Illum previous editions

illum 1 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/881843

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

Aħbarijiet 12 illum | Il-Ħadd 01 ta' Ottubru 2017 Bejn ix-xewqat tat-tfal u l-bżonnijiet tal-ġenituri... FI snin li għaddew ġewwa pajjiżna il-gvern poġġa fis-seħħ bosta miżuri li taw spinta lil dawk il- ġenituri li sfortunatament ma setgħux igawdu mir- rigal tal-ħajja b'mod naturali, hekk kif b'bosta miżuri bħall-IVF, il- problemi bioloġiċi sfaw megħluba. Għaldaqstant, sikwit ninsew li ġol- istutiti lokali u dawk ta' barra nsibu għexiren ta' tfal li sfortunatament ma għandhomx il-privileġġ ta' omm u ta' missier. Tul is-sena 2016, f 'Malta ġew adottati biss tlett itfal Maltin minn koppji jew individwi filwaqt li fl-istess sena, koppji jew individwi Maltin addotaw mas-sitt itfal minn pajjiżi barranin fosthom L-Indja, lis- Slovakja, l-Albanija,u r-Russja. Dan skont tweġiba tal-eks Ministru għall- Familja u Solidarjetà Socjali Michael Farrugia għad- domanda parlamentari tal- eks deputata Paula Mifsud Bonnici. Il-ġimgha l-oħra l-Minsitru Michael Falzon ħabbar konsultazzjoni pubblika relatata ma' implimentazzjoni ta' standards nazzjonali għall-proċess tal-adozzjoni tat-tfal. Dawn l-istandards se jkunu qegħdin jintużaw ukoll bħala linja gwida lill- istess persuni li ser jagħmlu użu minn dan is-servizz. L-istandards isegwu diversi prinċipji fundamentali. Fost dawn il-prinċipji hemm id-dinjità, il-privatezza, id- dritt tal-għażla, is-sigurtà, ġustizzja, individwalità u d-diversità. Apparti minn dan il- Ministru ħabbar li l-gvern se jkun qiegħed jgħin lill- koppji li jixtiequ jadottaw tarbija b'għajnuna diretta sa massimu ta' €10,000 filwaqt li jingħata 'rebate' tal- ispejjeż li l-koppja tagħmel sabiex tivvjaġġa. X'qed jipproponi l-gvern? X'għajnuna se jagħti? Il-ġenituri u t-tfal kif se jkunu mħarsa? L-ILLUM tħares lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter It-tfal jirċievu għajnuna biex jifhmu x'qiegħed jiġri matul il-proċess tal-adozzjoni kollu u jkunu jistgħu jesprimu l-opinjoni tagħhom u jitkellmu dwar dak li jkunu qegħdin iħossu fi kwalunkwe stadju tal-proċess. Il-familja adottiva tintgħażel biss wara li tkun għamlet it-taħriġ u l-valutazzjoni meħtieġa, u tkun għaddiet minn evalwazzjoni sħiħa, u bir-reqqa, ta' kemm hija addattata sabiex tieħu ħsieb u tippromwovi l-interessi partikolari tat-tfal li ser tieħu ħsieb. L-Aġenzija tassigura li l-adozzjoni hija l-aħjar għażla għat-tfal billi wieħed jadotta sistema metikoluża u ladarba tittieħed id- deċiżjoni, il-proċess tal- adozzjoni jitqiegħed fil- prattika b'mod li jassigura l-aħjar interess tat-tfal, u bl-inqas dewmien possibbli, skont il-proċeduri legali u l-Istandards Nazzjonali tat-Trobbija tat-Tfal d-Djar Residenzjali, il-Foster Care u l-Adozzjoni. L-Opinjoni tat-tfal tiġi kkunsidrata għall-proċess tat-tqabbil tagħhom ma' familja adottiva. L-Aġenzija taċċerta li l-familja adottiva li tintgħażel għat-tfal tirrifletti kemm jista' jkun l-isfond etniku, kulturali, u t-twemmin tagħhom. Affarijiet oħra ta' importanza li jiġu kkunsidrati fir-rigward tal-familja adottiva, jinkludu: fejn toqgħod, il- kompożizzjoni tal-familja adottiva, l-istil tal-ħajja, il-mezzi finanzjarji, u l-kwalitajiet tal-persuni li se jadottawhom. It-Tranżizzjoni u l-'Placement' ta' qabel l-Adozzjoni tat-Tfal, l-Familja Adottiva, ikunu ppjanati sewwa, u jsiru malajr kemm jista' jkun, u bil-pass li jikkunsidra l-età u l-ħtiġijiet tat-tfal. Mhux la kemm taqbad u tadotta Kultura, twemmin u sfond etniku; importanti waqt l-għażla

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 October 2017