Illum previous editions

illum 10 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/871895

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 10 ta' Settembru 2017 | illum Sports 33 tal-futbol internazzjonali... PAULO DYBALA - Skont is-sit Taljan Calciomercato.it, dawn huma xhur ta' tibdil kbir għall-player żagħżugħ ta' Juventus Paulo Dybala. Wara li bidel in-numru tal-flokk min-numru 21 għal 10 u wara li m'għadux joħroġ ma' Antonella Cavalieri, issa nbidillu wkoll l-aġent hekk kif se jkollu lil ħu l-istess plejer Gustavo Dybala jieħu ħsieb it-trattativi tiegħu. Gustavo ser jidħol minflok Pier Paolo Triulzi li sa ġimgħatejn ilu kien qed jipprova jinnegozja trasferiment mal-ġganti Spanjoli Barcelona. Dybala madankollu baqa' staġun ieħor mal-Bianconeri għalkemm jidher illi s-sajf illi gej jista' jkun imminenti interess ieħor mill-Blaugrana. LIONEL MESSI - Lionel Messi mhux ser iġedded il-kuntratt tiegħu ma' Barcelona u għalhekk fis-sajf illi ġej ser ikun free agent. Skont ir-radju Spanjol, Onda Cero għalkemm il-plejer Arġentin ta' 30 sena kien laħaq ftiehem kuntratt ġdid, madankollu dan ma ġiex iffirmat. Il-partitarji Katalani jinsabu inkwetati illi dan jista' jkun l-aħħar staġun ta' Messi illi minn dejjem lagħab bil-flokk Blaugrana. Huwa skorja ammont impressjonanti ta' 351 gowl fi 384 partita ma' Barcelona. MBAYE NIANG - L-eks plejer ta' Milan Mbaye Niang f 'video illi xeħet fil-profil tiegħu fuq Twitter ried jirringrazzja li-Rossoneri tas-snin twal illi dam magħhom għalkemm ma qagħadx lura milli jikkritika l-aħħar jiem tiegħu f 'Milanello. Niang ingħaqad ma' Torino wara ħames snin ma' Milan fejn lagħab anke fil-UEFA Champions League ta' eta' ferm żgħira. Huwa semma' b'nostalġija dan iż-żmien ma' Milan għalkemm kellu ftit tal-kritika għall-mod kif dan is-sajf ma tawh l-ebda garanziji dwar il-post tiegħu fit-team. U kif qal hu stess ried ifittex toroq oħra u kien għalhekk illi reġa' ngħaqad mal-kowċ Sinisa Mihajlovic li għamel żmien imexxi lir-Rossoneri. GARETH BALE - Il-kowċ ta' Real Madrid Zinedine Zidane qiegħed jitlob aktar sforz min-naħa tal-plejer Gareth Bale jew inkella jirriskja illi jitlef postu, skont DonBalon. Biż-żagħżugħ Marco Asensio illi qed jipproduċi wirjiet impressjonanti ma tkunx ħaġa kbira illi l-internazzjonali minn Wales jitlef postu wara wirjiet mhux daqstant konvinċenti. Bale kien qed jissemma' illi jingħaqad ma' ManchesterUnited matul is-sajf kollu iżda ma kien hemm l-ebda żblokk tas-sitwazzjoni. U huwa għalhekk illi f 'Jannar il-plejer jista' jikkonsidra tentattiv ieħor sabiex jingħaqad mar-RedDevils. KYLIAN MBAPPE - Skont il-ġurnal Ingliż The Sunday Times, id-deċiżjoni ta' KylianMbappe li jirrifjuta offerta ta' Real Madrid u jmur ma' PSG kien ifisser illi ManchesterUnited tilfu l-opportunita' li jirreġistraw lura magħhom lil Cristiano Ronaldo. Fil-fatt il-Los Blancos kienu lesti jħallu lill-istilla Portugiż jitlaq lura f 'Old Trafford li kieku ħadu lil Mbappe. GREGORY VAN DER WIEL - ll-klabb mis-Serie A Cagliari kisbuakkwistprestiġġjuż wara li l-Olandiż Gregory Van derWiel ingħaqad magħhom. Dan huwa difensur ta' esperjenza u l-istaġun li għadda kien qed jilgħab mal-ġganti Torok Fenerbahce. Huwa kellu wkoll esperjenzi ma' Ajax u anke Paris St Germain u huwa l-ewwel plejer Olandiż li qatt libes il-flokk tal-club minn Sardinja. Il-kowċ ta' Cagliari Massimo Rastelli kien ferm kuntent illi t-team tiegħu rnexxielu jakkwista player ta' kwalita' li ser jgħin mhux ftit lid-difiża illi kienet xi ftit vulnerabbli fl-ewwel ħarġa tagħhom fil-kampjonat meta tilfu kontra Juventus bl-iskor ta' 3-0. MEST OZIL - Il-plejer ta' Arsenal Mesut Ozil sikket il-kritiċi u l-kummenti negattivi indirizzati lejn it- tim tiegħu wara sensiela ta' riżultati negattivi. Huma ġejjin minn żewġ telfiet konsekuttivi fil-kampjonat kontra Stokebl-iskor ta' 1-0 u l-umiljazzjoni ta' 4-0 kontra Liverpool. Ozil irribatta dawn il-kummenti billi sostna li bħalissa t-team għandu bżonn kuraġġ aktar milli kritika u kummenti dispreġjattivi. EMRE CAN - Wara li ma rnexxielhomx jakkwistaw lill-internazzjonali Ġermaniż Emre Can, Juventus ser jerġgħu jippruvaw b'aktar insistenza matul is-suq tat-trasferimenti ta' Jannar. Skont il-Corriere dello Sport, il-plejer ta' 23 sena jinsab fl-aħħar sena ta' kuntratt ma' Liverpool u l-Bianconeri jistgħu jakkwistawh anke għas-somma ta' 9 miljun lira sterlina.Can kellu esperjenzi wkoll ma' Bayer Leverkusen u Bayern Munich f 'pajjiżu. DANILO PANTIC - Xi scouts tal-klabb Taljan ta' Milan marru jaraw lill-attakkant ta' Partizan Belgrade Danilo Pantic fir-rebħa li t-tim ta' taħt il-21 sena ta' Serbja kisbu kontra Gibilta' bl-iskor ta' 4-0. Huwa skorja doppjetta f 'din il-partita u mpressjoni mhux ftit lill-iscouts Milanisti illi ser jirreferu dan kollu lid-diriġenti tagħhom. Pantic għandu biss 20 sena u jinsab fil-kotba ta' Chelsea għalkemm bħalissa jinsab jilgħab f 'pajjiżu ma' Partizan.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 September 2017