Illum previous editions

illum 10 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/871895

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 10 ta' Settembru 2017 Intervista 8 'Seren għax ma ksirt I s-Sibt li għadda bil-lejl għall-ħabta tal-11am, id-Dar Ċentrali nfaqgħet f 'ewforija hekk kif irriżulta li Adrian Delia b'616-il vot kien l-aktar kandidat mill- erbgħa li kiseb voti minn fost il- kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista. Għalkemm għad fadal l-ikbar test elettorali, dak li h jeħtieġ jivvutaw mat-22,000 tesserat, il-mument li nkiser is-silenzju f 'Tal-Pietà bħal donnu ħafna aċċettaw b'ferħ jew b'rassenjazzjoni li l-elezzjoni se tagħti lil Delia bħala s-seba' Kap tal-PN mill-140 sena ta' eżistenza. Imma Delia jħoss li rebaħ diġà? Ġewwa x-xilep? U qed jibbattalja b'għarfien li r-rebħa tiegħu hija inevitabbli? F'intervista ma' din il-gazzetta fl-uffiċċju tiegħu fil-Belt Valletta Delia huwa pront, b'ton kważi ċelebratorju li jikkumenta dwar ir-rebħa li għamel fost il- Kunsillieri minkejja kull kurrent. "Il-kunsillieri huma l-għeruq tal-partit, kif jgħid isimhom stess huma jagħtu l-kunsill lill- partit. Huma l-aktar nies li jafu dak li għandu bżonn il-partit. Issa l-Kunsillieri għamlu l-għażla tagħhom u meta għamlu dan semgħu wkoll dak li kienu qed jgħidu n-nies fit-triq." Huwa jgħid illi mill-mument li tħabbar ir-riżultat tal-ewwel votazzjoni, li b'sorpriża poġġieh quddiem Chris Said u li wassal biex Alex Perici Calascione jirtira anke jekk kien hemm indikazzjonijiet li dan kellu ċans jgħaddi għat- tieni fażi, huwa esperjenza bħal trasformazzjoni. "Mill-mument li ħriġt mil-lift biex niltaqa' man- nies ħassejt li m'għadnix Adrian Delia sempliċiment f 'kampanja, imma Adrian Delia li jista' jkollu r-responsabbilità ta' partit sħiħ. U biex inwieġbek," ikompli jgħid għall-mistoqsija tal-ILLUM, "le mhux ġewwa x-xilep. Wara li rajt dan ir-rizultat pjuttost massiċċ... qgħadt kwiet, għalija. Minflok l-għajta tar-rebħa bdejt inħoss it- toqol tar-responsabbilità. Tinqata' mill-kampanja u tibda tirraġuna għall-partit mhux għalik. Mill- ewwel bdejt insejjaħ għall-għaqda, il-kalma u l-kooperazzjoni. Għidt li issa l-mument li l-partit jingħaqad." Fir-realtà, Delia m'għandu ebda għażla oħra. Jekk il-PN ma jingħaqadx se jkollu problema trippla. Apparti li jdawwar il- mewġa kontrih u favur il-Partit Laburista, apparti li jirbaħ fuq politiku li s'issa qatt ma tilef (Joseph Muscat) se jkollu wkoll jgħaqqad warajh elementi influwenti li mhux qed jgħamlu l-antipatija u d-dubji fih xi sigriet. Nemmen li kapaċi nikkonvinċi lil Jason Azzopardi Infakkru f 'messaġġ li kiteb id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u li fih akkuża lil Delia, anke jekk mhux b'ismu illi dan huwa "żiemel tat-Trojja" ta' Kastilja. Delia diġà qal li ma qarax il-kummenti ta' Azzopardi u li mhux beħsiebu jibda issa meta mistoqsi waqt l-aħħar dibattitu