Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/881843
5 Il-Ħadd 01 ta' Ottubru 2017 | illum Aħbarijiet Riżenji mill-PD hekk kif nhar it-Tlieta ssir elezzjoni każwali HEKK kif nhar it-Tlieta se jittieħed l-ewwel pass biex il-Kap tal-PN Adrian Delia jidħol fil-Parlament, b'elezzjoni każwali fuq is-seba' distrett, ilbieraħ kienet ġurnata mmarkata b'aktar riżenji mill-Partit Demokratiku. Fil-fatt ilbieraħ irreżenjat Monique Aguis, kandidata tal-PD u waħda mill-aktar persuni qirb Marlene Farrugia matul din is-sena illi ilu ffurmat il-PD. Din ir- riżenja tiġi wara li Anthony Buttigieg, kandidat ieħor tal-PD, irreżenja ftit wara li l-Kap tal-PD Marlene Farrugia kienet ħabbret illi qed tikkunsidra li titfa' isimha għall-kariga ta' Kap tal-PN għax kienet qed tħoss li ħadd mill-kandidati ma kien idoneu. Fil-fatt, minkejja din l-istqarrija, Farrugia qatt ma kienet eliġibbli li tikkontesta tali kariga hekk kif l-istatut jippreċiża illi persuna trid tkun membru tal-partit għal ċertu żmien. Intant, mingħajr ma kien qed ikun mistenni, Farrugia kienet ħabbret illi hi mhux se tibqa' kap tal-istess partit, sena biss wara li bdiet tmexxih filwaqt li Godfrey Farrugia eskluda li se jkun hu li jmexxi lill-PD. S'issa, intant kien l-istess Buttigieg li rreżenja u Timothy Alden li wrew interess li jmexxu lill-PD. Ir-riżenja ta' Agius saret magħrufa wara li din ma tefgħetx isimha fil-lista ta' nies li se jkunu qed jikkontestaw l-elezzjoni każwali nhar it-Tlieta li ġej, xi ħaġa li tmur dijamettrikament kontra dak li ordnat Farrugia. Din kienet għamlitha ċara li hi mhux se tikkopera ma' Adrian Delia għax ma taħsibx li huwa idoneu biex ikun Kap tal-Oppożizzjoni u allura mhux se taċċetta li l-PD jilħaq qbil biex ma joħroġx għall-elezzjoni każwali. L-istess partit ħareġ stqarrija li l-kandidati tal-PD kienu se jikkontestaw l-elezzjoni każwali, xi ħaġa li rabtet idejn il-PN u għalhekk nhar it-Tlieta se ssir elezzjoni illi minnha huwa mistenni li jkun elett kandidat tal-PN. Il-kandidati tal-PN li tefgħu isimhom għal din l-elezzjoni huma; Sam Abela, it-tifel tal- eks Segretarju Parlamentari Tony Abela, Joseph Antoine Borg, Dounia Borg, Peter Micallef, Ian Mario Vassallo, David Vassallo u Peter Micallef. Min-naħa tal-PD se jikkontesta Lee Bugeja Bartolo. Il-persuna li se tkun eletta mill-PN mistennija mbagħad iċċedi s-siġġu lil Adrian Delia minnufih, xi ħaġa li l-kandidati kollha tal-istess partit diġà wiegħdu li se jagħmlu. Intant il-fatt li l-PD ħareġ il- kandidat Bugeja Bartolo ġiet ikkritikata minn bosta, imma speċjalment minn Michael Briguglio, eks Chairman tal- AD. Dan akkuża lil Farrugia b'opportuniżmu politiku u diżrispett lejn is-sieħeb fil-koalizzjoni. "Marlene ħarġet kandidat li ġab 45 vot. Dan għamel ħsara lill-irwol tat-tielet partit f 'pajjiżna... prosit lil Monique Agius li ma segwietx ir-ras iebsa ta' Marlene u ma ssottomettietx in-nomina. Impjieg Parzjalment iffinanzjata mill- Unjoni Ewropea taħt il- Fond Socjali Ewropew – Fond Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Il-Ministeru għas-Saħħa tilqa' applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta' Uffiċjal tal-Proġett għall-Proġett: "ESF.02.065 - Establishing a National Platform to Address Social Determinants of Health" Uffiċjal tal-Proġett Kuntratt • Kuntratt ta tlett snin – 40 siegha fil-gimgha. Rekwiżiti tal-eliġibbiltà • Ikunu kapaċi jikkomunikaw bil-Lingwa Ingliża dment li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-applikanti li jkunu kapaċi jikkomunikaw bil-Lingwa Maltija; • fil-pussess ta' kwalifika Baċċellerat rikonoxxuta f'Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 180 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti fir-rigward ta' programmi li bdew minn Ottubru 2003) fil-Management Studies jew fil-European Studies jew fil- Medicina jew Xjenzi Soċjali jew Xogħol Soċjali jew Relazzjonijiet Internazzjonali jew Business Administration jew Accountancy jew Public Policy jew Xjenzi jew Accounts u Economics jew Amministrazzjoni Pubblika jew Law/ Innovation jew Finanzi jew kwalifika professjonali kumparabbli, flimkien ma'sena (1) esperjenza ta' xogħol rilevanti. Persuni nteressati ghandhon jisotomettu l-applikazzjoni flimkien ma Curriculum Vitae currciculum vitae dettaljat li juru l-kwalifiki u l- esperjenza sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa, 13 ta' Ottubru 2017. Applikanti li diġa' qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta' Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47); filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita' oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji L-applikazzjonijiet ghandhom jigu ndirizzati lil: : Direttorat tar-Resourcing and Employee Relations, Ministeru għas-Saħħa, Palazzo Castellania, 15, Triq Merkanti, Valletta VLT 1171 Website: https://deputyprimeminister.gov.mt Numru tal-fax: +356 22992604 Indirizz elettroniku: recruitment.health@gov.mt Applikazzjonijiet jistgħu ukoll jiġu sottomessi permezz tal-Online Government Recruitment Portal fuq http://recruitment.gov.mt sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, kif indikat hawn fuq. Aktar dettalji dwar din il pozizzjoni jinsabu fuq il-website http://recruitment.gov.mt u l-Gazetta tal-Gvern puplikata fil 29 ta' Settembru 2017. Ir-responsabiltà waħdanija ta' din il-pubblikazzjoni hija tal-awtur. L-Unjoni Ewropeja m'hix responsabbli għal xi użu li jista' isir mill- informazzjoni fil-pubblikazzjoni. Ir-riżenja ta' Agius saret magħrufa wara li din ma tefgħetx isimha fil-lista ta' nies li se jkunu qed jikkontestaw l-elezzjoni każwali nhar it-Tlieta li ġej Sam Abela Peter Micallef Monique Agius Lee Bugeja Bartolo Jean Pierre Debono Antoine Borg David Vassallo Dounia Borg Ian Vassallo