi għat-tieni rawnd ta' elezzjonijiet ikun għadda minn test qawwi ħafna, li jista' fil-fatt iwasslu għal rebħa. 5 – Il-'Bastille Day' ta' Adrian Delia Jekk nafu kif jirrispondi taħt pressjoni qawwija mill-ġurnalisti, nafu wkoll illi taħt pressjoni qawwija Delia mhux se jiddejjaq jikkongrega lir-rottweilers tiegħu. Ix-xena nhar it-Tnejn filgħaxija fid-Dar Ċentrali kienet surreali, imma l-messaġġi li setgħu ntbagħtu kienu perikolużi wkoll. Prima facie dak li ġara kien biss ħafna attivisti li ddeċidew li jmorru jagħtu appoġġ lil Delia f 'mument diffiċli. Appoġġ konsiderabbilment qawwi ħafna għal kandidat li għadu jibda l-ħajja politika tiegħu. Lil hinn mill-partit intbagħat messaġġ xi ftit jew wisq intimidatorju. Inħass li kien hemm 'invażjoni' ta' nies ta' Delia eżatt fil- qalba tal-partit, persuni li mid-dehra jkun aħjar ma xxellifx difrejk wisq magħhom. Apparti li setgħet kienet xi ftit intimidatorja fuq dawk li ma jappoġġjawx lil Delia, is-sitwazzjoni kompliet iżżid it-tensjoni u d-drama fil-PN. Kienet xena li fakkritni fi kriżijiet politiċi oħrajn f 'pajjiżna fl-aħħar 20 sena. Id-drama quddiem il- Parlament ftit wara li Mintoff ivvota kontra Gvern Laburista u l-għajjat tal-eks PM Alfred Sant ta' 'traditur, traditur' fil-konfront ta' Mintoff. Ix-xeni quddiem il-Parlament fl- aħħar sigħat ta' Gvern Nazzjonalista, bid-Deputat Franco Debono jivvota kontra l-Gvern. Dawn ix-xeneġġati kollha, quddiem il-lenti tal-kamera, minkejja li joffru ċertu ammont ta' interess politiku u ġurnalistiku, dejjem jgħakksu lill-partit li fih tkun qed isseħħ it-tensjoni. 6 - Ir-reazzjoni għal Bastille day ta' Adrian Imma jekk ix-xenaġġjata fid-Dar ċentrali m'għamlet xejn ġid lill-PN, 4,968 vot mir-raba' distrett, fost l-aktar kandidati ta' suċċess. L-allegazzjoni fuq Joseph Muscat u martu li għandhom kont il- Panama? Tgħaqqad lil-Laburisti u tkun parti mir-raġuni għalfejn il-Labour jirbaħ b'distakk ta' 37,000 vot favurih. 4 - Rehearsal ta' kif se jkun Delia jekk jirbaħ hu Il-fatt li Delia tpoġġa taħt kull forma ta' dawl ifisser li, anke jekk mhux intenzjonalment, tpoġġa f 'vantaġġ fuq il- kandidati l-oħrajn. Matul din il-ġimgħa u nofs assistejna għal dik li tista' titqies bħala reherasal ta' Delia jekk jilħaq Kap tal-Oppożizzjoni u anke jekk sussegwentement isir Prim Ministru. Issa nafu kif jirreaġixxi Delia meta ffaċċjat b'urugan ta' pressjoni, mistoqsijiet, allegazzjonijiet u kurrent kuntrarji. Kif jirreaġixxu l-kandidati l-oħrajn fl-istess sitwazzjoni ma nafux. Frank jhedded li jitlaq... L-attakki fuq Kristy ma jonqsux