bejn l-erba' kandidati l-ġimgħa l-oħra. Imma jekk ikun Kap tal-PN, ma jistax jinjorah. Jekk elett kap, kif se jaħdem ma' xi ħadd li jarah bħala għodda f 'idejn Gvern Laburista? "Bħala stat ta' fatt Jason Azzopardi mhux qed jappoġġja lili u dan huwa pubbliku," jibda jirrispondi Delia. "Imma ċert illi wara l-entużjażmu tal-kampanja u fil- kalma Jason Azzopardi jara l-buon sens u l-bżonn tal-partit. Bħalma kkonvinċejt lill-biżżejjed kunsillieri u bħalma qed nikkonvinċi lit- tesserati, nemmen li kapaċi nikkonvinċi lil Jason Azzopardi li m'iniex żiemiel ta' Trojja imma li jien l-interess tiegħi huwa l-Partit Nazzjonalista." Min jgħix fid-dinja tal-blogg lili ma jafnix Imma l-akkużi mhux minn Azzopardi biss ġejjin. Bosta minn dawk li jsegwu u jipparteċipaw fil- blogg ta' Daphne Caruana Galizia, u qed nassumu li l-maġġoranza skjaċċanti tagħhom huma votanti u sostenituri tal-PN, qed jarawh bħala 'thedida' għall-immaġini ta' partit onest u kontra l-korruzzjoni. "Jiena ma naqrahiex lil Daphne," jibda jwieġeb Delia. "Min jgħix fid- dinja tal-blogg separat mir-realtà, maqtugħ mir-realtà jikkumenta dwar dak li hemm fil-blogg. Min jafni, min jgħix fil-ħajja normali, jaf li dik id-dinja hija fittizja u maqtugħa mir-realtà. Jien irrid nurihom lil dawn in-nies li jien persuna onesta, li ħadmet bl- għaraq ta' ġbinha biex għandha dak li għandha u li dejjem iġġilidt il- korruzzjoni. Dejjem għamiltu dan, fil-futbol wettaqt ġlieda bla rażan kontra l-korruzzjoni, anke meta kien hemm theddid ta' kull xorta. Jekk il-poplu Nazzjonalist jagħżel lili, imbagħad iġġudikawni fuq dak li nwettaq mhux dak li tgħid blogger. Imbagħad ikollkom il-vot u bih, mhux bil-kalunji, tistgħu tgħaddu ġudizzju..." Hemm 'ċertezza' li l-Kap tal-PN se jkun Kap tal-Oppożizzjoni Minkejja li għaddew ġimgħat ta' kampanja issa, Delia għadu ma weġibx mistoqsija kruċjali. Min se jċedi s-siġġu Parlamentari jekk kemm-il darba Delia ikun elett Kap tal-PN? Herman Schiavone diġà qal li mhux hu, mela min? "Mhux għaqal li f 'dan il-mument fejn għadni m'iniex Kap tal-PN nitkellem dwar dan. Il-konvinzjoni assoluta tiegħi hija illi fi żmien qasir wara li issir l-elezzjoni l-Kap tal-PN, isir Kap tal-Oppożizzjoni u jieħu postu fil-Parlament. Imma hemm ftehim jew le? "Hemm iċ-ċertezza u l-konvinzjoni li l-kap tal-partit ikun il-Kap tal- oppożizzjoni," reġa' tenna Delia. Il-bibien miftuħin...imma mhux għal kulħadd Fil-bidu tal-kampanja Delia kien għamilha ċara dwar Franco Debono. "Jidhirli li postu mhux fil- PN." Hu kien iktar tard ikkwalifika kif minkejja li ma jridx lil Franco Debono lura fil-partit, lest li jisma' dak li għandu xi jgħid. Ngħidlu li se nagħtih lista ta' persuni u jrid jgħidli jekk għal dawn, il-bibien tal-PN hux se jkunu miftuħin, jew magħluqin. Jinterrompi qabel insemmi l-ismijiet u jgħidli li l-istess prinċipju jaħdem għal kulħadd. "Mill-ewwel ġurnata għidt li l-bibien tal-PN għandhom ikunu