Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/871895
5 Il-Ħadd 10 ta' Settembru 2017 | illum Aħbarijiet l-Marsin razzisti ejjew hawn u araw b'għajnejkom' il-pont kemm-il darba narahom, ma jidejqu minn ħadd sirt nibża' niġi quddies hawn," sostniet Camillieri. Tkellimna wkoll ma' Noel Buttigieg, bniedem li hu mdaħħal sew fix- xena sportiva tal-Marsa partikolarment mat-tim tal-futbol tal-Marsa. "Jiġu ġenituri hawnhekk jgħiduli, daqshekk ser jinżlu għat-taħriġ it- tfal għaliex ma naħsibx li n-nursery qiegħda f 'ambjent adekwat... Ma tagħtihomx tort, seringi użati, fliexken tal-birra u nbid vojta dan aparti l-fatt li bosta immigranti jixorbu l-akoħol fil-ġnien viċin n-nursery. Dak l-eżempju għat-tfal li qegħdin jitgħallmu jkunu attivi? sostna Buttigieg. "Il-Marsa hija lokalità pjuttost anzjana, ħafna min-nies bħali l-mowbajl kemm inċemplu u forsi nibagħtu messaġġ, allaħares il-Marsa kien lokalità żagħżugħa għaliex kieku tissorprendu ruħkom bil-videos," saħaq Buttigieg Iddispjaċut Noel kompla jgħidilna li n-nuqqas ta' edukazjoni huwa allarmanti specjalment fil- konfront ta' ndafa u sanità. "Lanqas nieqaf nitkellem fuq dawn l-affarijiet, aħna minsijin minn kollox u minn kulħadd, kellhom isiru dawn l-azzjonijiet mill-awtoritajiet biex jiġri xi ħaġa?" Hu kompla jgħid "jien nagħmel stedina għal min jgħid li l-Marsin razzisti jew qegħdin isibu x-xagħra fl-għagina, ejjew għamlu ġurnata jew tnejn hawnhekk u taraw b'għajnejkom" Josephine Cachia eks sid ta' ħanut żgħir fil- Marsa, qalet lil din il- gazzetta, id-diffikultajiet li kienet tafaċċja ruħha magħhom ta' kuljum. "F'dik il-kantuniera kelli ħanut, imnalla għalaqtu... serquni ma nafx kemm-il darba sawtuli t-tifla. Mar jaqbeż ir-raġel għaliha gidmuh f 'idejh anke kellu bżonn attenzjoni medika minħabba l-attakk" qaltilna Cachia. Residenti Marsin ħdejn il-pont tal-Marsa...żona li qed jgħidu illi madwarha jkun hemm ħafna abbuż... "Biex nidhru fil-gallarija tajjeb imbagħad ma nagħmlu xejn" F'kummenti ma' din il-gazzetta is-Sindku tal-Marsa Francis Debono tkellem dwar il-problemi li ħakmu l-Marsa u wkoll dwar il-pjan ta' protesta ta' nhar il-Ħadd li ġej. "Jien qatt ma kont kontra li ssir protesta però trid tara kif ser teskala l-protesta. Ma nixtieqx nara l-protesta ffukata fuq il-bażi ta' individwi." Debono kompla jgħidilna kif "il-problema reali ilha tiġi akkumulata hawnhekk min mindu fetaħ iċ-ċentru miftuħ." Dwar dan iċ-ċentru Debono qalilna li dan "mhuwiex post fejn wieħed jidħol u jibqa' hemmhekk, anzi huwa post fejn wieħed jidħol jagħmel sitt xhur jew sena mbagħad joħroġ minnu u jmur għal rasu." "Min joħoda, kontra l-pulizija jew kontra l-awtortajiet naħseb għaliex din il-problema mhix qiegħda wara biebu," qalilna Debono. Filwaqt li kompla jitkellem dwar dawk li skont hu jkunu hemm għall-immigranti biss f 'mumenti ta' pubbliċità. "Darba minnhom marru 14–il avukat jagħmlu protesta kontra l-gvern, meta kienu ser jiġu deportati numru ta' immigranti, dawn l-14 l-avukat hawn jgħixu?" L-NGO's li tant niftaħru bihom, fejn qegħdin? L-ewwel jgħidu ejja ngħinu mbagħad nitilquhom fil-vizzju tax-xorb u d-droga? "Biex nidhru fil-gallarija tajjeb imbagħad ma nagħmlu xejn" Debono saħaq li id-deċiżoni tal-gvern Taljan li jiprovdi 'work permits' għall- immigranti fl-Italja, li b'dawn id-dokumenti l-immigranti jkunu jistgħu jimxu madwar l-Ewropa u jaħdmu legalment, qiegħda tkun ta' stress żejjed fuq lokalitajiet bħall-Marsa, fejn influss kbir ta' immigranti qegħdin jirrelokaw hawnhekk bla xogħol u lanqas residenza fissa bir-riżultat li jispiċċaw jorqdu barra jew ġo xi dar mhux adekwata." Rtratti: Jesmar Baldacchino Residenti Marsin maz-Zuntier tal-Knisja tat-Trinità.