Illum previous editions

illum 10 September 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/871895

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 10 ta' Settembru 2017 IKTAR kmieni din il-ġimgħa, numru sostanzjali ta' Marsin, ħabbru li nhar il-Ħadd illi ġej jipprotestaw kontra l-istat li tinsab fih il-Marsa. F'dawl ta' dan il-gazetta ILLUM għamlet eżerċizzju fejn niżlet fit-toroq tal- Marsa speċifikament fiż-żona ta' ħdejn il-knisja tat-Trinità u tax-xatt fejn tkellmet ma' madwar 25 resident. Lir-residenti, din il-gazzetta staqsiethom għalfejn iħossuhom daqstant urtati tant li ser tkun organnizzata din il- protesta. Diversi residenti li tkellmu mal-ILLUM, spjegaw fil-fond diversi problemi li ilhom jiffaċċjaw ruħhom magħhom snin twal. F'dawn id-diskussjonijiet skjetti, spikkaw problemi bħal; ksur tal-paċi pubblika b'atti oxxeni, ħsarat f 'proprjetà privata, nies fis-sakra u n-nuqqas ta' sigurtà u inċertezza li donnha nħolqot f 'din il- lokalità. Fil-ġranet li għaddew, il- Pulizija ta' Malta għamlet numru ta' rejds bl-għan li jonqos l-abbuż ta' xorb u rqad fit-toroq filwaqt li tiġi ċċekkjata l-identità tal-immigranti li jkunu preżenti fil-Marsa. "Dawn il-jumejn donnu il-Marsa reġa' ġie bħal dak ta' 12-il sena ilu" Ryan Spiteri, resident Marsi qalilna li "ġeneralment meta ma jkunx hawn pulizija, ikun hawn ġenn kbir, nista' nitkellem dwar l-affarijiet li ġarrabt jien, kemm il-darba sofrejt ħsarat sostanzjali fil- karozza tiegħi, 'windsreen' imkisser, fanali.. tmur tagħmel rapport l-għassa u kollox għalxejn, la wieħed m'għandux biex iħallas anqas ħaqq teħel l-ispejjeż tal-avukat." "Dawn il-jumejn, bl-azzjoni li ħadu l-awtoritajiet, donnu l-Marsa reġa' ġie bħal dak ta' 12-il sena ilu" sostna Spiteri. Spiteri, kompla jitkellem fil-fond mal-ILLUM fuq il-problema, "Dan ċertament mhux każ ta' razziżmu," jgħidilna Ryan, "setgħu kienu Maltin. Naħseb kulħadd jidejjaq issib ċorma nies wara biebu, fis-sakra jagħmlu l-istorbju bi nhar u bil- lejl." Dawn huma affarijiet li kulħadd għandu jiġi trattat l-istess fuqom, kieku nkun jien li skirt u għamilt il-faċendi barra, jarrestawni u probbabli niġi mmultat. Allura fil-każ ta' dawn hu sew li jiġu arrestati u minħabba l-fatt li m'għandhomx identifikazzjoni jiġu meħlusa wara 24 siegħa? temm jistaqsi Spiteri. "Illum bully. Hawn il-kwiet" qalilna Vince Micallef resident ieħor li dejjem sejjaħ lill-Marsa bħala d-dar tiegħu. "Ilu ma jkun hekk il-Marsa żmien, tgħid għall-inqas tista' toħroġ tagħmel żewg passi. Is-soltu orrur, hemm minnhom nies sew, jaħdmu u jistinkaw però hemm ħafna li ma jimxux mar-regoli tas-soċjetà, kulħadd fis-sakra rieqed fuq il-bankini, bankijiet jew fil-ġonna." Charles Cutajar pensjonant ta' 67 sena spjegalna r-ritwal diffikultuż li jkollu jagħmel ta' kuljum, "Kull filgħodu jiena irrid nqum naħsel il-faċċata, kulħadd jixrob il-birra u jorqod hawn barra, hawn ħafna minnhom tajbin jiġu hawn jaħdmu u jirrispetawk però hawn ħafna li jaġixxu donnhom qegħdin 'l fuq mil-liġi" Victor Caruana li wkoll minn dejjem għex il-Marsa ilmenta mal- ILLUM fuq is-sitwazzjoni preżenti, "Kulħadd għaddej jixrob il-birra, u l-ispirti, mara tibża' tgħaddi għax jittantawa u jagħmlu anke avvanzi fuqhom. Jekk tinżel iktar 'l isfel issib żona ta' droga, kulħadd jaf xi ssib hemm, droga mill-aqwa u min tal-aħħar." F'dawn id-diskussjonijiet, sikwit spikkaw stejjer xokkanti li ħafna mid- drabi kienu jinvolvu atti oxxeni fil-pubbliku. Marija Gauci, armla ta' 73 sena qaltilna li tiftakar