miftuħin għal kulħadd, Nazzjonalist jew le. Ili mill-2013 ngħidu dan. Jien qed indur fil- każini tal-PN u hemmhekk ġieli jiġu laburisti fuqi. Meta jgħiduli 'jien laburist' inweġibhom 'jien ma jinteressanix'. Jekk hemm persuna, hi min hi, li għandha x'tikkontribwixxi jien għandi obbligu nisma'. Imma nfakkru li hu għamilha ċara li nies bħal Franco Debono mhumiex se jkunu milqugħa fid-Dar Ċentrali. "Iva, f 'kollox dan. Għax ma tkunx ġewwa nett ma jfissirx li int eskluż. Għax int nisrani ma jfissirx li tista' tmur il-Vatikan u tiddeċiedi int, hemm livelli fejn tista' tipparteċipa." Iltaqa' ma' Mugliette, JPO għamel l-għażliet tiegħu u John Dalli... Nibdew bl-ewwel isem; Jesmond Mugliette? "Diġà kellimtu lil Mugliette, kif qed inkellem lil kulħadd. Tkellimt miegħu dwar dak li ġara u Mugliette għandu l-ideat tiegħu. Huwa persuna li għadda minn ħafna u li weġġa' fil- politika." Mistoqsi jekk stednux biex jerġa' jibda jipparteċipa fil-PN, Delia qal illi wieħed irid jara f 'liema stadju tkun persuna. "Ħadd mhu se joqgħod imdendel jistenna li jiddaħħal lura. Xtaqt nisimgħu, iktar milli ngħidlu jien x'għandu jagħmel." Jeffrey Pullicicno Orlando? "ma kellimtux, imma naħseb l-għażliet tiegħu għamilhom. Kienet għażla tiegħu li jitlaq mill-partit." John Dalli? "Ma kellimtux. Naħseb John Dalli qabeż l-età tal-parteċipazzjoni u hemm kwistjonijet ta' ċerta portata wkoll. Bl-ebda mod ma naħseb li Dalli għad għandu interess ta' x'inhu jiġri fil-politika lokali, mhux bħal Michael Falzon biex nagħti eżempju." ...diġà bdew ġejjin lura n-nies U dawk il-madwar 40,000 votant li elezzjoni wara l-oħra qed jagħtu l-fiduċja tagħhom lill- Partit Laburista, x'se jagħmel biex iġibhom lura lejn il-PN? "Diġà bdew ġejjin lura n-nies. Nies li kienu rmew it-tessera u li issa reġgħu ġejjin lura, qed jimlew il- formoli biex jerġgħu jkunu membri tal-PN." Huwa jaċċerta li l-valuri tal- PN mhux se jinbidlu "għax mhux għall-bejgħ. Jien mhux qiegħed hawn biex inbiddel il-valuri tal-partit, imma biex nagħmel partit aktar akkoljenti, partit li jagħmel l-affarijiet minn isfel għal fuq, partit tal-ħafna mhux tal- ftit, il-partit tal-inklużjoni mhux tal-esklużjoni, mhux partit tad- diviżjoni, mhux ngħidu li n-nies għandhom tort jew huma ħżiena imma naraw x'inhuma l-ideat tagħhom." Qed jgħid li taħt Simon Busuttil il-PN sar esklussiv u diviżiv? "Naħseb li iva, il-PN fl-aħħar erba' snin sar aktar esklussiv. Il-PN kellu politika b'saħħitha fil- prinċipji u fil-korruzzjoni, imma trid tindirizza ċerti kwistjonijiet oħrajn. Jien ili ngħid li m'aħniex qed ngħixu fin-normalità, imma meta nreġġgħu lill-pajjiż lura għan- normalità, imbagħad ma nistgħux ninsew kwistjonijiet oħrajn. Dan bħal fil-familja. Tajjeb li lit-tfal kapaċi nikkonvinċi lil Jason Azzopardi li m'iniex żiemel ta' Trojja imma li jien l-interess tiegħi huwa l-PN " " agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 September 2017