Illum previous editions

ILLUM24092017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/878564

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

11 Il-Ħadd 24 ta' Settembru 2017 | illum Aħbarijiet nkunu qrib ħafna li ntellgħu MEP fl-2019'' proposti ta' kontrolli fuq il-valur tal-kirjiet? "Ma dħalniex fiha f 'dan l-istadju. Imma qed naraw proposti interessanti, fosthom tal-Alleanza kontra l-Faqar li qed tgħid illi għandu jkun hemm inċentiv għal dawk li jaqblu li ma jgħollux il-kera għal 10 snin. Din għandha tkun diskussa, flimkien ma' proposti oħrajn." Abort: 'Kontrih imma ejja niddiskutuh' Indawru l-ħarsa tal-intervista fuq il-kwistjoni tal-abort. Fl-ewwel diskors tiegħu bħala chairperson tal-AD Carmel Cacopardo semma l-bżonn li tibda diskussjoni dwar dan is-suġġett. Naturalment, ir-reazzjoni kienet waħda negattiva u qajmet għagħa minn bosta bnadi. Cacopardo jfakkar illi mill- aħħar stħarriġ li sar fuq il-gazzetta Maltatoday jirriżulta li mat-30% jħossu li f 'każ ta' stupru l-abort jista' jkun aċċettabbli. Huwa jfakkar ukoll li kien hemm varjazzjoni differenti ta' min jaħseb li l-abort huwa aċċettabbli, skont l-etajiet u l-livell ta' edukazzjoni. "Jien mhux qed ngħid ejja niddeċiedu dwar l-abort, jien qed ngħid ejja niddiskutu. Ejja jkollna diskussjoni matura , għax b'hekk nistgħu nifhmu aktar lil xulxin." Filwaqt li jkun qed jgħid li bosta nies isiru isteriċi fil-każ, ninterrompih u nfakkru li ħafna nies jistgħu jkunu isteriċi, minħabba li jħossu li l-abort huwa qtil u fuq qtil m'hemmx kompromessi. "Xi nies jaħsbu b'dan il-mod. Jien qed ngħid biss li wasal iż-żmien li niddiskutu u li jkollna skambju ta' ideat." Imma Carmel Cacopardo favur jew kontra l-abort? "Jien u l-AD dejjem tkellmina kontra l-abort imma xorta rridu diskussjoni għax din tgħin lill-pajjiż, id-diskussjoni minnha nnifisha tgħin biex nifhmu aħjar l-ideat ta' xulxin u dak waħdu huwa ġustifikabbli." Jappoġġja kull inizjattiva biex jerġa' jsir referendum fuq il-kaċċa Induru fuq il-kaċċa. Issa ilu sentejn u ftit li sar ir-referendum dwar il-kaċċa fir-Rebbiegħa. Referendum li dawk li kienu kontra din il-prattika f 'dan iż-żmien, inkluż l-AD, tilfu. Nistaqsih jekk jeskludi jew jekk l-AD hux qed tikkontempla li terġa' tiftaħ il-proċess biex isir it-tieni referendum. "L-AD ma ħadet l-ebda deċiżjoni biex isir jew jibda l-proċess tat-tieni referendum dwar il-kaċċa, imma ma neskludi xejn u aħna kull inizjattiva biex jerġa' jsir referendum ieħor nappoġjawha." Nistaqsih jekk iħossx li dan ikun juri li m'aċċettax ir-riżultat tar-referendum. Imma Cacopardo jisħaq li l-liġi stess tipprovdi li wara sentejn jista' jerġa' jsir referendum. "Il-punt hu li jien ma naqbilx ma' dak ir-riżultat u jekk ikun hemm il-possibilità li nbiddluh, jien dik il-possibilità se neħodha." Daqshekk karozzi petrol u diesel Indawru ħarsitna lejn l-ambjent, suġġett xi ftit jew wisq sinominu mal-partiti Ħodor, kemm lokalment kif ukoll barra mill-pajjiż. X'jaħseb li huma s-soluzzjonijiet importanti li għandu bżonn jieħu l-pajjiż biex ireġġa' lura d-degredazzjoni ambjentali li ilha tesperjenza Malta? Huwa jdur mill-ewwel fuq il- kwistjoni tal-karozzi. "Aħna konna l-uniku partit politiku li tkellimna dwar il-bżonn li l-pajjiż ma jibqax juża karozzi li jaħdmu bil-petrol u d-diesel fl-aħħar programm elettorali," jibda jgħid iċ-Chairman tal-AD li jfakkar ukoll kif l-istess partit qed jipproponi perjodu ta' 20 sena biex jintemm l-użu ta' karozzi, li jiffurmaw il-maġġoranza assoluta tal-karozzi użati f 'dan il-pajjiż. "Il-karozzi huma l-akbar raġuni għat- tniġġiż f 'Malta," ifakkar Cacopardo, "għalhekk huwa neċessarju li tiitieħed din id-deċiżjoni, illum qabel għada. Fil-mument li l-Gvern għamel din id- dikjarazzjoni u allura qed ngħidu kif qed naqblu fuq bażi ta' politiki. Fid- dawl ta' dan jien għidt ukoll li għandu jsir moratorju fuq applikazzjonijiet għal bini ta' petrol stations, mhux petrol stations ifaqqsu kullimkien. Għax jekk qed ngħidu li se nwaqqfu l-karozzi li jaħdmu bil-petrol u diesel, allura x'sens jagħmel li nibqgħu noħorġu l-permessi? Imbagħad meta wieħed jiddeċiedi x'se tkun it-triq 'il quddiem niddeċiedu dwar l-applikazzjonijiet." Infakkru li hemm ġerħiet oħrajn bħall-Magħtab pereżempju, x'se nagħmlu b'din il-muntanja ta' skart? "Ifhem hemmhekk, bħalissa hemm proċess li permezz tiegħu qed jitneħħew il-gassijiet. Ovvjament irridu naraw kif se nibqgħu fuq dak l-eżerċizzju qabel naraw it-triq 'il quddiem għall-Magħtab." Cacopardo jgħid iżda li l-problema hija aktar fonda minn hekk. "X'qegħdin nagħmlu biex jonqos l-iskart? X'qegħdin nagħmlu biex nirriċiklaw aktar? Ma ninsewx li f 'Malta r-rata ta' skart li jiġi riċiklat huwa ta' 12%, meta għandek pajjiżi li jirriċiklaw erba' jew ħames darbiet akar minna." Cacopardo jfakkar li l-element organiku tal-iskart huwa 50% tal-borża s-sewda. Jekk nindirizzaw dan, diġà indirizzajna 50% mill-problema." Huwa jirreferi wkoll għas-sitwazzjoni tal-iskart li huwa ġġenerat mir- ristoranti u tal-ħwienet. "Meta tiftakar li suppost il-ħwienet kollha għandhom kuntrattur li jiġbor l-iskart tagħhom għandha tkun faċli. Issa l-Gvern induna li għandu problema l-Belt. Imma l-istess problema tinsab f 'postijiet oħrajn, bħall-Buġibba." "Għandu jkun implimentat dak li hemm fil-kuntratti," jesiġi Cacopardo hekk kif nagħlqu l-intervista. Carmel Cacopardo Ritratt: Jesmar Baldacchino

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM24092017