Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/881843
3 Il-Ħadd 01 ta' Ottubru 2017| illum Aħbarijiet 'Ħadd m'għandu dritt jilgħabha t' Alla u jiddeċiedi min għandu jgħix u min le' ILKUMMISSJONI Interdjoċesana Ambjent ippublikat 'position paper' mill-iktar iebsa fuq diversi temi soċjali, ambjentali u oħrajn li jitrattaw il-ħajja, kemm tal-bniedem kif ukoll tan-natura. F'dokument ta' seba' paġni, imma li jitratta diversi temi, il-Kummissjoni terġa' tirriaferma l-pożizzjoni kontra, mhux biss l-abort, imma wkoll il-morning after pill, l-IVF u l-iffriżar tal-embrijuni. Il-Kummissjoni tirrimarka kif fuq dawn is-suġġetti, "sar ħafna diskors legali bl- argument li għalkemm min hemm fil-ġuf hu uman, dan mhux persuna u għalhekk mhux kompletament uman. Din hi rettorika li tipprova sserraħ il-kuxjenza u tiġġustifika ċerti interventi billi taħbi l-verità: jiġifieri li l-bniedem jibqa' bniedem bid-drittijiet kollha tiegħu, irrispettivament mid-daqs, l-istat ta' żvilupp, l-abbilità fiżika u mentali u mill- kundizzjoni tas-saħħa tiegħu. Ħadd ma għandu d-dritt li jilgħabha ta' Alla u jiddeċiedi min għandu jgħix u min le." Il-Kummissjoni saħansitra tikkwota kliem il-Papa Franġisku fl-enċiklika Laudato Si u tfakkar illi filwaqt li ġustament hemm nies li jħobbu l-annimali hemm min, fl-istess ħin imbagħad, ma jġibx rispett lejn it-trabi fil-ġuf. "Issib li xi wħud, li minkejja tikolhom qalbhom (u bir- raġun) meta jaraw annimali jinħaqru, ma jurux l-istess rispett lejn it-trabi fil-ġuf," tfakkar il-Kummissjoni li tistaqsi jekk verament għandhiex rispett lejn l-annimali bil-'pjaga' ta' klieb u qatates abbandunati u maħqura. Intant dwar dan is-suġġett il-knsija tagħmel twissija ċara u tgħid li jekk ma noqogħdux attenti jeżisti l-periklu "serju ħafna" li l-interessi ekonomiċi jirbħu fuq il-valuri u l-prinċipji. Żvilupp bla rażan 'bil-barka' tal-PN u l-PL Fil-Position Paper tagħha l-Knisja kienet kritika wkoll tal-iżvilupp u n-nuqqas ta' ħsieb ta' kif l-istess żvilupp se jimpatta fuq il-ħajja tal-bniedem. Filwaqt li tikkundanna l-mentalità li rridu "nkunu bħal ħaddieħor" tinsisti illi l-approvazzjoni ta' ċerti proġetti bħal fil-każ ta' aktar pompi tal-petrol, djar tal-anzjani, skejjel u binjiet oħra, huwa sinjal ċar li mhux dejjem ikun sar studju dwar kemm dawn il-proġetti ikun hemm tassew bżonnhom... it-traġedja hi," tkompli tgħid il-Kummissjoni, "li dan kollu ħafna drabi jsir bil-barka tal-partiti l-politiċi l-kbar li, mingħajr ebda konsultazzjoni jew studji serji... jaqbdu u jwiegħdu l-approvazzjoni tal-art bħallikieku l-art hija tagħhom personali mhux wirt nazzjonali." L-għajta biex jitnaqqar is-sick leave turi 'nuqqas ta' rispett' Il-Kummissjoni hija iebsa wkoll fuq kif fil-ġurnata tal-lum l-interessi monteraji jidhru li qed jiddominaw fuq l-aspett uman fil-qasam tax-xogħol. "Jistonaw ħafna l-oġġezzjonijiet li qamu f 'pajjiżna mis-settur kummerċjali kontra ż-żieda tal-paga minima, il-leave tal- maternità, l-impjieg ta' persuni b'diżabbiltà u t-tnaqqir tas-sick leave. L-oġġezzjonijiet għal dawn il-miżuri saru minħabba l-effett negattiv li jista' jkollhom fuq il-kompetittività, irrispettivament mit-titjib li dawn il-miżuri jħallu fil- kwalità tal-ħajja tal-persuni konċernati. L-istess nuqqas ta' rispett lejn id-dinjità tal- ħaddiema jidher meta, waqt