Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/881843
Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 01 ta' Ottubru 2017 Il-Prostituzzjoni: L-għażliet li ILPROSTITUZZJONI reġgħet qiegħda fuq l-aġenda tal-pajjiż. Qed ngħidu 'reġgħet' għax bħala suġġett il-prostituzzjoni ilu jkun diskuss. Imma forsi qatt ma kien il-Gvern, primarjament, il-Prim Ministru nnifsu li kien il-katalist ta' diskussjoni dwar din it-tema mill-aktar sensittiva u li tmiss mhux biss mal-fatturi fiżiċi u monetarji imma wkoll ma' realtajiet psikoloġiċi, kriminali, politiċi u morali. Ladarba l-Gvern qed jikkunsidra li jiċċaqlaq fuq dan is-suġġett tabù li ħadd ma ried jew ma xtaq imiss fil-klassi politika, tajjeb li nħarsu lejn l-għażliet li għandu quddiemu l-leġiżlatur f 'pajjiżna. Skont litteratura fuq is-suġġett u r-rapport tal-Membru Parlamentari Ewropew Mary Honeyball, flimkien mal-esperjenza f 'pajjiżna l-għażliet huma tlieta. L-approċċ abolizzjonarju (bħal f 'pajjiżna s'issa), dak regolatorju, imbagħad hemm il-mudell adottat fl-Iżvezja, il-Fillandja u n-Norveġja. L-aħħar mudell huwa dak propost minn Honeyball, fir-rapport li ppreżentat lill-Parlament Ewropew. Bejn abolizzjoni u regolazzjoni Il-leġiżlazzjoni Ewropea tvarja. L-ewwel mudell jara l-prostituzzjoni bħala vjolazzjoni tad-drittijiet tan-nisa u mod kif tkun perpetwata l-inugwaljanza bejn is-sessi. Dan il-mudell huwa meqjus bħala wieħed abolizzjonarju u li allura jinkriminalizza kull xorta ta' attività relatata mal- prostituzzjoni. Dan anke jekk, kif inhi s-sitwazzjoni f 'pajjiżna, il-prostituzzjoni mhix illegali. Fis-sens, li mhux illegali li persuna titlob jew taċċetta flus għal servizz sesswali. F'Malta huwa l-itlajjar għal skopijiet ta' prostituzzjoni li huwa illegali. It-tieni mudell iħares lejn il-prostituzzjoni bħala impjieg jew xogħol ieħor li persuna jkollha u allura l-aħjar mod illi bih tipproteġi huwa billi titfa' l-prostituzzjoni fil-livell ta' professjoni, bi ħlas u kundizzjonijiet stabbiliti u legali. Dan huwa l-mudell regolatorju li, saħansitra, jagħti id-dritt lin-nisa illi jagħżlu 'managers', jew aħjar dawk li nafu bħala 'pimp'. Dan it-tieni mudell huwa prattikat, fost oħrajn, fl-Olanda, l-Awstrija, id- Danimarka u l-Ġermanja. Hawnhekk huwa legali li persuna tagħmel qligħ mill- attività tal-prostituzzjoni, riklamar għas-servizzi, monopolju ta' post minn fejn topera l-prostituta u protezzjoni għall-prostitut/a. Skont ir-rapport ta' Honeyball dan il-mudell ma' ħadimx, hekk kif fil-Ġermanja Prosekuturi qalu li din il-liġi għamlitha aktar diffiċli biex jwettqu xogħolhom filwaqt li s-Sindku ta' Amsterdam, fl- 2003, kien qal illi kien jidher li l-ħolqien ta' ambjent sigur kien kważi 'impossibbli.' Skont l-Uffiċċju tan- Nazzjonalijiet Uniti li jitratta d-droga u l-kriminalità l-Olanda hija l-aktar destinazzjoni 'popolari' għat-traffikar tal-bnedmin. Dawk li jikkritikaw din is-sistema jfakkru kif minkejja l-għajta li se jonqos l-abbuż, fil-fatt dan żdied b'żoni fil-Ġermanja u anke Amsterdam isiru popolari ħafna għal dawk li qed ifittxu turiżmu relatat mas- sess. Dan b'konsegwenza li żdiedet id-domanda u allura żdied it-traffikar tan-nies għal skopijiet ta' sess. Imbagħad hemm il- mudell Skandinavu. Dan prattikament jagħmel att kriminali kull tip ta' xiri ta' servizz