Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/881843
illum | Il-Ħadd 01 ta' Ottubru 2017 24 FILWAQT li iktar nies qed jagħmlu użu mill-ilma bbottiljat matul ix-xhur sħan tas-sajf, oħrajn f 'Malta qed jagħmlu użu mill-vit fil-kċina tagħhom biex jaqtgħu l-għatx. Dan qed iseħħ permezz ta' sussidju li l-HSBC Malta qed jagħti fuq sistemi domestiċi ta' reverse osmosis (RO). L-inizjattiva tal-Bank, li kienet disponibbli għall- membri kollha tal-istaff, wasslet biex 53 familja għażlu li jinstallaw is-sistema ta' filtrazzjoni tal-ilma u jiffrankaw ix-xiri u l-ħażna tal-fliexken tal-ilma. Barra minn hekk, hu stmat li l-bidla mill-ilma tal-flixkun għall- ilma tal-vit filtrat qed tnaqqas il-produzzjoni u r-rimi ta' iktar minn 45,000 flixkun tal-plastik kull sena. Nadia Micallef, impjegata ta' HSBC Malta, li l-familja tagħha ta' erbgħa min-nies ibbenefikaw mis-sussidju, qalet: "Qabel ma kellna s-sistema tar-RO konna noqogħdu nġorru pakketti tqal tal-ilma mill-ħwienet sal- karozza, u wara ntellagħhom fl-appartament tagħna li jinsab fl-ewwel sular. Ta' kull ġimgħa ridna noħorġu boroż mimlijin bi fliexken tal-plastik għar- riċiklaġġ. Permezz tal-HSBC u s-sussidju attrajenti li offrew lill-istaff, il-familja tiegħi issa għandha s-serħan il-moħħ li tazza ilma tajba hi biss vit 'il bogħod." Il-proċess ta' RO juża għadd ta' fażijiet differenti ta' filtrazzjoni biex ineħħi partiċelli u kimiċi mill-ilma tal-vit. Dan il-proċess itejjeb b'mod sinifikanti l-kwalità u t-togħma tal-ilma. L-impjant ta' RO domestiku ġeneralment jirrikjedi installazzjoni ta' darba, jieħu inqas spazju u jservi fit-tul. "Id-djar mgħammra bis- sistema RO qed jiffrankaw l-inkonvenjent li joqgħodu jġorru u jaħżnu l-ilma bbottiljat. Fl-istess waqt, għall- ambjent, dan ifisser li inqas fliexken se jmorru f 'miżbla jew għar-riċiklaġġ," qal Nikolaos Fertakis, iċ-Chief Operating Officer ta' HSBC Malta. L-ilma hu wieħed mit-temi ewlenin tas-sostenibbiltà korporattiva ta' HSBC Malta. Il-Programm tal-Ilma tal- HSBC - Catch the Drop, li tnieda fl-2013, saret l-akbar kampanja ta' konservazzjoni tal-ilma f 'Malta. Il-kampanja involviet aktar minn 50,000 student, kunsilli lokali, istituti ta' edukazzjoni għolja, politiċi, kif ukoll Ministri tal-Ambjent tal-UE-28. L-inizjattiva tar-RO tal-Bank kienet issussidjata mill-Programm tal-Ilma tal- HSBC - Catch the Drop. Kummerċjali L-inizjattiva tal-HSBC Malta tgħin l-istaff inaqqas l-użu ta' fliexken tal-plastik Il-kampanja ambjentali ewlenija ta' HSBC Malta, Catch the Drop, issussidjat l-installazzjoni tar-RO fi 53 dar Qratas tal-Karamelli BRONK Productions se tiftaħ l-istaġun teatrali tagħha bil- kummiedja brillanti ta' Ninu Borġ 'Qratas Tal-Karamelli'. Din se tittella' fit-teatru tal-MCAST f 'Raħal Ġdid nhar is-Sibt 21 t'Ottubru fis-7.00pm u l-Ħadd 22 t'Ottubru fis-6.00pm. Ersilja, mara mdaħħla kemmxejn fiż-żmien ikollha tliet ulied li però għandha wieħed minnhom li hu l-mimmi t'għajnejha. 'Johnny tiegħi', għax hekk issejjaħlu Ersilja, ma tantx hu xi ġuvni b'subgħajh dritt imma ommu, jagħmel x'jagħmel dejjem iżżomm miegħu u tagħtih raġun filwaqt li ż-żewġ ulied l-oħra mhumiex stmati daqs Johnny. Jiġri li Johnny jwebbel lil ommu li jixtieq jiftaħ negozju tal-karamelli u Ersilja dlonk tiktiblu d-dar tagħha biex jiftaħ in- negozju fiha. Allura issa Ersilja u Johnny fejn se jmorru joqogħdu? U n-negozju tal-karamelli se jrendilu jew le? U l-professur u l-kanonku kif jidħlu f 'din l-istorja kollha? 'Qratas tal-Karamelli' hija kummiedja kollha daħq mill-bidu sal-aħħar u hija adattata għall- familja kollha. F'din il-kummiedja se jieħdu sehem fost l-aqwa atturi komiċi Maltin fosthom Tonio Vella, Simone Zammit, Kevin Spiteri, Pawlu Bonello, Stephanie Grech Mallia, Benny Casha, Graziella Casha, John Ascione, Brandon Mallia, Redeemer Casha u Adrian Grech. Id- direzzjoni hija f 'idejn Tonio Vella. Għal booking tista' ċċempel 21223347/27223347 jew mis-sit elettroniku www.ticketline.com.mt