xi negozjati jew bħala reazzjoni biex jirregolaw l-operat tagħhom, xi sidien jheddu li sa jissensjaw il-ħaddiema ġaladarba t-talbiet tagħhom ma jkunux aċċettati." Il-Kummissjoni tal-Knisja f 'Malta innotat b'dispjaċir illi minkejja li "għaddew is-snin, għadha teżisti fostna l-mentalità li tkejjel il-valur tal-bniedem (tal-ħaddiem) minn kemm kapaċi jipproduċi. Għal darb'oħra l-gwadann finanzjarju jitpoġġa qabel il-kwalità tal-ħajja u d-dinjità tal- persuna." Il-Kummissjoni kellha kliem iebes ukoll fuq il-Gentelmen's Clubs u dawk li jsejħu 'proġetti mostrużi' li dwarhom issir evalwazzjoni arkittetonika, imma mhux tal-effett li se jħallu. Il-Kummissjoni, tipproponi li jiġu aġġornati l-pjani lokali u li l-Awtorità tal-Ippjanar tkun iktar proattiva fejn jidħol ippjanar "minflok tqatta' ħinha kollu tiproċessa talbiet għall-iżvilupp." Il-Kummissjoni tikkritika il-ħruġ ta' aktar permessi għal pompi tal-petrol ġodda Mistennija tliet snin oħra ta' tkabbir ekonomiku L-aġenzija SP ittejjeb ir-rating ta' Malta għal A-, minn BBB+ BI sfond li jfakkar l-ewwel mitt jum ta' ħidma tat- tieni leġiżlatura ta' Gvern Laburista, il-Ministru għall- Finanzi Edward Scicluna indirizza konferenza tal- aħbarijiet li fiha tkellem dwar l-aħħar żewġ ċertifikati ta' suċċess miksuba għal pajjiżna. Il-Ministru Scicluna innota kif il-Fond Konsolidat kellu surplus ta' €31 miljun fl- ewwel tmien xhur tas-sena, filwaqt li Standard and Poor's bidlet it-tbassir għal pajjiżna minn stabbli għall-pożittiv filwaqt li żammet ir-rating ta' A-. "Is-sena l-oħra Standard and Poor's tellgħu r-rating ta' pajjiżna minn 'BBB+' għall- 'A-' u li din is-sena għollew it-tbassir jew l-outlook ta' pajjiżna, ifisser li kuntenti b'dak li sar matul l-aħħar sena, u li s-sena d-dieħla ser ikunu qed jerġgħu jgħollu r-rating ta' pajjiżna," qal il-Ministru Edward Scicluna. Intant, is-surplus reġistrat huwa l-aqwa riżultat finanzjarju għall-ewwel tmien xhur tas-sena li qatt ġie osservat fl-aħħar snin. Qed nitkellmu fuq sena tal- elezzjoni li fil-passat (2012, 2008 u 2003) waslet biex pajjiżna jiddaħħal f 'excessive deficit procedure. Din is-sena għal kuntrarju għamilna surplus. Pajjiżna ser jibqa' jikseb riżultati finanzjarji tajbin fis-snin li ġejjin, għax fir- rapport tagħha Standard and Poor's tgħid li bidlet it-tbassir ta' pajjiżna minħabba l-fatt li t-tnaqqis fid-dejn tal-pajjiż dejjem niżel, tnaqqis fid- deficit u ġie reġistrat surplus fil-finanzi pubbliċi. Dwar it-tnaqqis fid-dejn il-Ministru Scicluna qal li dan qed isir għaliex bħala Gvern mhux qed jissellef mat-tliet mitt miljun oħra kull sena, bil-konsegwenza li jintefa' aktar piż fuq il- ġenerazzjonijiet futuri, bħal ma kien qed isir fil-passat. Standard and Poor's qalet ukoll li pajjiżna ser jibqa' jkollu tkabbir matul it- tliet snin li ġejjin dan anke permezz ta' setturi ġodda li qed jimraħ fihom il-Gvern fosthom fit-turiżmu, fis- saħħa, fil-loġistika u fl-E- Gaming. "Standard and Poor's qed tgħid li l-ekonomija Maltija mhux qiegħda f 'xi boom li wasal biex jispiċċa anzi għal kuntrarju qed jgħidu li qegħdin waqt espanzjoni qawwija ta' tkabbir ekonomiku. Dan jikkuntrasta bil-kbir ma' dawk l-osservazzjonijiet negattivi li nsibu fid-dokument li ħarġet l-Oppożizzjoni fl-istess jum," temm jgħid il-Ministru Edward Scicluna. Edward Scicluna