Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/871895
3 Il-Ħadd 10 ta' Settembru 2017| illum Aħbarijiet Kumpens għal min ma jgħollix il-kera f '10 snin ...l-Alleanza Kontra l-Faqar tibqa' tinsisti għal regolarizazzjoni fis-suq tal-kera Minn Albert Gauci Cunningham LALLEANZA Kontra l-Faqar ippreżentat numru ta' proposti għall-baġit li jmiss b'aċċenn partikolari fuq il-kwistjoni tal-kirjiet privati, hekk kif għall-aħħar snin dawn raw żieda astronomika riżultat l-aktar ta' domanda qawwija. Fil-proposti tagħha l-alleanza qed tinsisti li jkun hemm limitu impost ta' kemm tista' togħla kirja privata flimkien mal- introduzzjoni ta' qafas legali li jirregola l-kirjiet privati u li fih jinkludi ż-żmien ta' kemm se ddum kirja. Dan apparti li qed ikun propost li kull kirja ġdida tkun reġistrata. Fuq is-suġġett tal-kirjiet li tela' fuq l-aġenda politika wara proposti ta' limiti fuq il-valur tal-kirjiet li saru minn Yana Mintoff ma' din il-gazzetta, l-istess Alleanza qed tipproponi li jkun hemm inċentivi fil- forma ta' rifużjoni tat-taxxa u kumpens għal dawk li ma jgħollux il-kera privata għal 10 snin. Fil-proposta oriġinali ta' Mintoff, hi kienet ipproponiet li l-kera ma tiżdiedx b'iktar minn 5% tal-medja tal-kirjiet f 'dik il-lokalità jew żona. Li jfisser illi jekk, bħala eżempju, il-kirja medja f 'żona hija €100 kull xahar sid il-post ma jistax jitlob aktar minn €105 għal perjodu ta' żmien qabel ma terġa' ssir reviżjoni. Kemm il-Gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni ma qablux ma' din il-proposta. Intant fuq il-kwistjoni tal- housing ukoll, l-Alleanza kontra l-Faqar qed tipproponi li jkun hemm skema ta' sussidju fejn dawk li huma bi dħul baxx jiġu mgħejjuna biex jixtru dar mingħand il-privat, dan apparti l-għajta kontinwa biex jiżdied l-investiment fil-qasam tal- housing soċjali. Ma' din il-gazzetta Charles Miceli li jmexxi l-Alleanza rrikonoxxa li saru attentati biex tkun trattata l-kwistjoni tal-kirjiet, għalkemm insista li din għadha 'probema kbira'. Minkejja li fl-aħħar baġit il-Gvern kien żied is-sussidji Miceli għadu tal-fehma illi ħafna minn dan il-benefiċċju fil-fatt qed iwassal biex is-sidien iżidu l-kirjiet li jridu jħallsu l-inkwilini. Charles Miceli jisħaq illi dan is-settur ikun rregolarizzat, "mhux f 'kollox hemm ir- regoli? Mhux anke fit-traffiku hemm ir-regoli? Ħadd mhu qed jgħid li dan is-settur għandna noħonquh imma rridu nirrikonoxxu li hawn min qed ibati," sostna Miceli ma' din il-gazzetta. "U fejn in-nies qed jaqgħu lura huwa dmir tal-Gvern li jidħol għalihom," temm jgħid Miceli dwar dan il-punt. Dwar id-dħul u l-pagi l-Alleanza Kontra l-Faqar qed terġa' tressaq 'il quddiem il-kunċett ta' Living Wage, li tkun ibbażata fuq basket ta' bżonnijiet li jippermettu lill-ħaddiema u l-familji tagħhom jgħixu ħajja diċenti. L-Alleanza qed titlob ukoll illi l-mekkaniżmu tal-COLA jkun aktar rappreżentattivi tal- prezzijieti fuq oġġetti essenzjali bħall-ikel u l-kera. Ma' din il-gazzetta Miceli għamel aċċenn partikolari fuq il-bżonn li l-mekkaniżmu għall- għoli tal-ħajja jkun jirrifletti aktar il-bżonnijiet u l-ispejjeż bażiċi. "Inutli tgħidli li l-flokk tad-ditta raħas jekk qed ngħix bi €800 u, €500 minnhom irrid inħallashom f 'kera." Intant l-Alleanza Kontra l-Faqar qed tipproponi wkoll li jkun hemm definizzjoni ċara ta' x'inhu xogħol fiss u stabbli. Proposta 14 minn 20 li qed jitressqu tgħid illi kull xogħol li ma jaqax f 'din id-definizzjoni għandu jitqies bħala xogħol prekarju. Intant l-Alleanza Kontra l-Faqar qed tipproponi wkoll li kull prattika ta' 'Zero Hour Contract' issir illegali. Dan it-tip ta' kuntratt huwa wieħed illi fih l-impjegatur jgħajjat lill- impjegat għax-xogħol biss meta jkun hemm bżonn. Charles Miceli Jinqaleb trakk u jqum pandemonju fil-Mosta TRAKK li kien qed isuq f 'Triq Misraħ l-Għonoq direzzjoni lejn il-Mosta, għal xi raġuni mhux magħrufa nqaleb. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:30 tal-bieraħ filgħodu. L-inċident ħoloq paniku u traffiku kbir fiż-żona tal-madwar hekk kif it- trakk kellu jittella' bl-għajnuna ta' krejn. Fuq il-post issejħu membri mill- Protezzjoni Ċivili u Pulizija. L-ewwel indikazzjonijiet juru li ħadd ma weġġa' f 'dan l-inċident. Ix-xena tal-aċċident ilbieraħ fil-Mosta Ritratt: Liam Carter Raġel ta' 60 sena jitlef ħajtu ġewwa range tal-isparar RAĠEL ta' 60 sena mill-Belt Valletta, tilef ħajtu lbieraħ filgħodu wara incident ġewwa shooting range f 'Tal-Ħandaq. Kien għall-ħabta tal-11am meta l-pulizija kienu msejħa għall-assistenza ġewwa shooting range f 'Tal-Ħandaq limiti ta' Ħal Qormi. Skont rapporti preliminari, l-inċident seħħ kaġun ta' problemi tekniċi fl-arma tan-nar tal- vittma. Raġel safa vittma tal-arma tan-nar tiegħu stess u miet ftit tal-ħin wara fl-Isptar Mater Dei. Il-Maġistrat tal-Għassa ġie infurmat u fetaħ inkjesta dwar il-każ.