sesswali. Imma jħalli bħala mhux kriminali, l-att illi persuna tipprostitwixxi lilha nnifisha. Dan ifisser li mara/raġel tista' tipprostitwixxi lilha nnifisha, imma min iwettaq l-att tal-ħlas għas-servizz sesswali jkun qed jikser il-liġi. Jidher illi dan il- mudell huwa l-favorit, għalkemm mhux nieqes mill-kontroversja anqas. Fil-fatt minkejja li kien introdott f 'diversi pajjiżi, kien ugwalment ikkritikat għaliex jeskludi l-possibilità illi hemm nisa li huma stess jagħżlu li jkollhom dan bħala xogħol. Fil-fatt dawk li ma qablux mar-rapport ta' Honeyball, f ''minority opinion' qalu illi r-rapport m'għamilx differenza bejn prostituzzjoni sfurzata u dik li tirriżulta minn deċiżjoni tal-individwu adult, 'il fuq mill-età tal-kunsens. Dr Jay Levy, li studja l-mudell fl-Iżvezja jħoss li aktar minn kollox dan tefa' l-prattika iktar fi spazji u ambiti klandestini u allura aktar perikolużi. Joseph Muscat irid riforma fuq il-prostituzzjoni... imma x'inhuma l-għażliet li għandu quddiemu zaw? L-ILLUM tagħti ħarsa lejn rapporti, opinjionijiet u numri dwar is-suġġett... agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Fatti interessanti dwar 'l-eqdem professjoni' • Fl-era Vittorjana l-prostituzzjoni kien l-aktar xogħol imħallas għan-nisa, li dak iż-żmien ftit kellhom opportunitajiet u wisq inqas drittijiet. • Minkejja l-idea popolari, il-Geisha qatt ma kienet tati servizzi sesswali. Anzi kienet meqjusa diżonorabbli li tqis Geisha bħala prostituta. Fil-Ġappun, bejn is-sbatax u d-dsatax-il seklu kienet l-'Ojran' li tagħti servizzi sesswali. • Devadasis; Prostituti Indjani li jinbiegħu mill-ġenituri tagħhom minħabba faqar assolut. Dawn ikunu dejjem proprjetà tal-alla tal- fertilità Yellamma. Ma jistgħux jiżżewġu, jibqgħu jaħdmu sakemm ma jibqgħux żgħar u sbieħ u wara li jkunu lesti mill-prostituzzjoni jkollhom bilfors jgħixu ta' tallaba. • F'pajjiżi bħal-Lebanon fejn l-omosesswalità hija tabù, il- prostituzzjoni tal-irġiel qed tiżdied sew • In-notorju Jack the Ripper, jingħad li qatel ħames prostituti, għalkemm m'hemmx numru kkonfermat jew eżatt. Dan il-persuna jibqa' magħruf matul is-snin għall-atroċitajiet li wettaq, imma jibqa' magħruf ukoll għall-anonimità. Hemm kospariziji differenti, uħud li jgħidu illi Jack The Ripper kien membru tal-familja Rjali. • Skont rapport tal-Urban Institute, bl-isem "Estimating the Size and Structre of the Underground Commercial Sex Economy in 8 US Cities", 32% ta' dawk li daħlu fil-prostituzzjoni kellhom xi ħadd fil- familja li fil-fatt kien jagħmel l-istess xogħol • Apparti s-sess hemm escort services. Li persuna tħallas lill-oħra għal kumpanija u xi kultant biex ikollha x'taqsam magħha wkoll. Hemm dibattitu dwar x'inhi d-differenza bejn escort u prostituta, għalkemm hemm iktar qbil li tal-ewwel mhix prostituzzjoni. • Skont rapport tal-Kummissjoni Ewropea, l-Awstrija, l-Belġju, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, l-Olanda, Spanja, l-Iżvizzera u r-Renju Unit huma l-aktar pajjiżi fil-mira tat-traffikanti għal servizzi sesswali rħas. • 'Big Sister' kien burdell fir-Repubblika Ċeka li fih persuna ma kinitx tħallas biex ikollha x'taqsam mal-prostituta. Minflok dak li kien jiġri bejn il-klijent u l-prostituta kien jixxandar f 'reality show relatat mas- sess. Il-burdell għalaq fl-2010.