il-lokalità tal-Marsa 'totalment differenti'. Hi rrakkuntatilna esperjenza riċenti li ġarrbet, fejn allegatament, immigrant għamel atti oxxeni fil- pubbliku waqt li din kienet miexja għall-affari tagħha. Magda Camillieri residenta oħra tal-Marsa wkoll tkellmet ma' din il-gazzetta fuq aċċident simili li din għaddiet minnha. "Jagħmlu l-bżonnijiet tagħhom fl-apert,inkun qed naqsam minn fuq 'Għal min jgħid li l-Marsin lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter L-ILLUM marret il-Marsa u tkellmet ma' numru ta' residenti, ix-xorb u l-abbuż ta' droga l-aktar li qed jinkwetahom Setgħu kienu Maltin. Naħseb kulħadd jiddejjaq isib ċorma nies wara biebu, fis-sakra jagħmlu l-istorbju bi nhar u bil-lejl Ir-residenti tal-Marsa inkwetati...imma għalfejn? Malta u l-Latvja biss jilħqu l-kwota Minn Jesmar Baldacchino MALTA flimkien mal- Latvja huma l-uniċi żewġ pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li laħqu l-kwota tal-ftehim ta' rilokazzjoni tal-immigranti mill-Italja u l-Greċja. Dan il-ftehim kien tfassal mill-Kummissjoni Ewropea f 'Settembru tal-2015 meta l-pajjiżi Mediterranji kienu ressqu l-ilmenti tagħhom quddiem il-Kummissjoni u wara sensiela ta' laqgħat tal-Kunsill Ewropew biex tinstab soluzzjoni malajr għall-kriżi tal-mewġa ta' immigranti dik is-sena. Dan il-ftehim kien ikkritikat minn bosta pajjiżi oħra membri tal-Unjoni minħabba li kienu qed iqisu li timponi fuq is-sovranitá tagħhom. Dan kollu jagħti aktar importanza lid- deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja aktar kmieni din il-ġimgħa meta ġie deċiż li s-sistema tar-rilokazzjoni bil-kwota hija legali u konformi mad-drittijiet tal-bniedem u għalhekk l-Ungerija u s-Slovakkja, li ġġieldu din id-deċiżjoni, ġew ordnati li jimxu mal-ftehim u jaċċettaw l-immigranti mill-Italja u l-Greċja huma wkoll. Iż-żewġ pajjiżi iżda jidher li mhux lesti li jaċċettaw id-deċiżjoni tal-Qorti Ewropew daqshekk malajr tant li l-pożizzjoni tagħhom ma nbidlitx iżda issa qed tissarraf f 'konfrontazzjoni. Dan wara li l-Gvern Ungeriż qed jitlob li l-Unjoni Ewropea għandha tħallas għal nofs l-ispejjeż tal-ħajt li twaqqaf fin-nofsinhar tal-pajjiż biex l-immigranti jinżammu milli jidħlu fil- pajjiż. Dan il-ħajt tal-konkos u l-ħadid ġie jiswa €800 miljun u l-għan huwa li jżomm l-immigranti milli jidħlu mis-Serbja u l-Kroazja. Il- Gvern Ungeriż qed isostni li din kienet deċiżjoni li kellha tittieħed biex ma jkunx hemm aktar influss kbir ta' immigranti mhux mistenni lejn l-Ewropa ċentrali. Filfatt matul is-sena li għaddiet, aktar minn 19,000 immigrant intbagħtu lura lejn is-Serbja hekk kif ippruvaw jaqbżu l-ħajt u jidħlu fl-Ungerija. Il-konfrontazzjoni qed teskala hekk kif lura fl-2012, il-Kummissjoni Ewropea kienet ikkundannat lill- Greċja talli waqfet ċint twil aktar minn 12-il kilometru biex l-immigranti mit- Turkija ma jkunux jistgħu jidħlu fl-Ewropa. Il-Polonja wkoll mhix taqbel mad-deċiżjonijiet li qed jittieħdu fi Brussell tant li l-Gvern Pollakk qed jgħid li l-Ewropa qed timxi fuq żewġ binarji b'pajjiżi differenti li ma jaqblux ma' xulxin. L-iskema tar- rilokazzjoni tal-immigranti, li l-Gvern Malti kien qabel magħha, titlob li fuq medda ta' sentejn jiġu rilokati mal- 120,000 immigrant mill- Italja u l-Greċja fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Il-Gvern Ungeriż qed jitlob li l-Unjoni Ewropea għandha tħallas għal nofs l-ispejjeż tal-ħajt Ritratt: Bőr Benedek

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 10 September 2017