Illum previous editions

illum 1 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/881843

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

Aħbarijiet 14 illum | Il-Ħadd 01 ta' Ottubru 2017 Aktar minn 32,000 xemgħa se jsaħħru l-isqaqien fil-Birgufest L-aktar belt antika ta' Malta se terġa' tilqa' l-eluf għal lejl ta' storja, ikel, xorb u mużika DIN is-sena ser issir l-erbatax-il edizzjoni tal-Birgufest 2017 bejn il- Ġimgħa 13 u l-Ħadd 15 t'Ottubru, organizzata mill-Kunsill Lokali tal- Birgu bl-għajnuna tal-Ministeru tat-Turiżmu, tas-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali, id-Dipartiment tal-Gvern Lokali u l-Mediterranean Tourism Foundation. Għal dawn l-attivitajiet ġie mħejji programm li jolqot diversi setturi, fosthom dak edukattiv, l-istorja ta' din il-Belt rikka bl-istorja tagħha kif ukoll il-kultura tal-Gżejjer Maltin. Biex jiġi organizzat dan l-avveniment annwali u biex jibqa' fost l-aqwa u l-aħjar u ma jnaqqas xejn mill-popolarità tiegħu, il- preparamenti jibdew isiru minn xhur qabel, mill-Kunsill Lokali tal-Birgu mgħejjunin minn bosta volontiera tal-Lokal u dan ix-xogħol kollu ser ikun il-garanzija tat-tlett ijiem sħaħ t'attivitajiet li żgur ser ikunu t'esperjenza għal dawk li ser jattendu għalihom mhux għal dawk il-Maltin biss imma ma' dawk il- bosta barranin li ħejjew il-vaganzi tagħhom biex iżuru l-Gżejjer Maltin għal dawn l-attivitajiet. Dawn l-attivitajiet tal-Birgufest 2017 ser jibdew propju nhar il- Ġimgħa 13 t'Ottubru matul in-nofs ta' nhar ta' filgħodu fejn din il-Belt ser tilqa' madwar 1,800 tifel u tifla mill-iskejjel Governattivi, Privati u anke dawk tal-Knisja minn Malta u Għawdex. Dawn ser ikollhom opportunità ta' tagħlim fejn ser iżuru binjiet storiċi fosthom mużewijiet u knejjes; kif ukoll tagħlim fuq l-istorja vasta ta' din il-Belt. Dakinhar stess filgħaxija fil-Pjazza ewlenija ta` din il-Belt ser ikun hemm Bands li huma għal gosti taż-żgħażagħ u għal dawk kollha li jħobbu mużika vasta. Din l-attività tibqa' sejra sa nofsillejl. Is-Sibt 14 t'Ottubru fil-jum ta' dak l-avveniment tant mistenni, dak tal-Birgu by Candlelight, nistgħu ngħidu li l-attivitajiet jibdew propju minn kmieni filgħodu. Dakinhar fostna ser ikollna magħna lis- Sindku ta' Vignanello akkumpanjat mill-mara tiegħu flimkien ma' delegazzjoni mill-Kunsill ta' din il- Belt Taljana, fejn propju fl-Uffiċini Amministrattivi tal-Kunsill Lokali tal-Birgu ser jiġi ffirmat Ġemellaġġ bejn dawn iz-żewġt ibliet. Ser ikun hawn ukoll stakkament mill- Inguardia u The Red Hackled Pipe Band Malta jduru mat-toroq ewlenin ta' din il-Belt. Minn kmieni wara nofsinhar jibdew il-preparamenti għal dik il-lejla spettakolari minnha nnifisha, dik tal-Birgu by Candlelight; bl-għajnuna ta' ħafna u ħafna residenti fejn għal darb'oħra ser jerġgħu jinxtgħelu aktar minn 32,000 xemgħa, li bid-dawl tagħhom ser jerġgħu joħorġu s-sbuħija ta' din il-Belt rikka u sinjura tagħha u jpaxxu lil dawk kollha li jkunu qed jippassiġġaw mat-toroq dojoq u antiki. Ser ikollna magħna diversi Bands Lokali, kif ukoll gruppi folkloristiċi internazzjonali li ġejjin mill-Portugall, mill-Indja kif ukoll grupp ta' żeffiena Amerikani li ser jinġiebu l-Birgu grazzi għall- Ambaxxata Amerikana f 'Malta. Fostna wkoll ser ikollna grupp Tork li ser jagħti kunċert fil-Pjazza