Illum previous editions

illum 3 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/869384

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 35

Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 03 ta' Settembru 2017 Ħareġ għarwien fis-sakra fil-gallarija Ingliż ta' 21 sena jqatta' lejl f 'ċella minfl ok isegwi l-partita CHARLES Ben Overton, Ingliż ta' 21 sena minn Hull, kien imħarrek ilbieraħ wara li l-Ġimgħa ħareġ għarwien fil-gallerija tal-lukanda li kien qiegħed joqgħod fiha f ' San Ġiljan. Overton, li ġie Malta biex isegwi l-logħba tant mistennija bejn Malta u l-Inglitterra, spiċċa għamel lejl f 'ċella minflok. Liebes il-flokk tat-tim Ingliż fil-qorti, Overton wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih fosthom, li offenda l-morali pubbliċi u li deher għarwien fil- pubbliku. Il-Maġistrat tatu l-libertà kundizzjonata għal sena, filwaqt li wissietu biex "ma jagħmilx xi att stupidu ieħor sakemm jiġi biex jitlaq minn fuq din il-gżira." L-ispettur Nikolai Sant mexxa l-prosekuzzjoni filwaqt li l-avukat Mark Mifsud Cutajar deher għal- akkużat Mara tindarab f 'inċident f 'Raħal Ġdid ILBIERAĦ, għall-ħabta ta' nofsinhar (1200hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq il- Palma, Raħal Ġdid. Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett, fejn minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta' 51 sena residenti l-Mosta sfat milquta minn vettura tat-tip Volkswagen Polo li kienet qiegħda tinstaq minn raġel Niġerjan ta' 32 sena residenti Ħal Tarxien. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta' natura gravi. L-investigazzjonijiet tal- Pulizija għadhom għaddejjin. Sfida fuq Twitter saret realtà JAKE Peachey ta' 16-il sena, kien immultat €200 wara li waqt il-logħba bejn Malta u l-Ingilterra, invada l-pitch. Peachey beda din l-'avventura' bi tweet, fejn dan qal li jekk jirċievi 400 retweet, hu jaqbeż fil-grawnd waqt il-logħba. Ftit tal-ħin wara, it-tweet tiegħu kienet ġabret mal-4,000 retweet. Il-filmat ta' din 'l-avventura' ġie mxerred minn eluf ta' nies fuq il-midja soċjali. Il-pulizija preżenti fl-istadium Nazzjonali ta' Ta' Qali mill-ewwel ġriet wara ż-żagħżugħ filwaqt li wara dehru jeskortawh 'ilbarra mill-grawnd ftit tal-ħin wara l-att. Li individwu jinvadi l-grawnd huwa meqjus bħala ksur ta' liġi. Peachey illum reġa' rrikorra lejn Twitter biex jaġġorna lin-nies fuq is-sitwazzjoni tiegħu, huwa kiteb "€200 multa, possibbilità ta' life time ban mill-FA, lejl f 'ċella u sena projbit milli jidħol ġo grawnd f 'Malta... però kienet worthit." Sfida fuq Twitter Ikkundannat sentenza ta' ħabs u deportat lura pajjiżu RAĠEL mill-Gambja li kien ilu jgħix illegalment Malta mill-2008, ġie kkundannat piena ta' ħabs filwaqt li se jkun qiegħed jiġi deportat wara li jiskonta s-sentenza tiegħu. Eliman Seck ta' 33 sena, kien talab għall- għajnuna umanitarja meta wasal Malta, però din ma kenitx ipprovduta qal, l-ispettur Victor Aquilina. Sussegwentament Seck kien ġie arrestat meta prova jsiefer lejn l-Italja biex jitlob għall-għajnuna umanitarja hemhekk, hu kien intbagħat lura pajjiżna minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Maltin ħadu l-fingerprint tiegħu malli wasal f ' Malta u kien intbagħat lura lejn pajjiżna. Aquilina qal, li r-raġel kien magħruf bħala Suleiman Tare, qabel ma l-awtoritajiet skoprew l-indendità awtentika tiegħu lura għall-2016. L-ispettur spjega kif talbiet għall-informazzjoni indirazzati lejn il-Gambja jdumu biex jiġu proċessati. Aquilina tkellem ukoll dwar id- diffikultà li jinstabu d-dettalji tar-raġel, peress li hu kien provda informazzjoni skoretta lill-pulizija. Il-Maġistrat Mifsud irrimarka li, l-awtoritajiet responsabbli mill-immigrazjoni għandhom jitfgħu pressjoni fuq l-Unjoni Ewropea sabiex jipprovdu d-dokumenti neċesarji huma stess għal każijiet simili. Seck ammeta l-ħtija għall-akkużi miġjuba kontrih. Hu kien ikundannat sitt xhur ħabs, filwaqt li se jkun mġiegħel jirritorna lura l-Gambja wara li jiskonta s-sentenza tiegħu. L-avukat Mark Mifsud Cutajar deher għall- akkużat.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 3 September 2017