Illum previous editions

illum 1 October 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/881843

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

15 Il-Ħadd 01 ta' Ottubru 2017 | illum Il-Kapitali Sebat Ijiem. Kull nhar ta' Ħadd fit-8.30pm fuq TVM2 Għawdxi jeħel 18-il xahar ħabs fuq akkużi ta' traffikar, l-għarusa investigata li xehdet falz ŻAGĦŻUGĦ ta' 20 sena ngħata sentenza ta' 18- il xahar ħabs u multa ta' €1,000 fuq akkużi ta' traffikar aggravat ta' kokaina. Kollox beda hekk kif dan iż-żagħżugħ deher, flimkien ma' tnejn minn nies oħrajn, itella' lill-tfajla li jirriżulta illi hija t-tfajla li kienet toħroġ miegħu, it-telgħa ta' Mġarr ix-Xini wara party fi stat xejn tajjeb. Fil-fatt, skont ix-xhieda fil-Qorti jirriżulta li t-tfajla ma kinitx tidher f 'sensiha. Iż-żagħżugħ, Kevin Vella mir- Rabat Għawdex, ma aċċettax li tingħata attenzjoni medika lit-tfajla. Il-pulizija preżenti nnutaw lill-akkużat tiela' bit- tfajla fl-istat li kienet u jidħol biha fi trejqa rurali, fid-dlam. Wara li segwew il-passi tal- akkużat, membri tas-CID raw lil Vella jipprova jarmi basket tal-plastik qabel daħal fil- karozza, biex jitlaq mill-post. Iżda waqqfuh u fil-basket sabu pakketti illi fihom kien hemm il-kokaina. Vella ċaħad li d-drogi kienu tiegħu. F'sentenza ta' aktar minn 100 paġna, il-Maġistrat Mifsud ma tantx deher impressjonat bix-xhieda li tat l-għarusa tal-akkużat. Huwa kkonkluda li t-tfajla kienet iltaqgħet mal-akkużat meta hu kien taħt l-effett tal-kokaina, li kien qed jittraffika d-drogi filwaqt li kien ukoll qed jieħu xi joints u anke pilloli ecstasy magħha. Din kienet l-ewwel verżjoni li tat l-għarusa tal-akkużat, Zael Vella. Il-Maġistrat Mifsud meta kien qed jaqra s-sentenza, qal li d-drogi huma ħażen u mal-'ħażen m'hemmx kompromessi.' Il-Maġistrat ordna li l-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga lill-għarusa ta' Vella fuq akkuża ta' perġurju u jieħu l-passi li hemm bżonn jekk jinstab li din ħalfet falz fil-Qorti. Sirjani akkużati li stupraw tifla ta' 12-il sena ŻEWĠ Sirjani ta' 23 u 41 sena nżammu arrestati fuq akkużi relatati ma' atti sesswali ma' minuri u stupru ta' tifla ta' 12-il sena, li m'għandhiex fejn toqgħod. Is-Sirjan ta' 41 sena li joqgħod il-Ħamrun kien mixli fost l-oħrajn li stupra t-tifla ta' 12-il sena u li ħa sehem f 'attivitajiet sesswali flimkien magħha u tifla oħra ta' 13-il sena. Is-Sirjan l-ieħor ta' 21 sena kien mixli li pparteċipa f 'attivitajiet sesswali mal-istess tifla ta' 12-il sena, li għenha taħrab minn dar tat-tfal u li wettaq krimini fi żmien meta kien fuq sentenza sospiża. Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għal-libertà proviżorja minħabba biża' li l-akkużati jerġa' jiltaqgħu mal-bniet. Il- Maġistrat ikkonkludiet li ma tingħatax il-libertà proviżorja minħabba r-riskju li l-akkużati jbagħbsu mal-evidenza u li jaħarbu minn Malta. L-irġiel wieġbu li ma kinux ħatja tal- akkużi mressqa kontrihom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 October 2017