Illum previous editions

illum 1 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/881843

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 01 ta' Ottubru 2017 | illum Sports 35 għall-aħjar. Fil-programm elettorali ħejjejna madwar 21 proposta ta' kif nixtiequ illi l-isport jibda jaħdem f 'pajjiżna. Nixtiequ illi jogħla aktar il-livell bil-kampjonati sportivi lokali li jagħmlu aktar il-qabża fil-kwalità. B'dan kollu jiżdied aktar l-interess fil-poplu Malti li min-naħa tiegħu jipparteċipa bi ħġaru. Hemm bżonn ngħinu wkoll dak li jien insejħilhom l-elite sports f 'pajjiżna biex dawn ikunu ta' mudell għall-isportivi u anke għal dawk mhux sportivi sabiex dak li jkun jitħajjar jagħmel eżerċizzju fiżiku u jipprattika xi dixxiplina sportiva. Jien għalija l-isportiv mhux dak li joqgħod id-dar bilqiegħda fuq sufan jara logħba futbol imma dik il-persuna illi jaqbad żarbun u jitlaq jimxi, jiġġogja jew jilgħab xi logħba. Naħseb jekk inżidu dan mat-tfal, żgħażagħ u adulti flimkien mad- diversi inizjattivi li diġà qed tagħmel SportMalta kapaċi nimxu 'l quddiem. Int taqbel illi jkun hemm ministeru għall-isport milli segretarjat parlamentari? Hija domanda ferm interessanti din li għamiltli! Bla dubju illi għandu jkun hemm ministeru responsabbli għall- isport! Fil-fatt din kienet waħda mill- proposti li ressaqna aħna ħalli fis-snin illi ġejjin naslu għal dan kollu. F'moħħna għandna li fis-snin li ġejjin jiġu attwati tliet affarijiet. L-ewwel waħda hi li norganizzaw il-logħob tal- pajjiżi ż-żgħar fis-sena 2023. Sena wara, ikun min ikun il-gvern għandu japplika sabiex Malta tkun il-belt Ewropea għall- isport fl-2024 bħalma l-Belt Valletta s-sena d-dieħla ser tkun il-belt Ewropeja għall-kultura. Eventwalment fis-sena 2025, Malta għandha tipprova wkoll torganizza l-logħob tal-Mediterran. Huwa b'hekk illi nkunu nistgħu ngħollu l-livell sportiv f 'pajjiżna. Awtomatikament jekk jinħoloq ministeru għall-isport, tista' taħseb għall-villaġġi sportivi, iżżid faċilitajiet għat-taħriġ, ikollok kowċis illi jippreparaw lill-atleti tagħna. Jekk niffinanzjaw aktar dan is-settur li bla dubju jinvolvi miljuni kbar nistgħu ngħidu illi nagħmlu l-isport bħala kolonna b'saħħitha għall-ekonomija tagħna. Bħalma għandna stabbilita finanzjarja hekk ukoll ikollna tkabbir ekonomiku fl-isport fejn diversi timijiet barranin jiġu jagħmlu aktar trainingcamps f 'pajjiżna mhux biss fil-futbol iżda anke fi sport ieħor. U għalhekk nerġa' ntenni hemm il-ħtieġa ta' aktar villaġġi sportivi li aħna bħala partit identifikajna f 'Ta' Qali, l-Università u l-Marsa. Jekk nagħmlu hekk imbagħad verament tkun ġustifikata r-raġuni li jkollna ministru responsabbli għall-isport. Bħala kumplessi sportivi kemm tarahom li huma professjonali fit- tagħmir li għandhom? Fl-opinjoni tiegħi naħseb illi rridu nkomplu ngħollu l-livell u għalhekk nemmen illi għandhom ikomplu jiżdiedu l-faċilitajiet sportivi. Irid ikollna aktar objettivi għall-isport Malti u rridu nagħmlu minn kollox biex nilħquhom. Għalhekk semmejt l-organizazzjoni tal-logħob tal- Mediterran għax hekk għandek sfida li trid tintlaħaq u li mbagħad ser igawdu minnha l-atleti tagħna. Post bħal San Benedittu f 'Ħal Kirkop b'hekk ikun jista' jieħu dehra isbaħ. Pixxina oħra ta' livell tgħin biex iżżid iktar il-parteċipazzjoni fl-għawm jew il-waterpolo filwaqt li hemm bżonn intejbu l-faċilitajiet tal-atletika fil- Marsa. Min-naħa l-oħra għandna bżonn faċilitajiet oħra għal sport ieħor bħal handball u l-volleyball sabiex dejjem inżidu aktar l-livell anke f 'dawn id- dixxiplini. Semmejt il-villaġġi sportivi. Ma taħsibx illi aħna żgħar wisq biex ikollna dan kollu? Le, assolutament mhux il-każ! Biss biss naħseb illi l-Marsa qed tibki biex tiġi rranġata wara tant snin ta' telqa. L-istess ħaġa fil-kampus tal-Universita' illi b'madwar 10,000 student illi jistudjaw hemmhekk hemm bżonn ta' aktar faċilitajiet sportivi apparti l-pixxina eżistenti. Per eżempju hemm grawnd tal-futbol li hu mitluq u li għandu arja kbira fejn hemm tista' tiġi żviluppata. Anke l-Marsa, hemm bżonn nużaw dawk il-grawnds bl-aħjar mod possibbli anke billi ngħinu lil Malta AthleticsAssocation biex tkabbar il- faċilitajiet tagħha. Forsi jistgħu jinbnew bħal kmamar fejn l-atleti jkunu jistgħu jorqdu u jipprattikaw l-isport favorit tagħhom speċjalment jekk ikun hemm xi barranin li jiġu hawn Malta għal trainingcamps. Flimkien ma' Għawdex dawn il- postijiet nistgħu nidentifikawhom bħala villaġġi sportivi li jattiraw ħafna u ħafna konkorrenza u kulħadd jibbenefika minn dan il-proġett. Fl-aħħar nett kemm huwa importanti l-isport fil-ħajja tal-bniedem? Jien nemmen illi l-isport għandu jkun parti mill-kultura tagħna l-Maltin sabiex b'hekk inkattru kultura sportiva f 'pajjiżna. Jekk dan kollu inkabbruh u eventwalment insaħħuh, dan ikun ifisser inqas mard u obeżità fost il-poplu Malti u persuni aktar b'saħħithom. Jekk int tkun f 'saħħtek fiżikament, tista' tkun ukoll psikoloġikament aħjar u b'hekk il-ħajja tiegħek ta' kuljum tkun tajba. Jekk dan kollu jseħħ nemmen illi s-soċjetà tagħna timxi 'l quddiem u jkollna poplu iktar b'saħħtu. Ritratt: James Bianchi torganizza l-logħob tal-Mediterran Twieled f 'Tal-Pietà t-18 ta' Lulju 1968. Huwa persuna li għandu għal qalbu ferm l-isport u li jokkupa l-kariga ta' Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport. Kien jipprattika wkoll il-basketball waqt li okkupa wkoll irwoli amministrattivi f 'dan l-isport. David Agius

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 October 2017