Illum previous editions

illum 1 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/881843

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

13 Il-Ħadd 01 ta' Ottubru 2017 | illum Aħbarijiet tal-ġenituri... linji gwida dwar l-adozzjoni tħares lejn il-proposti mħabbrin mill-Gvern dwar l-adozzjoni. L-Aġenzija tgħin lit-tfal adottati jżommu kuntatt ma' persuni li kienu importanti għalihom fil- passat, jekk dan huwa fl- aħjar interess tagħhom. It-tfal jekk jitolbu se jkollhom id-dritt li jkunu inkluż fir-reġistru illi permezz tiegħu juru li ma jixtiqux jiltaqgħu ma' persuni mill-familja bijoloġika tagħhom f 'xi punt fil-ħajja jistgħu wwkoll, dejjem fuq ix- xewqa tagħhom jgħidu li ma jixtiqux ebda tip ta' kuntatt mal-missier u l-omm bijoloġiċa tagħhom. Kull persuna adottata jista' jkollha aċċess għar- rekords tal-adozzjoni tal-aġenzija, li jinkludu informazzjoni dwar il-familja bijoloġika. F'każ li l-persuna/i tkun/ jkunu għadhom minuri, il-kunsens tal- familja adottiva tagħhom huwa neċessarju. Il-ġenituri bijoloġiċi għandhom aċċess għall- informazzjoni u r-rekords rilevanti kollha li jagħmlu parti mill-proċess tal- adozzjoni li jikkonċerna biss lilhom u lit-tfal tagħhom qabel ma ssir l-adozzjoni; u jistgħu jagħżlu li jkunu involuti fil-ġbir tal- informazzjoni għat-tifel jew tifla tagħhom. L-Aġenzija tinforma lill-familja bijoloġika dwar jekk tixtieqx tħalli xi nota partikolari fil-'file', speċjalment dwar jekk jixtiqux li jiġu kkuntatjati fil-futur. Il-ġenituri bijoloġiċi għandhom ikunu jafu li l-aġenzija tista' ssaqsi lill- membri oħra tal-familja għall-informazzjoni, kemm qabel l-adozzjoni u kemm wara, sabiex tali informazzjoni tibqa' aġġornata. L-Aġenzija Akkreditata tinforma lill-applikanti prospettivi dwar is- servizzi ta' adozzjoni li toffri u l-proċess involut fl-adozzjoni tat-tfal. L-Aġenzija tagħti risposta malajr u fid-dettall, meta applikanti prospettivi jistaqsu dwar l-adozzjoni. Il-ġenituri adottivi prospettivi ser ikunu kkonsultati u megħjuna bis-sħiħ, fil-proċess tat-tranżizzjoni tat-tfal fil-familja adottiva. It-tranżizzjoni tkun ippjanata sew, u titlesta b'pass li jikkunsidra l-età u l-ħtiġijiet tat-tfal, mingħajr ebda dewmien żejjed. L-Aġenzija lokali tgħaddilhom l-informazzjoni b'mod sħiħ u korrett lill-ġenituri adottivi prospettivi għal kwalunkwe talba għall-introduzzjoni/ tranżizzjoni ta' tfal minn pajjiż ieħor. Jekk l-aġenzija ma toffrix servizz ta' kuntatt ma' pajjiż partikolari minn fejn huma jixtiequ jadottaw, din għandha tgħaddi informazzjoni dwar aġenziji oħrajn. Il-poter f 'idejn it-tfal Il-ġbir tal-informazzjoni Għajnuna kontwina wara l-adozzjoni L-adozzjoni tat-tfal minn pajjiz ieħor

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 October 2017