Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/869384
Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 03 ta' Settembru 2017 Kulħadd iperreċ il-ħwejjeġ maħmuġin Tkompli minn paġna 7 11 – Iż-żelqa ta' Simon Busuttil Simon Busuttil iddeċieda li jibqa' Kap tal-PN sakemm tinħatar persuna oħra. Minkejja dan huwa żamm silenzju assolut fuq it-tiġrija u fuq il- kandidati. M'għadda ebda kumment dwar ebda kandidat, ma ħax responsabbilità tas-sitwazzjoni li fiha jinsab il-PN, ma ħax responsabbilità tal-fatt li ma sarx ivvettjar serju (żball 1) imma din il-ġimgħa xiref fil-foyer tad-Dar Ċentrai biex, bil-pulit, jgħid lil Delia biex iparpar. Din saħħet, iktar minn qatt qabel, l-idea illi din il-biċċa xogħol kollha kienet ħadma mit-tmexxija ta' Busuttil stess u dawk li jħufu madwarha, magħrufa li qed tappoġġja lil Alex Perici Calascione, kontra Delia. Busuttil fetaħ lilu nnifsu (fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu stess) għal akkużi ta' indħil u anke akkużi illi ladarba dan it-taħwid qed iseħħ kollu taħtu bħala kap hu kellu jew jieħu responsabbilità jew jitlaq. Dan kien żball għax ikkonferma stejjer li ilhom jkunu ppubblikati (inkluż fuq din il-gazzetta) illi hu kontra kandidatura. Kien żball għaliex Busuttil issa biddel din it-tiġrija f 'waħda bejn it-tmexxija tal-partit li mexxietu għal telfa oħra kbira u Delia, li qed iwiegħed 'mod ġdid'. U finalment kien żball għaliex huwa mistenni li kap ta' partit iżomm lilu innifsu ddistakkat mill-għażla tal-kunsillieri. 12 - Ittri, idejn moħbija, frame ups u silenzju L-aħħar żball li se nitrattaw f 'din l-analiżi huwa l-mod liberu illi bih il-kandidati u nies fil-partit stess tħallew u għamlu pubbliċi stejjer u kummenti dwar intriċċi f 'din it-tiġrija kollha li ma ninsewx illi għad fadlilha ġimagħtejn u nofs. Kellna ittri anonimi kontra Alex Perici Calascione li ntbagħtet lill- kmamar tal-aħbarijiet kollha, lill- istess Perici Calascione jimplika idejn moħbijin u aġendi biex jagħmlulu l-ħsara. Kellna lil Frank Portelli jagħmel akkużi ta' frame up u jhedded li jitlaq mill-PN u lil Chris Said jittama li se jirbaħ billi jibqa' xi ftit jew wisq fis-silenzju. Dan kollu kompla jtaqqal id-dellijiet mhux fuq il-kontestazzjoni imma fuq il-partit kollu. L-iżball huwa li din l-elezzjoni lanqas biss kellha parametri ċari, xejn ma jidher li kien ippjanat u ftit jew xejn jidher li kien hemm linji gwida fil-bidu dwar x'jista' u ma jistax isir. L-ikbar żball hawn ma kienx li l-kandidati eżerċitaw il-libertà tal- espressjoni, iżda li meta użaw din il-libertà komplew jixkfu l-kriżi bla preċedent li fih jinsab il-PN. "anke jekk ħafna minn dawk preżenti li bdew iċapċpu u jgħajtu 'Delia, Delia' ma kinux eżattament il-krema tal- borgeżija...xorta huma riflessjoni ta' settur wiesa' ħafna ta' votanti Nazzjonalisti"