tal- Belt Vittoriosa. Dan huwa frott ta' Memorandum of Understanding bejn il-Belt ta' Bodrum u dik tal- Birgu li ġie ffirmat ftit taż-żmien ilu. Propju għal dan l-avveniment ġejjin fostna wkoll rappreżentanti mill-Kunsill Lokali ta' Bodrum akkumpanjati mill-mara tas-Sindku. Jintlaħaq il-qofol ta' din l-attività fejn madwar din il-Belt, matul din il-lejla unika, ser ikun hawn diversi esibizzjonijiet, suq tal-artiġġjanjat, kunċerti fil- knejjes kif ukoll ser ikollna fostna lill-Maestro Taljan Bruno Santori flimkien mal- Kantanta Maltija Ira Losco fejn ser jagħtu spettaklu indimentikabbli għal dawk kollha preżenti. Il-Ħadd 15 t'Ottubru propju għall-għeluq ta' din l-attività mill-10am sa nofsinhar fejn dan l-avveniment jasal fi tmiemu, ser jerġa' jkollna magħna dak il-grupp Portugiż akkumpanjat mill-grupp folkloristiku mill-Gzira Ghawdxija dak ta' Mnarja Folk Group fejn fil- Pjazza tal-Belt Vittoriosa ser jiżfnu flimkien. Ser ikun hemm ukoll Massed Pipes & Drums magħmul mill-Marsa Scouts Pipes & Drums u l-Wallace Pipes & Drums fejn dawn ser iduru mat-toroq ewlenin tal- Birgu. Il-Kunsill Lokali tal-Birgu jixtieq jinforma lil dawk kollha li qed jippjanaw biex f 'dawn il-ġranet ta' dan l-avveniment speċjalment dik tas-Sibt 14 t'Ottubru dik tal- Birgu by Candle Light li mill-Belt (minn fejn id-Dwana l-Antika) ser ikun hemm is-servizz bil-Lanċa u d-dgħajsa Maltija li jibqa' sejjer sas- sagħtejn ta' filgħodu (sbieħ il-Ħadd). Dawk kollha li jiġu bil-vetturi tagħhom importanti ferm li jonoraw l-ordnijiet mill-pulizija tat-traffiku fejn jiġu indikati l-postijiet tal- parkeġġ. Dawn ser ikunu fiż-żona ta' Kordin (fejn il-Hibs Ground), fit-Triq Missjoni Taljana fil-Kalkara u f 'Garden Road Ħaż-Żabbar fejn minn dawn iż-żoni ser ikun hemm is-servizz tal-Park and Ride għall- prezz ta' €1 kull persuna. Inawgurata l-ewwel lukanda boutique ta' AX Hotels fil-Belt Valletta INFETĦET uffiċjalment l-ewwel lukanda boutique ta' AX Hotels, The Saint John li tinsab fi Triq il- Merkanti fil-Belt Valletta. Din il-binja tas-seklu 17, li ġiet rinovata f 'lukanda boutique infetħet uffiċjalment waqt is-serata speċjali The Saint John Walk li kienet tinkludi wkoll spettaklu tal-moda minn Cessani. Il-lukanda ġiet inawgurata miċ-Chairman ta' AX Holdings Anġlu Xuereb u mid-Direttriċi Claire Zammit Xuereb. Iċ-Chairman saħaq li hekk kif AX Hotels saru sinonimi mal-lukandi fl-inħawi tal- Qawra u Tas-Sliema, l-grupp tefa' l-attenzjoni tiegħu fuq il-Belt Valletta. AX Hotels se jkollhom żewġ lukandi boutique ta' ħames stilel fil-Belt hekk kif apparti The Saint John, il-grupp xtara wkoll propjetà oħra li se tiġi mibdula f 'Palazzo Merkanti, li hija l-istess blokka kantuniera ma' Triq San Kristofru. Anġlu Xuereb qal li bil-preparamenti għall-V18, il-Gvern u s-settur privat qed jinvesti f 'xogħlijiet ta' restawr biex il-Belt Valletta, li hija wirt dinji tal-UNESCO ssir isbaħ. Claire Zammit Xuereb qalet li l-lukanda boutique The Saint John hija fuq stil uniku b'kunċett differenti. Semmiet iċ-Cheeky Monkey Gastropub, li issa sar magħruf bħala wieħed mill- aktar stabbilimenti tal-ikel imfittxija f 'Malta u issa fil- Belt Valletta wkoll. The Saint John hija tinsab ftit 'il bogħod mill-Barrakka ta' isfel.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 October 2017